Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Fil-preżent kemm hu n-numru ta' għaqdiet sportivi li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali (bin-nifs) il-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi peress li l-istatistika fil-Korporazzjonijiet Enemalta u ta' l-Ilma ma tinżammx skond il-kategoriji kif mitlub minnu, ma nistax nagħtih iċ-ċifri dwar l-informazzjoni li talab.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Fuel

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22858 u jgħid: Matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali tal-fuel tal-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-nefqa tal-fuel tal-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu fis-sena 2006 hija: Transport Fuel Boiler Fuel Department of Elderly and Community Care Lm17,108 Lm239,834 Medicines Authority Lm763 NIL MCH Lm9,698 Lm91,505 Division Lm101,643 Lm248,382 Zammit Clapp Hospital Lm6,688 Lm4,290

Biċċerija — Deboning plant

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-deboning plant fil-Biċċerija ma jitħaddimx minkejja li kellu jibda jitħaddem f'April 2005/2006 skond il-pjan tal-ministeru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 23753.

Biċċerija — Inċineratur

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-inċineratur il-ġdid tal-Biċċerija ma jitħaddimx minkejja li kellu jibda jitħaddem f'April 2005/2006 skond il-pjan tal-ministeru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-inċineratur il-ġdid tal-Biċċerija għadu ma tħaddimx minħabba li l-Gvern kien qiegħed fil-proċess li jiddetermina kif l-impjant għandu jiġi modifikat biex jilqa’ għall-ħtiġijiet tal-pajjiż filwaqt li jkun assigurat li l-faċilitajiet għat-trattament ta’ l-iskart ikunu massimizzati u b’hekk ikunu ffrankati l-flus. Dan ilna nirrepetuh bosta drabi. Dan il-proċess flimkien man-negozjati ġew ffinalizzati u riċentement ġie ffirmat il-kuntratt biex jibdew ix-xogħlijiet meħtieġa għal dawn il-modifiki. L-impjant mistenni jibda jaħdem aktar tard din is-sena.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari 22863 u jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali tal-mobile phones fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Biċċerija — Deboning plant

Question

Jista' l-Ministru jinformani meta tlesta d-deboning plant fil-Biċċerija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-Cutting and Deboning Plant ġiet ikkummissjonata parzjalment fl-2005. Fl-2006 saru konsultazzjonijiet ma’ entitajiet privati u koperattivi bil-ħsieb li tinħareġ sejħa għall-offerti biex il-Cutting and Deboning Plant topera bħala entità privata. Dan wassal biex jiġi mħejji dokument biex jakkumpanja s-sejħa għall-offerti. Id-deċiżjoni biex tinħareġ is-sejħa għall-offerti ma tteħditx minħabba li kienu għaddejin diskussjonijiet mal-biċċiera ( middlemen ) li joperaw fil-biċċerija u dan minħabba r-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea. Issa, li ntlaħaq qbil mal-biċċiera, l-impjant ser jibda jitħaddem sa nofs is-sena bħala parti mix-xogħlijiet biex jitjieb l-operat fil-biċċerija.

Biċċerija — Deboning plant

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt ilu magħluq l-impjant tad-deboning fil-Biċċerija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 23753.

OPM — Ikliet/Hospitality

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-ikliet/hospitality fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa globali fuq ikliet/hospitality fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru li tinkludi Dipartimenti, Awtoritajiet u Enti li jaqgħu taħtu, kienet ta’ Lm71,174. In-nefqa mill-Ministeru tal-Finanzi kienet tammonta għal Lm40,434.

OPM — Xiri ta' Stationery

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal xiri ta' stationery fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament, u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Wied il-Qlejgħa — Riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus/fondi biex kompla jiġi riabilitat Wied il-Qlejgħa, l/o Rabat matul l-2004, l-2005 u l-2006? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li l-flus li ntefqu fuq ir-rijabilitazzjoni ta’ Wied il-Qliegħa magħruf aħjar bħala Chadwick Lakes, l/o Rabat matul l-2004, 2005 u 2006 kienu kif ġej:- Sena Nefqa Lm Xogħol 2004 797.50 Skavar, tagħbija, ġarr, rimi u tneħħija ta’ 250 metru kubu ta’ materjal. 2005 xejn xejn 2006 7,069.56 7,429.00 Xiri ta’ materjal u kiri ta’ makkinarju għal tindif u xogħol ta’ rijabilitazzjoni ta’ ħitan, ilqugħ ta’ ilma u toroq. Tneħħija ta’ 182 tunnellata ta’ materjal. Pagi ta’ ħaddiema tal-Gvern li għamlu dan ix-xogħol. Ix-xogħol ta’ tneħħija ta’ materjal minn Wied il-Qlejgħa sar tul il-medda bejn il-pont li jagħti għal Wied ta’ l-Armla u l-Qattara, tul ta’ madwar 2100m. Ma’ din il-medda ta’ madwar 2km, inbena wkoll ħajt baxx ta’ madwar 30cm għoli tal-bricks mimli biex jipproteġi x-xogħol ta’ tarmac u ma jħallix il-ħamrija tinżel fit-triq. L-ilqugħ ta’ l-ilma li ġie msewwi huwa dak ta’ bejn il-Minkba u Harbet il-Ward. Dan kellu nofsu mwaqqa’, kif ukoll kien hemm parti ta’ madwar 30m ta’ ħitan li jilqgħu l-ħamrija ta’ l-għelieqi li nbnew mill-ġdid.

Ċentru ta' San Luċjan — ex impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi rwol għandu llum il-persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li kien jaħdem fiċ-ċentru ta' San Luċjan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-persuna li dettalji dwarha ntbagħtu separatament irriżenjat mill-kariga li kienet tokkupa bħala Kap tal-Malta Centre for Fisheries Sciences fil-15 ta’ Frar 2007.

Koperattiva Industrija tal-Majjali — Ftehim mal-Ministeru

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati bejn il-ministeru u l-KIM? X'punti ntlaħqu bħala ftehim bejn iż-żewġ partijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari prattikament identika Nru 23247 tas-seduta 494 tat-13 ta’ Frar.

AFM — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' oġġezzjonijiet, ilmenti u/jew protesti li rċeviet l-Armata mingħand is-suldati li nqabżu fil-promozzjonijiet li ngħataw riċentement?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li n-numru ta’ ilmenti li waslu minn suldati b’relazzjoni ma’ l-għoti ta’ l-aħħar promozzjonijiet kienu ta’ mitejn u tmienja u għoxrin (228) wieħed.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Kiri ta' għamara/pittura

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal kiri ta' għamara/pittura fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li matul l-2006 ma kien hemm ebda nfieq fuq kiri ta’ għamara jew pittura mill-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Ikliet/Hospitality

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-ikliet/hospitalityfil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li n-nefqa totali fuq hospitality, matul is-sena 2006, mill-Ministeru, Dipartiment u entitajiet kollha li jaqghu taht id-dekasteru tieghi kienet Lm6,846.87.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Xiri ta' Stationery

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal xiri ta' stationery fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-taghrif mitlob mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.

OPM — Kiri ta' Proprjeta'

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal kiri ta' proprjeta' fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

OPM — Kiri ta' Pjanti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal kiri ta' xtieli/pjanti fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-nefqa globali fuq kiri ta’ xtieli/pjanti matul is-sena 2006 kienet ta’ Lm15 fir-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u Lm790 li ntefqu mill-Ministeru tal-Finanzi rispettivament.

OPM — Kiri ta' għamara/pittura

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal kiri ta' għamara/pittura fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-nefqa fuq kiri ta’ għamara/pittura mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru kienet ta’ Lm116 filwaqt li l-Ministeru tal-Finanzi nefaq Lm85.