Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22134 u jgħid meta se jibda x-xogħol fuq il-bus terminus tal-Belt Valletta? Kemm se jiġi jiswa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Awtorita' dwar it-Trasport, b'konsultazzjoni ma' l-ATP qegħda tipprepara pjanti sabiex jiġi organizzat aħjar it-terminus tal-Belt.
Il-proposti ser jinkludu l-bini ta' shelters għall-passiġieri u faċilitajiet għax-xufiera.
L-istima għal dawn ix-xogħlijiet tingħata hekk kif il-pjanti/proposti għal dawn ix-xogħlijiet jiġu approvati u finalizzati mill-MEPA.
Ix-xogħlijiet fuq dan il-proġett huwa ppjanat li jibdew u hekk kif jinħareġ il-permess tal-MEPA hu ppjanat li x-xogħol jitlesta fi ftit xhur.
NSO/diviżjoni tal-kummerċ — Special parking scheme
Question
Jista' il-Ministru jagħti spjegazzjoni jekk hux maħsuba xi skema speċjali għall-ħaddiema ta' l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika u d-diviżjoni tal-kummerċ biex jipparkjaw fil-parkeġġ ta' ma' ġembhom, 'l hekk imsejjaħ Foss ta' San Ġakbu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li m’hemmx il-ħsieb li jkun hemm xi skemi ta’ parkeġġ għall-ħaddiema ta’ l-Uffiċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika u d-Diviżjoni tal-Kummerċ fil-Foss ta’ San Ġakbu.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tkun inkorporata skema għall-parkeġġ tal-ħaddiema ta' l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika u d-diviżjoni tal-kummerċ biex jipparkjaw fil-parkeġġ ta' ma' ġembhom fl-hekk imsejjaħ Foss ta' San Ġakbu, fis-sejħa għal offerti li se joħroġ biex jiġi privatizzat dan il-parkeġġ? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm se tkun tkopri numru ta' karozzi din l-iskema?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 22547.
NSO/diviżjoni tal-kummerċ — Ħaddiema li se jużaw il-park and ride
Question
Jaf il-Ministru li l-ħaddiema ta' l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika u d-diviżjoni tal-kummerċ meta jibdew jużaw il-park and ride biex jaslu x-xogħol se jkollhom minn ta' l-inqas 20 minuta sakemm wieħed juża x-shuttle service?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li s-sistema tal-Controlled Vehicular Access kif ġiet ippjanata tħalli l-impjegati ta’ l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika u d-diviżjoni tal-kummerċ parkeġġ b’xejn fi Ġnien is-Sultan u l-arja ta’ madwar, l’barra minn Victoria Gate.
L-użu tal-
Park and Ride shuttle bus
ser ikun faċilitat għall-impjegati tal-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika u d-diviżjoni tal-kummerċ bil-proġett il-ġdid ta’ l-iżvilupp tal-Foss ta’ San Ġakbu billi ser jiġu pprovduti sistemi ta’
lifts
li ħa jwasslu n-nies minn Pjazza Ħelsien għall-Foss ta’ San Ġakbu u mill-Foss ta’ San Ġakbu għall-Lascaris.
NSO/diviżjoni tal-kummerċ — Ħaddiema li se jużaw il-park and ride
Question
Jista' il-Ministru jikkonsidra bis-serjeta' il-problema li se tolqot lill-ħaddiema avvanzati fl-eta' u nisa tqal fl-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika u d-diviżjoni tal-kummerċ li b'effett tal-park and ride se jkollhom jitilgħu u jinżlu 150 tarġa kuljum biex jaslu fuq il-post tax-xogħol tagħhom? Barra minn hekk, m'hemm l-ebda kenn, speċjalment fix-xita.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 22552.
Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex il-proġett ta' bieb il-Belt ma nbediex matul din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Proġett ta’ Bieb il-Belt ser jinbeda meta tittieħed id-deċiżjoni finali dwar il-proġett u jkunu nħarġu l-permessi kollha mitluba mil-liġi.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22152 u cioe' jgħid x'ġara mill-wegħda ta' l-art/bini/fond li kellu jingħata lill-KIM (Koperattiva ta' Min Irabbi l-Majjal) mill-gvern?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li kienu saru diskussjonijiet mal-Koperattiva ta' Min Irabbi l-Majjal (KIM) dwar razzett ġdid biex toperah il-Koperattiva ta' Min Irabbi l-Majjal (KIM) fuq inizjattiva tagħha. Ġew eżaminati diversi possibiltajiet iżda l-inizjattiva dejjem kienet tal-Koperattiva ta' Min Irabbi l-Majjal (KIM). Tant hu hekk li kienet hi stess li applikat għall-outline development application.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22145 u jara jinvestigax il-possibbiltajiet li tissolva l-problema ta' l-għalqa ta' Kola fir-Rabat minħabba li qed tħalli impatt negattiv fuq saħħet ir-residenti u t-turisti, minħabba trabijiet li qed tikkawża?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li qiegħed issir koordinazzjoni bejn l-N.I.D. u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali rigward ix-xogħlijiet possibli li jistgħu jsiru fl-għalqa inkwistjoni.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22147 u jgħid x'ġara mill-pjan u l-proġett tal-gvern għall-bini tat-Teatru Rjali tal-Belt Valletta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt b’risposta għall-mistoqsija parlamentari 22147.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22139 u jinformana bl-investigazzjoni li saret mill-Ministeru dwar il-qagħda fl-industrija ta' għasir ta' l-għeneb għall-inbid lokali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-prezz ta’ l-għeneb jiġi ffissat kummerċjalment bejn l-għassar u l-bidwi individwali u għalhekk mhux f’pożizzjoni biex nagħti ċ-ċifri mitluba.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21413, 21607 u 21744 u jgħid kemm kien id-dħul tal-korporazzjoni Enemalta fuq is-surcharge tad-dawl u l-ilma matul din is-sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru.22078.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22143 u jgħid kemm kien in-numru ta' annimali li nqatlu fil-biċċerija ta' l-emerġenza matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li n-numru ta' annimali li nqatlu b’emergenza fil-biċċerija tal-Marsa matul l-aħħar ħames snin huwa dan:
2006 – 502 (sa Settembru)
2005 - 1008
2004 - 855
2003 - 887
2002 - 897
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 22140 u 22139, jista' il-Ministru jinvestiga kemm kien fil-fatt il-prezz ta' l-għeneb għall-industrija ta' l-inbid lokali matul din is-sena? Jista' wkoll jagħti l-istess tagħrif għas-snin 2005, 2004 u 2003 separatament?
Jista' il-Minsitru jirrispondi mistoqsija parlamnetari 22142 u jgħid sena b'sena separatament, kemm kienet il-produzzjoni tat-tjur tas-simna fl-ewwel sitt xhur ta' l-2005, 2004, 2003 u 2002?
Kemm kienet iċ-ċifra ta' flus abbażi tal-piż f'kull każ separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-produzzjoni tat-tjur tas-simna fl-ewwel sitt xhur kienet:
2003 - 2,696,372 tiġieġ b'piż ħaj (
liveweight
) ta' 6,291,630 kg - prezz medju ta' 65ċ/kg
2004 - 2,128,021 tiġieġ b'piż ħaj (
liveweight
) ta' 4,732,905 kg - prezz medju ta' 70ċ/kg
2005 - 1,401,914 tiġieġ b'piż ħaj (
liveweight
) ta' 3,085,106 kg - prezz medju ta' 69ċ/kg
Rekords ta' produzzjoni ta' tjur bdew jinżammu fuq in-
National Livestock Database
mill-2003 ‘il quddiem.
Il-prezzijiet indikati hawn fuq huma l-prezzijiet bl-ingrossa (
wholesale
) li l-proċessuri tat-tjur użaw matul dawn is-snin.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22141 u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tat-tjur tas-simna fl-ewwel xhur ta' din is-sena? Kemm hu stmat f'ċifra ta' flus din il-produzzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-produzzjoni tat-tjur tas-simna fl-ewwel 9 xhur ta' din is-sena kienet ta' 1,915,271 tjur, b'pi¿ ħaj (liveweight) ta' 3,891,209 kg.
Il-prezz medju ta' din is-sena huwa ta' 69ċ/kg. Dan huwa l-prezz bl-ingrossa (
wholesale
) li l-proċessuri tat-tjur u¿aw matul din is-sena.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' household skond l-NSO? Abbażi ta' kemm persuni huma l-household attwali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’
households
fil-Gżejjer Maltin hu stmat li hu ta’ 134557. Dan hu tagħrif li joħroġ mis-
Survey on Income and Living Conditions
li sar fl-2005. Il-figura li għad toħroġ miċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni tal-2005 bħalissa qed tiġi iffinaliżżata.
Jista' il-Ministru jara jinvestigax il-possibbiltajiet li tissolva l-problema ta' l-għalqa ta' Kola fir-Rabat minħabba li qed tħalli impatt negattiv fuq saħħet ir-residenti u t-turisti, minħabba trabijiet li qed tikkawża?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.