Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #25058 Sitting 518 2007-04-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Produzzjoni ta' bajd frisk

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali ta' bajd frisk matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Għawdex? Tista' tipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-produzzjoni lokali ta' bajd frisk reġistrat f'Għawdex matul l-ewwel tliet xhur tas-sena kienet ta' 2,830,500 bajda; fil-waqt li l-produzzjoni ghall-istess perijodu għas-snin ta' qabel hija kif ġej:- Sena Bajd 2003 3,534,390 2004 2,409,450 2005 2,417,370 2006 2,273,820

Produzzjoni ta' laħam tat-tiġieġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali tal-laħam abjad tat-tiġieġ matul fl-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali tal-laħam abjad tat-tiġieġ matul fl-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta bejn l-2003 u l-2007 kien kif jidher hawn taħt. Ma kenitx tin\amm statistika għas-snin ta’ qabel: Tunnellati (metric) 2003 2004 2005 2006 2007 2719.679 2593.146 1537.450 1239.177 955.724* * Din il-figura tkopri Jannar u Frar biss peress li l-informazzjoni ta’ Marzu għadha qed tinġabar mill-biċċeriji tat-tjur.

Produzzjoni tal-frott frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali tal-frott frisk matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għall-aħħar ħames snin sena' b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux possibbli li tingħata din l-informazzjoni peress li jinżammu dettalji ta’ x’daħal fil-Pitkalija u mhux tal-produzzjoni totali peress li ammont sostanzjali jinbiegħ direttament u m’huwiex reġistrat.

Produzzjoni ta' laħam tal-majjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali tal-laħam frisk tal-majjal fl-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Leg 10 PQ #25050 Sitting 517 2007-04-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Produzzjoni tal-laħam tat-tiġieġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni tal-laħam abjad tat-tiġieġ matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Għawdex? Tista' tipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena' b'sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-produzzjoni ta' laħam tat-tiġieġ f'Għawdex matul Jannar u Frar ta' din is-sena hija ta' 249 tunnellati Live weight (l-informazzjoni għal-Marzu 2007 qiegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra) . Jiena nfurmata wkoll li l-produzzjoni ta' dan il-laħam għall-perjodu tal-ewwel tlett xhur tal-aħħar snin minn meta bdiet tnżamm l-istatistika kienet kif jidher fl-iskeda annessa: Sena Tunnellati (live weight) 2006 215 2005 305 2004 341 2003 725
Leg 10 PQ #25051 Sitting 517 2007-04-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Produzzjoni tal-laħam tal-majjal

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni tal-laħam frisk tal-majjal matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Għawdex? Tista' tipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena' b'sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-produzzjoni ta' laħam tal-majjal f'Għawdex matul l-ewwel tlett xhur ta' din is-sena u għall-istess perjodu tal-aħħar ħames snin huwa kif jidher hawn taħt: Sena Tunnellati 2007 110 2006 107 2005 123 2004 125 2003 131 2002 117

Produzzjoni ta' laħam taċ-ċanga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni tal-laħam frisk taċ-ċanga matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li t-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali tal-laħam frisk taċ-ċanga f'Malta fl-ewwel tliet xhur tas-sena bejn l-2002 u l-2007 kien kif jidher hawn taħt: Tunnellati ( metric ) 2002 2003 2004 2005 2006 2007 Total 384 351 273.5 378 364 355

Qabda ta' ħut

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-qabda tal-ħut lokali reġistrata fl-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta xahar b'xahar separatament? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tunnellaġġ tal-qabda tal-ħut lokali reġistrat fl-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta bejn l-2002 u l-2007 kien kif ġej: Qabda (tunnellati) 2002 2003 2004 2005 2006 2007 Jannar 43 18 46 21 43 29 Frar 35 15 31 12 18 23 Marzu 16 38 28 31 22 37

Produzzjoni ta' bajd frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali ta' bajd frisk reġistrat matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-produzzjoni lokali ta’ bajd frisk tiġi kkalkulata skond l-ammont ta’ sussidju li jingħata kull xahar lill-produtturi. Dan għaliex is-sussidju jingħata a bażi tal-produzzjoni ta’ bajd li ssir fuq ir-razzett. Din hija l-istatistika miġbura li tindika l-produzzjoni ta’ bajd (f’tużżani) matul l-ewwel tliet xhur ta’ dawn is-snin: 2007: (tinġabar sa l-aħħar t’April) 2006: 1,805,921 2005: 1,609,772 2004: 1,535,095 2003: 1,726,625 L-informazzjoni għas-sena 2007 hija ta’ Jannar u Frar biss minħabba li l-produtturi għandhom ċans sa l-aħħar ta’ April biex jirrapportaw l-informazzjoni tal-produzzjoni ta’ Marzu.

Magħlef lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ ta' magħlef lokali reġistrat matul is-sena 2006 f'Malta? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-produzzjoni tal-magħlef lokali hija f’idejn operaturi privati.
Leg 10 PQ #25044 Sitting 516 2007-04-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Qabda ta' ħut

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-qabda tal-ħut lokali reġistrata fl-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta xahar b'xahar separatament? Tista' tipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-mistoqsija tikkonċerna l-Malta, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Produzzjoni tal-faqqiegħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali tal-faqqiegħ matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għall-aħħar ħames snin sena' b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-produzzjoni tal-faqqiegħ hija f’idejn azjendi kummerċjali.

Produzzjoni tal-ħaxix frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali tal-ħaxix frisk matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għall-aħħar ħames snin sena' b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-produzzjoni attwali tal-ħaxix hija f’idejn operaturi privati.

Riżorzi u Infrastruttura — Żvilupp ta' Ġonna

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24302 u jagħti ċifra globali ta' kemm intnefqu flus mill-ministeru għall-iżvilupp ta' ġonna, soft area, eċċ. matul l-2004, l-2005 u l-2006 separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li ċ-ċifri globali ta’ kemm intefqu flus mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura għall-iżvilupp ta’ ġonna, soft areas, eċċ. matul l-2004, 2005 u 2006 separatament, huma kif jidhru hawn taħt: Sena Ċifra Globali 2004 Lm 439,384.65 2005 Lm 371,483.73 2006 Lm 561,286.40

Proġetti għall-iżvilupp ta' Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeviet flus Malta matul l-2006 mill-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp fuq proġetti sabiex tiġi riabilitata s-sistema tal-gżejjer tagħna għal Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun ċar fid-domanda tiegħu u jispjega x’informazzjoni qiegħed jistenna.

Proġetti għall-iżvilupp ta' Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeviet flus Malta matul l-2005 mill-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp fuq proġetti sabiex tiġi riabilitata s-sistema tal-gżejjer tagħna għal Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 24314.

Dipartiment tal-VAT

Question

Fil-preżent, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont f'ċifra ta' flus li d-dipartiment tal-VAT għandu jiġbor mill-kumpanniji, self-employed, etc.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-taxxa dovuta lil dan id-Dipartiment fis-6 ta’ Marzu 2007 bħala VAT not in dispute kienet tammonta għal Lm6,509,447.23. Hemm ammont ieħor ta’ taxxa li hija kontestata jew quddiem il-Bord ta’ l-Appelli jew fil-Qrati ta’ l-Appell. Dan jammonta għal Lm13,215,473.74.

Dipartiment tal-VAT

Question

Fil-preżent, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont f'ċifra ta' flus li qed tiġi kontesta mill-kumpanniji, self-employed, etc. bħala eżenzjoni jew kontra l-VAT mitluba in kwestjoni tal-prospett tad-dipartiment tal-VAT?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ flus li qed jiġi kkontestat mill-kumpaniji, self-employed, etc kontra l-VAT mitluba in kwestjoni permezz ta’ audit assessments maħruġa mid-Dipartiment tal-VAT huwa ta’ Lm13,215,473.74.

Dipartiment tat-Taxxi Interni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus f'ċifra globali li d-dipartiment tat-taxxi daħħal f'taxxi abbażi ta' agreement ta' arretrati ta' taxxi dovuti mit-taxpayer lokali matul l-2006? Jista' jagħti breakdown taċ-ċifra ta' kumpanniji u individwi separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ taxxa globali li nġabret matul is-sena 2006 abbażi ta’ ‘agreements’ fuq arretrati ta’ taxxa hu kif ġej: Individwi Lm1,071,805 Kumpaniji Lm 233,432

Dipartiment tat-Taxxi Interni — N.I. contributions

Question

Fil-preżent, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus li għandha titħallas lill-Inland Revenue għall-ħlasijiet tal-bolla tal-N.I.? Jista' jagħti breakdown ta' kumpanniji u self-employed separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra