Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-consumption/domanda tad-dawl u ilma matul l-2006 f'kull sptar? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull sptar separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-konsum tad-dawl u l-ilma għas-sena 2006 f'kull sptar kien hekk:
Sptar Monte Carmeli Lm213,985
Residenza San Vincenz de Paul Lm644,257
Sptar Sir Paul Boffa Lm35,070
Sptar San Luqa Lm629,642
Sptar Zammit Clapp Lm27,482
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tad-dawl u l-ilma fl-iskejjel tal-Gvern f'Malta u Għawdex separatament matul l-2006?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-nefqa globali matul l-2006 għad-dawl u l-ilma fl-iskejjel tal-Gvern f'Malta kienet ta' Lm369,818.16ċ.
Informat ukoll li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma ta' l-iskejjel f'Għawdex jitħallsu mill-vot tal-Ministeru għall-Għawdex.
Jista' l-Ministru japprova u jirrimedja immedjatament għal każ li qed jintbagħat separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
F'kazijiet bħal dawn mhux il-Ministru "japprova" izda Statementing Moderating Panel li jkun irid jevalwa l-kazi skond iċ-ċerifikati u l-assessments professjonali multi dixxiplinari. Informat li l-kaz in partikolari qed jiġi proċessat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Thomsons qed iġibu żewġ titjiriet fil-ġimgħa minflok 20 titjira bit-turisti li kienu jġibu lejn pajjiżna fis-sajf?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Onorevoli interpellant m’huwiex qed jagħmel riferenza ċara għal liema snin jew perjodi qiegħed jirreferi għalihom meta jsemmi t-titjiriet li jopera t-Thomson lejn Malta.
Ninsab infurmat illi li joħrog mill-analiżi ta’
slots
reġistrati fl-Ajruport huwa li
Thomsons
joperaw medja ta’ 4 titjiriet fil-ġimgħa matul is-sajf u ta’ 2 titjiriet fil-ġimgħa fix-xitwa permezz tal-linja tal-ajru tagħhom. Jirriżulta ukoll li t-titjiriet operati mill-linja tal-ajru ta’
Thomson’s Thomson Fly
(qabel magħrufa bħala
Brittannia
) qegħdin jonqsu, iżda dan it-tnaqqis huwa akkumpanjat minn żidiet sostanzjali ta’
seat allocations
li
Thomsons
qegħdin jagħmlu mal-linja nazzjonali l-Air Malta.
Ta’ min isemmi li madwar għoxrin sena ilu
Thomsons
kienu tassew joperaw numru kbir ta’ titjiriet permezz tal-
Brittannia
, iżda dak kien żmien meta d-dipendenza ta’ Malta fuq dan l-operatur kienet ferm akbar.
Illum fis-suq Ingliż insibu numru ħafna akbar ta’ operaturi, fosthom speċjalisti, li żdiedu l-
market share
tagħhom. Dan minbarra l-fatt li l-profil tat-turist Ingliż lejn Malta qiegħed dejjem jinbidel, riżultat ta’ xejriet ġodda ta’ kif in-nies jivjaġġaw.
Kemm fil-fatt sewa sa issa l-iżvilupp tal-inċineratur fil-Biċċerija tal-Marsa? Kemm hija mistennija li tqum l-ispiża biex jiġi modifikat l-inċineratur tal-Biċċerija? Meta mistenni li tkun lesta l-modifikazzjoni fl-inċineratur u meta huwa proġettat li jibda jaħdem? Fil-fatt hija l-politika tal-Gvern li għal ġejjieni l-ispejjeż tal-qatla fil-Biċċerija jgħaddu fuq il-produtturi? Fil-preżent, kemm fil-fatt iħallsu flus il-produtturi/kooperattivi għall-qatla tal-annimali li ssir fil-Biċċerija? Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-programm tax-xogħlijiet li qed isiru fil-mument fil-Biċċerija sabiex din tiġi konformi mar-regoli u direttivi skond il-ħtieġa ta' l-aħħar esperti tal-Kummissjoni Ewropea? Fil-fatt meta se jitlesta dan ix-xogħol sabiex ma ssirx aktar moħqrija ta' l-annimali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-inċineratur fil-Biċċerija tal-Marsa nxtara wara li ħarġet sejħa għall-offerti taħt il-proċeduri tal-Ħames Protokol Taljan u sewa €10,445,450. L-ispiża kontrattwali biex jiġi modifikat l-inċineratur biex dan jieħu skart ieħor mistennija tkun ta’ Lm800,000. L-impjant mistenni jibda jaħdem aktar tard din is-sena wara li jitlesta dan ix-xogħol. M'hemmx ħsieb li l-politika tal-Gvern fir-rigward ta' l-ispejjeż li jitħallsu mill-produtturi għall-qatla tinbidel. Fil-preżent, il-produtturi/koperattivi jħallsu miżati kif stabbiliti fl-Avviż Legali 74 ta' l-1998.
Il-programm komprensiv ta' upgrading ġewwa l-biċċerija mixi skond il-pjan ta’ ristrutturar u dan jinkludi:
- Xogħlijiet fil-maqjel tal-bovini kif ukoll tal-majjali. Dan ix-xogħol huwa meħtieġ sabiex jitjieb il-ħarsien ta' l-annimali qabel il-qatla;
- Tibdil ta' makkinarju eżistenti kif ukoll makkinarju addizzjonali u installazzjoni ta' tagħmir ieħor biex jitjiebu l-faċilitajiet ta’ iġene;
- Tibdil fis-sistema ta’ l-ilma;
- Modifikazzjoni fis-sala tal-bejgħ tal-laħam;
- Tibdil f'xi proċeduri fil-linja tal-qatla; u
- Proċeduri oħra biex jitjieb il-ħarsien ta' l-annimali.
Il-programm jaħseb ukoll għal taħriġ ta' l-impjegati li jaħdmu ġewwa l-biċċerija. Dawn ix-xogħlijiet mistennija jitlestew aktar tard din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm fil-fatt hija ċ-ċifra ta' flus globali tal-kontijiet pendenti għall-konsum ta' l-ilma u tad-dawl fl-isptarijiet privati dovuti lil Enemalta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-figuri kif mitlub minnu għall-Sptarijiet Privati, Residenzi Privati ta' l-anzjani, Fabbriki. Stabbilimenti kummerċjali u Kumpanniji Privati ma jistgħux jingħataw minħabba li l-kontijiet m'humiex distinti minn xulxin.
Residenzi privati ta' l-anzjani — Kontijiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm fil-fatt hija ċ-ċifra ta' flus globali tal-kontijiet pendenti għall-konsum ta' l-ilma u d-dawl tar-residenzi privati ta' l-anzjani dovuta lil Enemalta?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija nru 23822.
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm fil-fatt hija ċ-ċifra ta' flus globali tal-kontijiet pendenti għall-konsum ta' l-ilma u d-dawl fil-fabbriki privati dovuta lil Enemalta?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għal-Mistoqsija Parlamentari nru: 23822.
Fil-preżent kemm hu n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali ta' l-ikel u x-xorb li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali (bin-nifs) il-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 23760.
Fil-preżent kemm hu n-numru ta' lukandi li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali (bin-nifs) il-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sat-12 ta' Frar 2007, mill-mijiet ta' lukandi liċenzjati, erbgħa biss qed iħallsu b'arranġamenti speċjali, tlieta qegħdin f'Malta u waħda f'Għawdex.
Fil-preżent kemm hu n-numru ta' fabbriki li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali (bin-nifs) il-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sat-12 ta' Frar 2007, mill-mijiet ta' fabbriki li hawn f'Malta 9 biss li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali u jinstabu kollha f'Malta.
Fil-preżent kemm hu n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali (bin-nifs) il-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija numru 23760.
Fil-preżent kemm hu n-numru ta' għaqdiet tal-volontarjat li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali (bin-nifs) il-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 23760.
Fil-preżent kemm hu n-numru ta' għaqdiet kulturali li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali (bin-nifs) il-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22903 u jgħid kemm kien in-numru ta' oġġezzjonijiet, ilmenti u/jew protesti li rċeviet l-Armata mingħand is-suldati li nqabżu fil-promozzjonijiet li ngħataw riċentement?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22903.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt ogħla l-prezz tal-majjal li jipproduċu l-produtturi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija għadu kif għamilieli fis-seduta tat-13 ta’ Frar. Għaldaqstant nirreferih għat-tweġiba li tajt dakinhar għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 23245.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ċertifikati li jikkonfermaw li l-biċċerija hija konformi u up to standard mar-regoli/direttivi tal-CAP u ta' l-animal welfare?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-approvazzjoni tal-Biċċerija ngħatat mill-Uffiċjal Veterinarju Ewlieni fl-2004 skond il-proċedura stabbilita mill-Unjoni Ewropea.
L-approvazzjoni tal-Biċċerija għalhekk dehret fil-lista ta' stabbilimenti approvati skond LN 853 ta’ l-2004 u għadha tidher sal-lum.
Fil-preżent kemm hu n-numru ta' households li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali (bin-nifs) il-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' households (domestiċi) li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali l-kontijiet tad-dawl u l-ilma huwa ta 1,154.