Legislature:
Category:
Reset
Active:

Biċċerija

Question

Għaliex l-inċineratur fil-Biċċerija għadu mhux jaħdem? Kemm fil-fatt hija kkalkulata l-ispiża meħtieġa biex jitħaddem dan l-inċineratur il-ġdid? Meta fil-fatt se jitħaddem? Min kien l-uffiċjal/uffiċjali responsabbli minn dan il-proġett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari tiegħu Nru 23821. Il-project manager ta’ l-impjant kien l-eks-Direttur Generali fit-Taqsima ta’ l-Ikel u l-Affarijiet Veterinarji. Il-lum dan il-proġett qed jaqa' taħt il-WasteServ Malta Ltd.

Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma nħossx li jkun prudenti li jingħataw l-ismijiet tal-persuni ikkonċernati. Il-postijiet li ġew vakanti imtlew skond il-bżonn u r-riżorsi disponibbli.

Dipartiment tat-Taxxi Interni — N.I. contributions

Question

Fil-preżent, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus li għandha titħallas lill-Inland Revenue għall-ħlasijiet tal-bolla tal-N.I.? Jista' jagħti breakdown ta' kumpanniji u self-employed separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont dovut mis-self-employed huwa ta’ Lm5,137,874 għas-snin 1999 sa 2006 filwaqt li l-ammont dovut minn employers għas-snin 1998 sa 2005 huwa ta’ Lm14,357,156.

Awtorita' tax-Xandir — Kliem dispreġjattiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkordina ma' l-Awtorita' tax-Xandir sabiex fuq l-istazzjon tar-radju li jxandar fuq il-frekwenza 106.6 il-mużika meta ma jixxandrux is-seduti parlamentari, ma jkomplix juża kliem dispreġjattiv bħal "talking lot of rubbish" meta dan l-istazzjon jirreferi għal dak li jingħad minn DJs ta' stazzjonijiet tar-radju lokali oħrajn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 26534, jien ninsab infurmat illi wara ntervent mill-Awtorità tax-Xandir ma’ PBS Ltd ħadet il-passi meħtieġa biex tirtira l-jingle li fiha kliema li jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant u għalhekk din il-jingle mhux qed tixxandar aktar.

Dipartiment tal-VAT — VAT refunds

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-mument kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali li d-dipartiment tal-VAT irid jirrifondi lura lit-taxpayer? Kemm minn din iċ-ċifra hija maħsuba li titħallas din is-sena? Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sal-14 ta’ Mejju 2007, l-ammont ta’ kreditu tal-VAT mitlub minn persuni reġistrati u li għad irid jitħallas matul ix-xhur li ġejjin huwa ta’ Lm19,175,383. Minn din is-somma Lm3,425,809 qed jiġu verifikati sabiex jiġi aċċertat li l-kreditu mitlub huwa tajjeb skond il-liġi. L-ewwel pagament dovut imur lura sal-1 ta’ Jannar 1999 u l-ammont dovut f’dan il-każ huwa ta’ Lm579.53. Din is-somma tinkludi rifużjonijiet lill-persuni eżentati bi kreditu (bħal Freeport) operatur tan-negozju. Is-somma ta’ Lm19,175,383 tista’ tinbidel jekk kemm il-darba persuni reġistrati jnaqqsu l-ammonti dovuti lilhom minn denunzja tat-taxxa li għad iridu jibgħatu sakemm il-kreditu jiġi biex jitħallas.

Awtorita' tax-Xandir — Kliem dispreġjattiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkordina ma' l-Awtorita' tax-Xandir sabiex fuq l-istazzjon tar-radju li jxandar fuq il-frekwenza 106.6 il-mużika meta ma jixxandrux is-seduti parlamentari, ma jkomplix juża kliem dispreġjattiv bħal "talking lot of rubbish" meta dan l-istazzjon jirreferi għal dak li jingħad minn DJs ta' stazzjonijiet tar-radju lokali oħrajn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Kontijiet tal-NI — Arretrati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25072 u jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti tal-N.I.? Għalkemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Kontijiet ta' l-income tax — Arretrati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji/households/intraprendituri (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti għat-taxxa ta' l-income? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena? Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25925.

Kontijiet ta' l-income tax — Arretrati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25071 u jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji/households/intraprendituri (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti għat-taxxa ta' l-income? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena? Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25925.

Kontijiet ta' l-income tax — Arretrati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 25784 u 25071 u jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji/households/intraprendituri (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti għat-taxxa ta' l-income? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena? Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dettalji, sena b’sena, ta’ persuni/kumpaniji/households/intraprendituri li fil-preżent għandhom arranġamenti mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni sabiex iħallsu l-arretrati ta’ kontijiet pendenti huma kif murija fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Joint Office

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga u jagħmel r-rakkmandazzjonijiet neċessarji sabiex il-każ li qed nibgħat separatament jiġi rimedjata bla aktar telf ta' żmien sia għal familjari u d-dipartiment inkwestjoni? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt qiegħed jivverifika d-dokumentazzjoni sottomessi mill-eredi tal-attwali kerrejja/enfitewti tal-proprjetajiet in kwistjoni u deċiżjoni definitiva mistennija tingħata lil eredi fi żmien xahar.

Kontijiet ta' l-income tax — Arretrati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 25784 u 25071 u jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji/households/intraprendituri (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti għat-taxxa ta' l-income? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena? Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Kontijiet tal-VAT — Arretrati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet tal-VAT? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena? Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandu l-ebda arranġamenti sabiex jitħallsu l-arretrati tal-kontijiet tal-VAT. Dan peress li m’hemm l-ebda provvediment fl-Att tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud ta’ l-1998 li jippermetti li dan iseħħ.

Kontijiet ta' l-income tax — Arretrati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25071 u jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji/households/intraprendituri (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti għat-taxxa ta' l-income? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena? Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Dipartiment tat-Taxxi Interni — N.I. contributions

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24345 u jgħid: Fil-preżent kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus li għandha titħallas lill-Inland Revenue għall-ħlasijiet tal-bolla tal-N.I.? Jista' jagħti breakdown ta' kumpanniji u self-employed separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Proġetti għall-iżvilupp ta' Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeviet flus Malta matul l-2006 mill-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp fuq proġetti sabiex tiġi riabilitata s-sistema idroloġika tal-gżejjer tagħna għal Malta u Għawdex separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex ikun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu

Benefiċċji tal-mard — Pagament

Question

Tista' l-Ministru tawtorizza l-pagament tal-benefiċċji tal-mard lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Peress li l-persuna se jkollha tagħmel operazzjoni kif mistqarr mill-ispeċjalista, tista' l-Ministru tara li l-pagament isir immedjatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Dipartiment tal-VAT — VAT refunds

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25074 u jgħid fil-mument kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali li d-dipartiment tal-VAT irid jirrifondi lura lit-taxpayer? Kemm minn din iċ-ċifra hija maħsuba li titħallas din is-sena? Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.