Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-stationaries tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li n-nefqa globali fuq stationery għas-sena 2006 kienet :-
Ministeru/Dipartiment Lm 2,147
Awtorita' dwar it-Trasport Lm10,378
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kiri ta' proprjeta'
Question
Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' proprjeta' tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nefqa globali għall-kiri ta' propjeta' matul is-sena 2006 kient ta' Lm461,990.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-xiri ta' stationery tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2006, n-nefqa globali għall-xiri ta' stationery tal-Ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħti kienet kif ġej:
Head Office: Lm 14,593.24
Ambaxxati: Lm 20,694.31.
Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' proprjeta' tal-ministeru, tad-dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ispiża globali matul is-sena 2006 għall-kiri ta' propjeta' magħmula mill-Ministeru/Dipartiment kienet ta' Lm 11,450 filwaqt li tal-ADT kienet tammonta għall-Lm 27,399.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' proprjeta' tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi matul l-2006 in-nefqa globali għall-kiri ta' proprjeta' tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-enti kollha li jaqgħu taħtu kienet ta' Lm 101,017. Din iċ-ċifra ma tinkludix il-proprjetajiet li jinkrew mingħand il-Gvern stess.
Ta' min jinnota li Lm 65,938 minn din iċ-ċifra huma l-ammont mħallas għall-kiri ta' uffiċini ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu barra minn Malta.
Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' xtieli/pjanti fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2006, ma sarx kiri ta' pjanti, la min naħa tal-Ministeru/Dipartiment u l-anqas min naħa ta' l-ADT.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' xtieli/pjanti tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi n-nefqa globali għall-kiri ta' xtieli/pjanti matul l-2006 tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-enti kollha li jaqgħu taħtu kienet ta' Lm 3,245.97.
Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' għamara/pittura tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2006 ma nkriet l-ebda għamara/pittura la min naħa tal-Ministeru/Dipartiment u l-anqas min naħa ta' l-ADT.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' proprjeta' tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, matul l-2006, n-nefqa globali għall-kiri ta' proprjeta' tal-Ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħti kienet tammonta għal:
Head Office: Lm 12,335.70
Ambaxxati: Lm 885,077.38.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' xtieli/pjanti tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru, dipartimenti, dekasteru u l-enti kollha li jaqgħu taħti ma kellhom l-ebda spejjeż f'kiri ta' xtieli jew pjanti matul l-2006.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' għamara/pittura tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2006, l-Ministeru, dipartimenti, dekasteru u l-enti kollha li jaqgħu taħti ma nefqu xejn f'kiri ta' għamara jew pittura.
Ġieli kellna nikru xi siġġijiet għall-okkazjonijiet partikolari bħal per eżempju lecturespubbliċi.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali ta' l-ikliet/hospitality tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazjoni għada qed tinġabar u r-risposta tingħata f' seduta oħra..
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt għola l-prezz tal-laħam tal-majjal għall-produtturi tal-majjal kull kilo? X'kienu r-raġunijiet li l-prezz tal-laħam tal-majjal frisk ma roħosx kif kellu jorħos wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u dan abbażi tas-sussidju li l-gvern ta biex dan iseħħ għall-ġid tal-konsumatur?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-prezz huwa materja ta’ natura kummerċjali, it-tweġiba tista’ tingħata biss minn min ħa deċiżjoni biex jirrevedi l-prezzijiet fis-suq. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onorevoli Interpellant hu mgħarraf li l-iskop tas-sussidji kien biex jagħmel tajjeb għad-differenzi storiċi fil-prezzijiet bejn dawk ta’ uħud mill-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea u ta’ Malta. Naturalment, qatt ma kien il-ħsieb li dawn is-sussidji jiggarantixxu roħs dejjiemi fil-prezzijiet, liema prezzijiet għandhom jirriflettu tibdil fis-suq.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kiri ta' Karozzi
Question
Jista l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22850 u jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nefqa globali fis-sena 2006 għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, entitajiet jiġifieri Mount Carmel Hospital, Ministeru, Public Health, Primary Health Care, Medicines Authority kienet ta' Lm30,207.73c.
Barra minn hekk, saru wkoll kirjiet f'isem l-Awtorita' dwar il-Mediċini li jammontaw għal Lm3,057.89c. Dawn ta' l-aħħar qed jiġu investigati.
Jista' l-Ministru jinformana dwar il-punti li dwarhom kien hemm qbil bejn il-KIM u l-Ministeru fil-laqgħa li saret nhar it-Tlieta 16 ta' Jannar, 2007?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-KIM qablet li tissottometti programm ġdid għall-ġenetika ġdida sa Marzu 2007. Il-Ministeru ser jgħin biex dan il-programm jitwettaq skond il-parametri ta’ dak li hemm fit-Trattat ta’ Sħubija.
Edukazzjoni, Zgħazagħ u Impjiegi — Kiri ta' Pjanti
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' xtieli/pjanti fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-entikollha li jaqgħtu taħtu?
Edukazzjoni, Zgħazagħ u Impjiegi — Kiri ta' għamara/pittura
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' għamara/pittura għall-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?