Legislature:
Category:
Reset
Active:

Produzzjoni ta' ilma riċiklat għall-biedja

Question

Matul l-2000, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet il-kwantita' tal-produzzjoni ta' l-ilma riċiklat għall-biedja lokali mill-impjanti li hawn f'pajjiżna għal dan ir-rigward? Kemm minn dan l-ilma tqassam lill-bdiewa u f'liema perijodu u x'livelli ta' salinita' eċċ. kienu stabbiliti fil-kwalita' ta' l-ilma? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li għamlu użu minn dan l-ilma? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li ilmentaw fuq il-kwalita' ta' l-ilma f'kull perijodu separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 24282.

Riżorsi u Infrastruttura — Żvilupp ta' ġonna

Question

Jista' l-Minsitru jagħti ċifra globali ta' kemm intnefqu flus mill-ministeru għall-iżvilupp ta' ġonna, soft area, eċċ. matul l-2004, l-2005 u l-2006 separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tingabar u ser tinghata f'xi seduta ohra.

Settur tal-biedja

Question

Jista' l-Ministru jinformani jekk għandux pjan ta' kontinġenza f'każ li nixfa fis-settur ral-biedja teskala minħabba l-bidla li qed iġġib magħha l-klima?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-esiġenzi dwar il-pjanijiet minħabba l-bdil li qed iġġib magħha l-klima għadhom qed ikunu mfassla mill-Unjoni Ewropea. Hekk kif ikun determinat x’miżuri jkun hemm bżonn, jittieħdu l-passi neċessarji, kif fil-fatt qiegħed isir kemm dwar programmi mill-Unjoni Ewropea li jħaddnu miżuri b'elementi ta' titjib ta’ l-ambjent kif ukoll skond l-obbligi ta' protokol li l-pajjiż ikollu. Barra minhekk, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern fassal proġett sabiex, b’ko-finanzjament mill-Fondi Strutturali, filwaqt li tiġi ndirizzata l-problema ta’ l-għargħar taż-żona Birkirkara, Msida, Ħal Lija u l-akkwati, kemm jista’ jkun jiġi miġbur u maħżun l-ilma tax-xita bil-għan li dan ikun jista’ jintuża għal skopijiet agrikoli.

Mdina Ditch — Embellishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir embellishment ta' l-Imdina ditch u cioe' tat-tennis court, il-five-a-side court u l-ġnien ta' l-inħawi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li l-embellishment ta’ l-Imdina ditch jiġifieri t-tennis court u l-five-a-side court diga' huma inklużi fi programm ta' xogħlijiet għall-futur.

Ġnien Howard

Question

Jsita' l-Ministru jgħid meta se jitkompla l-iżvilupp ta' Ġnien Howard u cioe' il-parti li tinsab quddiem l-uffiċċju tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Sistema idroloġika

Question

Matul din is-sena kemm hu stmat li Malta se tirċievi fondi mill-Unjoni Ewropea sabiex tirriabilita s-sistema idroloġika tal-gżejjer tagħna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kiri ta' proprjeta'

Question

Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' proprjeta' tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-nefqa globali għall-kiri ta' propjeta tal-Ministeru, dekasteru u enti kollha li jaqgħu taħti għas-sena 2006 kienet ta' Lm4,614 aktar mis-somma ta' Lm1,197,078 li kienet titħallas fis-sena 1998 (9 snin ilu) fi żmien gvern Laburista.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kiri ta' xtieli/pjanti

Question

Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' xtieli/pjanti tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi n-nefqa globali f'kiri ta' xitel u pjanti tal-Ministeru, dekasteru u enti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi għas-sena 2006 kienet ta' Lm1,311.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kiri ta' għamara/pittura

Question

Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' għamara/pittura tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2006, ma kienx hemm spejjes għall-kiri ta' għamara u pitturi għall-Ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħti.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Xiri ta' stationery

Question

Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-stationaries tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi n-nefqa globali fuq stationery matul is-sena 2006 fil-Ministeru u enti kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilita tiegħi kienet ta' Lm326,848.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari 22863 u jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali tal-mobile phones fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-nefqa globali fuq mobile phones fil-Ministeru u d-Dipartimenti fl-2006 tammonta għal Lm14,717. Infurmat ukoll li n-nefqa globali ta' kull entita kummerċjali li taqa taħt ir-responsabilita tiegħi hija kif tidher fuq it-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Produzzjoni ta' ilma riċiklat għall-biedja

Question

Matul l-2006, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet il-kwantita' tal-produzzjoni ta' l-ilma riċiklat għall-biedja lokali mill-impjanti li hawn f'pajjiżna għal dan ir-rigward? Kemm minn dan l-ilma tqassam lill-bdiewa u f'liema perijodu u x'livelli ta' salinita', eċċ. kienu stabiliti fil-kwalita' ta' l-ilma? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li għamlu użu minn dan l-ilma? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li ilmentaw fuq il-kwalita' ta' l-ilma f'kull perijodu separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat. Ma jinżammux records ta’ kemm ilma jitqassam lill-bdiewa peress li dan jitqassam ġo kanali u m’hemmx arloġġi li jkejlu l-volum għaddej. L-ilma jitqassam meta l-bdiewa jitolbuh, normalment bejn Marzu u Ottubru, skond it-temp u x-xita. Il-livell tas-salinità fl-ilma ġeneralment ikun ogħla meta mqabbel ma’ ilma ieħor. Madwar 250 bidwi jagħmlu użu mill-ilma ta’ l-Impjant ta’ Sant Antnin, li hu l-uniku impjant li jipproduċi dan l-ilma sal-lum. Ma jinżammux records tan-numru ta’ bdiewa li ġieli lmentaw dwar is-salinità però in-numru kien żgħir.

Produzzjoni ta' ilma riċiklat għall-biedja

Question

Matul l-2005, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet il-kwantita' tal-produzzjoni ta' l-ilma riċiklat għall-biedja lokali mill-impjanti li hawn f'pajjiżna għal dan ir-rigward? Kemm minn dan l-ilma tqassam lill-bdiewa u f'liema perijodu u x'livelli ta' salinita' eċċ. kienu stabiliti fil-kwalita' ta' l-ilma Kemm kien in-numru ta' bdiewa li għamlu użu minn dan l-ilma? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li ilmentaw fuq il-kwalita' ta' l-ilma f'kull perijodu separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 24282.

Produzzjoni ta' ilma riċiklat għall-biedja

Question

Matul l-2004, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet il-kwantita' tal-produzzjoni ta' l-ilma riċiklat għall-biedja lokali mill-impjanti li hawn f'pajjiżna għal dan ir-rigward? Kemm minn dan l-ilma tqassam lill-bdiewa u f'liema perijodu u x'livelli ta' salinita' eċċ. kienu stabbiliti fil-kwalita' ta' l-ilma? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li għamlu użu minn dan l-ilma? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li ilmentaw fuq il-kwalita' ta' l-ilma f'kull perijodu separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 24282.

Produzzjoni ta' ilma riċiklat għall-biedja

Question

Matul l-2003, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet il-kwantita' tal-produzzjoni ta' l-ilma riċiklat għall-biedja lokali mill-impjanti li hawn f'pajjiżna għal dan ir-rigward? Kemm minn dan l-ilma tqassam lill-bdiewa u f'liema perijodu u x'livelli ta' salinita' eċċ. kienu stabbiliti fil-kwalita' ta' l-ilma? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li għamlu użu minn dan l-ilma? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li ilmentaw fuq il-kwalita' ta' l-ilma f'kull perijodu separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 24282.

Produzzjoni ta' ilma riċiklat għall-biedja

Question

Matul l-2002, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet il-kwantita' tal-produzzjoni ta' l-ilma riċiklat għall-biedja lokali mill-impjanti li hawn f'pajjiżna għal dan ir-rigward? Kemm minn dan l-ilma tqassam lill-bdiewa u f'liema perijodu u x'livelli ta' salinita' eċċ. kienu stabbiliti fil-kwalita' ta' l-ilma? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li għamlu użu minn dan l-ilma? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li ilmentaw fuq il-kwalita' ta' l-ilma f'kull perijodu separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 24282.

Produzzjoni ta' ilma riċiklat għall-biedja

Question

Matul l-2001, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet il-kwantita' tal-produzzjoni ta' l-ilma riċiklat għall-biedja lokali mill-impjanti li hawn f'pajjiżna għal dan ir-rigward? Kemm minn dan l-ilma tqassam lill-bdiewa u f'liema perijodu u x'livelli ta' salinita' eċċ. kienu stabbiliti fil-kwalita' ta' l-ilma? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li għamlu użu minn dan l-ilma? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li ilmentaw fuq il-kwalita' ta' l-ilma f'kull perijodu separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 24282.

Lukandi — Kontijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm fil-fatt hija ċ-ċifra ta' flus globali tal-kontijiet pendenti għall-konsum ta' l-ilma u d-dawl tal-lukandi privati dovuta lil Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kontijiet pendenti mill-lukandi privati dovuti lill-Enemalta huma ta Lm2,523,900 liema somma tinkludi l-kontijiet kollha kurrenti u konsegwentament is-somma mhix indikazzjoni ta' kontijiet arretrati.

Stabilimenti kummerċjali — Kontijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm fil-fatt hija ċ-ċifra ta' flus globali tal-kontijiet pendenti għall-konsum ta' l-ilma u d-dawl tar-restaurants, bars u stabilimenti kummerċjali ta' l-ikel u x-xorb dovuta lil Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru : 23822

Kumpanniji privati — Kontijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm fil-fatt hija ċ-ċifra ta' flus globali tal-kontijiet pendenti għal konsum ta' l-ilma u d-dawl ta' kumpanniji privati dovuta lil Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru: 23822.