Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żvilupp Urban u Toroq — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22839 u jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 22839.

AFM — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-membri tal-bord responsabbli mill-promozzjonijet li ngħataw fl-Armata riċentement?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-promozzjonijiet fil-Forzi Armati ta’ Malta ma jsirux minn Bord ta’ Għażla, iżda jsiru abbażi tal-Promotion Assessment Report, li jiġi kompilat mill-uffiċjal responsabbli mis-sezzjoni fejn ikun jaħdem l-individwu. Abbażi ta’ dan ir-rapport, il-Kmandant ta’ kull Reġiment jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar promozzjonijiet lill-Kmandant tal-Forzi Armati, li min-naħa tiegħu jissottometti r-rakkomandazzjonijiet tiegħu għall-approvazzjoni tal-Prim Ministru.

Servizzi veterinarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli mill-operat kollu tas-servizzi veterinarji matul l-2004, l-2005 u l-2006? X'benefiċċji veterinarji xjentifiċi jew veterinarji amministrattivi kellu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-2004 u l-2006 ir-responsabbiltà ta’ l-operat kollu tas-servizzi veterinarji kienet kif jidher hawn taħt: Perjodu Dr Carmel Lino Vella 01/01/04 – 13/03/05 Direttur Ġenerali Dr Mireille Vella 14/03/05 – 07/06/06 Direttur Mr Simon Sammut 08/06/06 – 31/12/06 Direttur Ġenerali Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħti aktar dettalji dwar x’irid ifisser b ’benefiċċji veterinarji xjentifiċi jew veterinarji amministrattivi.

Biċċerija — EU - regoli

Question

B'referenza għar-rapport ta' l-esperti tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-operat fil-biċċerija, jista' l-Ministru jinfurmani liema huma r-regoli li hemm bzonn jiġu aġġornati biex l-operat fil-biċċerija jkun konformi mar-regoli ta' l-EU in kwestjoni? Meta se jintlaħqu dawn l-għanijiet sabiex ikunu mħarsa d-drittijiet ta' l-annimali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport li qed jirreferi għalih huwa fil-fatt rapport li kien ikkummissjonat mill-Gvern Malti biex jitfa’ dawl fuq ċerti issues li dehrilna li jenħtieġu titjib biex pajjiżna jkun konformi ma’ l-ogħla standards Ewropej. Għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Numru 23104.

Biċċerija — EU - Direttivi

Question

B'referenza għar-rapport ta' l-esperti tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-operat fil-biċċerija, jista' l-Ministru jinfurmani liema huma d-direttivi li hemm bżonn jiġu aġġornati biex l-operat fil-biċċerija jkun konformi mad-direttivi ta' l-EU in kwestjoni? Meta se jintlaħqu dawn l-għanijiet sabiex ikunu mħarsa d-drittijiet ta' l-annimali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport li qed jirreferi għalih huwa fil-fatt rapport li kien ikkummissjonat mill-Gvern Malti biex jitfa’ dawl fuq ċerti issues li dehrilna li jenħtieġu titjib biex pajjiżna jkun konformi ma’ l-ogħla standards Ewropej. L-operat tal-biċċerija jrid jikkonforma mad-diversi direttivi u li dawn id-direttivi qed jiġu regolati mis-Servizzi Veterinarji. F’dan il-kuntest l-istess Servizzi Veterinarji ta’ pajjiżna jikkummissjonaw studji minn żmien għal zmien biex jidentifikaw fejn hemm ħtieġa ta’ azzjoni biex isir titjib kontinwu fl-operat. Abbażi ta’ l-aħħar studju tfassal pjan sabiex sa April ta’ din is-sena jittieħdu l-azzjonijiet neċessarji.

Farm Esperimentali — EU - Regoli

Question

B'referenza għar-rapport ta' l-esperti tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-operat fil-Farm Esperimentali ta' l-Għammieri, jista' l-Ministru jinfurmani liema huma r-regoli li hemm bzonn jiġu aġġornati biex l-operat fil-farm ikun konformi mar-regoli ta' l-EU in kwestjoni? Meta se jintlaħqu dawn l-għanijiet sabiex ikunu mħarsa d-drittijiet ta' l-annimali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport li qed jirreferi għalih huwa fil-fatt rapport li kien ikkummissjonat mill-Gvern Malti biex jitfa’ dawl fuq ċerti issues li dehrilna li jenħtieġu titjib biex pajjiżna jkun konformi ma’ l-ogħla standards Ewropej. Għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Numru 23108.

Farm Esperimentali — EU - Direttivi

Question

B'referenza għar-rapport ta' l-esperti tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-operat fil-Farm Esperimentali, jista' l-Ministru jinfurmani liema huma d-direttivi li hemm bzonn jiġu aġġornati biex l-operat fil-farm ikun konformi mad-direttivi ta' l-EU in kwestjoni? Meta se jintlaħqu dawn l-għanijiet sabiex ikunu mħarsa d-drittijiet ta' l-annimali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport li qed jirreferi għalih huwa fil-fatt rapport li kien ikkummissjonat mill-Gvern Malti biex jitfa’ dawl fuq ċerti issues li dehrilna li jenħtieġu titjib biex pajjiżna jkun konformi ma’ l-ogħla standards Ewropej. Ir-razzett fl-Għammieri hu biss għal skop ta’ esperimentazzjoni. Ir-rapport li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant hu rapport intern biex isir titjib kontinwu biex l-iskop li għalih jopera dan ir-razzett jibqa’ jintlaħaq.

OPM — Kiri ta' Karozzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal kiri ta' karozzi u vetturi fl-OPM u tad-dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli A u B li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar nefqa globali għall-kiri ta’ karozzi u vetturi għas-sena 2006 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi.

OPM — Mobile Phones

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali tal-mobile phones fl-OPM u tad-dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli A u B li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar nefqa globali fuq mobile phones għas-sena 2006 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament.

OPM — Safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għas-safar ta' l-OPM u tad-dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar nefqa fuq safar għas-sena 2006 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Din l-informazzjoni tirreferi għal dak is-safar li l-kontijiet tagħhom ġew finalizzati.

OPM — Fuel

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali tal-fuels ta' l-OPM u tad-dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-Ministeru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli A u B li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar nefqa totali fuq fuels għas-sena 2006 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament.

OPM — Telephone

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal użu tas-servizzi tat-telephonefil- Ministeru u tad-dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt l-OPM?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli A u B li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar nefqa fuq kontijiet ta’ telephones matul is-sena 2006 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament.

AFM — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' oġġezzjonijiet, ilmenti u/jew protesti li rċeviet l-Armata mingħand is-suldati li nqabżu fil-promozzjonijiet li ngħataw riċentement?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minħabba li l-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi miġbura, risposta għall-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta aktar ’l quddiem.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Kiri ta' Karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.