Legislature:
Category:
Reset
Active:

Belt Valletta — Teatru Rjal

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'ġara mill-pjan u l-proġett tal-gvern għall-bini tat-Teatru Rjali tal-Belt Valletta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Koperattiva tal-Majjal

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ġara mill-art/fond li kellu jingħata lill-KIM sabiex tiżviluppa farms għad-demm pur u multiplying unit?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fuq inizjattiva tagħha l-Koperattiva ta' Min Irabbi l-Majjal (KIM) applikat għall-Outline Development Application biex tibni razzett.

Irziezet

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hu ppjanat li irziezet f'Malta u Għawdex jiġu konformi kollha mal-waste treatment facilities skond kif semma l-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura f'seduta parlamentari nru. 463?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 22137.

Prezz ta' l-għeneb

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga jekk huwiex minnu li l-prezz ta' l-għeneb għall-għasir se jinżel b'medja ta' 20c fil-kilo għas-sena d-dieħla? Jekk huwa l-każ, liema huma dawk l-għassara li se jbaxxu l-prezz u x'inhuma r-raġunijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-prezz ta' l-għeneb jiġi ffissat kummerċjalment mill-għassar.

Għeneb lokali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-prezz ta' l-għeneb lokali għall-għassara matul din is-sena? Kemm hu mistenni li jkun għas-sena d-dieħla?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 22139.

Tjur

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tat-tjur tas-simna fl-ewwel xhur ta' din is-sena? Kemm hu stmat f'ċifra ta' flus din il-produzzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Tjur tas-simna

Question

Sena b'sena separatament, kemm kienet il-produzzjoni tat-tjur tas-simna fl-ewwel sitt xhur ta' l-2005, 2004, 2003 u 2002? Kemm kienet iċ-ċifra ta' flus abbażi tal-piż f'kull każ separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Annimali maqtula fil-biċċerija ta' emerġenza

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' annimali li nqatlu fil-biċċerija ta' l-emerġenza matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Adulti mibgħuta barra għall-kura

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' adulti li ntbagħtu barra għal kura matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? F'liema pajjiżi ntbagħtu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena intbagħtu 124 adulti għal kura barra minn Malta. 123 intbagħtu l-Ingilterra u ieħor intbagħtet l-Iżrael.

Tfal mibgħuta barra għall-kura

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal bejn l-eta' ta' sena u 12-il sena li siefru għal kura barra minn Malta matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? F'liema pajjiż attendew għall-kura?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena intbagħtu 49 tfal bejn l-eta' ta' sena u 12-il sena għal kura barra minn Malta. It-tfal intbagħtu kollha l-Ingilterra.

Ilma mill-aquifer

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li ntellgħu ilma mill-aquifers tagħna f'sena? Kemm hu kkalkulat li jinżel ilma tax-xita fl-aquifer tagħna? Kif inhu l-bilanċ tad-dħul u l-ħruġ f'dan ir-rigward?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li huwa stmat li madwar 33 miljun metru kubu ilma jittellgħu mill- aquifers kollha f’Malta u Għawdex kull sena. L-ammont ta’ ilma tax-xita li jinfiltra u jinżel fl-aquifers huwa kkalkulat bħala 32 fil-mija tax-xita kollha li tkun għamlet. Meta wieħed iqabbel id-dħul u l-ħruġ ta’ ilma fuq tul ta’ żmien (long term average) fl-aquifers kollha kull sena, isib li hemm bilanċ żgħir kumplessiv ta’ madwar miljun metru kubu.

Nitrati

Question

Jista' il-Minsitru jgħid f'liema livelli waslu n-nitrati abbażi tad-direttivi tal-EU li pajjiżna jrid ikun konformi magħhom? Jista' jinformani dwar Malta u Għawdex separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li l-livell ta’ nitrati indikat fid-Direttiva ta’ l-EU dwar in-Nitrati huwa ta’ 50 milligram kull litru. In-Nitrati fl-aquifers kollha f’Malta jaqbżu dan il-livell. Il-livell ta’ Nitrati fl-aquifers ta’ fuq it-tafal f’Malta jeċċedi l-100mg kull litru, filwaqt li fl-aquifers tal-pjan f’Malta jinsab f’livelli ta’ bejn il-50 u l-75 milligram kull litru. Il-livell ta’ Nitrati fl-aquifer tal-pjan f’Għawdex huwa ta’ madwar 50 milligram kull litru. Dawn il-valuri huma averages maħduma fuq l-aquifers kollha. Kien għalhekk li l-pajjiż kollu ġie ddikjarat bħala "żona vulnerabbli għan-Nitrati" u qiegħed jiġi attwat programm ta’ azzjoni sabiex jitnaqqsu dawn il-livelli kif stabbilit mill-istess Direttiva ta’ l-EU.

Irziezet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' irziezet f'Malta u Għawdex li laħqu l-livelli stabiliti tal-waste treatment facilities?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika xi jrid ifisser eżatt b’ waste treatment facilities.

Persuni part-timers

Question

Jista' il-Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur tas-sena kemm kien in-numru ta' persuni reġistrati bħala part-timers f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu fl-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Studenti li żaru l-Farm Esperimentali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal/studenti li żaru l-farm esperimentali matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Jannar sa Ġunju 2006 żaru l-farm 1,006 studenti ta’ l-iskejjel primarji u 500 student ta’ l-iskejjel sekondarji, b’kollox 1,506 studenti.

Farm Esperimentali — Trobbija ta' l-annimali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm annimali fil-preżent fil-farm esperimentali ta' l-Għammieri? X'esperimenti qed isiru fil-mument għar-rigward tat-trobbija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fl-aħħar ta' Ottubru 2006 kien hemm fil-farm esperimentali ta' l-Għammieri dawn l-annimali: 2 gażżelli, 2 ċriev, 3 ponijiet, xadin, 6 llama, ħmar, 2 għoġiela Maltin, 2 għoġiela tar-refgħa, 11-il għoġol tas-simna, 28 għoġiela żgħar, 7 erieħ, 24 baqra tal-ħalib, 16-il fenek tar-razza, 142 fenka, 593 żarmuġ, 14-il bodbod, 124 mogħża, 106 gidien, 30 għanniqa, 4 mogħoż nani, 2 mtaten, 35 nagħġa, u 23 għabura. L-esperimenti li jsiru huma diversi u jinkludu titjib fir-razez, tgħammir u nutrizjon.

Farm Esperimentali — Trobbija tat-Tjur

Question

Jista' il-Ministrui jgħid kemm hemm tjur fil-farm esperimentali ta' l-Għammieri? X'esperimenti qed isiru fil-mument għar-rigward tat-trobbija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fl-aħħar ta' Ottubru 2006 kien hemm fil-farm esperimentali ta' l-Għammieri dawn it-tjur: 9 dundjani, 2 nagħma, 2 emu, 10 wiżż, 1 rhea, 89 tiġieġ u sriedaq “fancy”, 47 tiġieġ tal-bajd, 47 għawwietaq, 4 flieles, 9 summien, 3 farawni, 2 pappagalli, 38 papra, 68 ħamiem, 2 paguni, u 6 perniċi. Hemm ukoll numru ta' għasafar tal-għana bħala parti mill-breeding programme. L-esperimenti li jsiru huma diversi u jinkludu titjib fir-razez, tgħammir u nutrizjon.

Chief veterinary officer

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta mistenni li joħorġu l-applikazzjonijiet għal postijiet vakanti ta' chief veterinary officer?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-post ta' Kap Veterinarju Ewlieni għandu jimtela fiż-żmien opportun u abbażi tal-ħtiġijiet tad-Diviżjoni.