Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vjolenza fuq l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vjolenza fuq l-anzjani f'Malta u Għawdex separatament fl-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, kien hemm 10 każijiet ta' offiża gravi fuq anzjan ċioe' persuna 'il fuq minn 60 sena.

Public Service Commission

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi fejn il-Public Service Commission iddikjarat uffiċjalment li ma kenitx taqbel ma' xi deċiżjoni u cioe' ma xi sentenza li ngħatat mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji mit-twaqqif ta' dan it-tribunal sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Sussidju lill-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tas-sussidji li tħallsu lill-bdiewa, raħħala u sajjieda separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li s-sussidji li tħallsu lill-bdiewa, lir-raħħala u lis-sajjieda fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2007 huma hekk: Sussidju Ammont (Lm) Pig Meat 481,979.22 Poultry 123,513.67 Eggs 318,169.54 Poultry Gozo 34,352.12 Eggs Gozo 28,154.98 Fruit & Vegetables (Pitkali) 582,561.23 Milk 333,621.15 Tomatoes (EU and SMPPMA) 675,593.17 Technical Assistance 54,724.20 Ad Hoc 56,252.26 Aid For Deprived (incl. Lm 6,205.03 transport costs) 56,727.03 Rubble Walls 153,311.56 Less Favoured Areas (LFA) 904,265.29 Potatoes 59,342.06 Arable 53,080.79 Viticulture (EU and SMPPMA) 489,391.58 Dairy Premium and Additional Payment 250,793.04 Livestock Payments 145,326.22 TOTAL Lm4,801,159.11 Din iċ-ċifra ma tinkludix xi għajnuniet finanzjarji li tħallsu lis-sajjieda u lill-bdiewa taħt skemi ta’ għajnuna.

Inċineratur

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani meta se jibda jopera l-Inċineratur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-inċineratur ser jibda jopera iktar tard din is-sena hekk kif il-permessi ta’ l-operat ikunu kollha pproċessati u maħruġin mill-awtoritajiet konċernati.

Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' membri tal-korp tal-pulizija li fl-ewwel sitt xhur tas-sena weġġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien hemm 30 membru tal-Korp tal-Pulizija li weġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom.

Persuni li tressqu l-qorti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-nurmu ta' persuni/kumpanniji li l-pulizija ressqet fil-Qorti ta' Malta u Għawdex matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena l-Pulizija ressqet 896 persuna quddiem il-Qorti fuq akkużi li l-piena tagħhom taqbeż is-sitt xhur priġunerija.

Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26655 u jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Din ir-risposta hija ssuġġerita:- L-informażżjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Sajjied — Talba għal kumpens

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament kif ukoll jara li jingħata kumpens xieraq lis-sajjied in kwestjoni? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-Taqsima għall-Affarijiet Veterinarji, l-Konservazzjoni u l-Kontroll tas-Sajd qatt ma ħarġet kumpensi lil sajjieda għal ħsarat li huma jkunu ġarrbu minn terzi persuni. F’kull każ li jiġi rrapurtat lil din it-Taqsima, din tfittex il-parti li tkun ikkawżat id-dannu u titlobha biex tersaq għal soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ partijiet. Hekk ukoll għamlet fil-każ li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant. Madankollu, ir-responsabbilità ta’ kif ser jimxi l-proċess u jekk hux ser tkompli tieħu azzjonijiet skond id-drittijiet li tagħtiha l-liġi huma f’idejn il-parti li tkun sofriet id-danni. Bl-ebda mod ma tista’ t-Taqsima għall-Affarijiet Veterinarji, l-Konservazzjoni u l-Kontroll tas-Sajd tieħu l-post tal-mekkaniżmu legali u ġudizzjarju jew ta’ xi soċjetà assiguratriċi.

Riżenja

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26641 u jinfurmani x'kienu r-raġunijiet li rriżenja s-Sur Buġġelli? Min ħa over ir-responsabilta' tax-xogħol pendenti li kellu f'idu dan l-uffiċjal għoli fid-dipartiment/ministeru? X'kien fil-fatt ix-xogħol pendenti li huwa kellu responsabilta' tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’ittra li s-Sur Bugelli bagħat lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma ngħatat ebda raġuni għala saret ir-riżenja. Rigward il-kumplament tad-domanda, iddaħħlu arranġamenti tranżitorji u x-xogħol tad-Diviżjoni qiegħed jitkompla.

Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26652 u jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ferm voluminuża u għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26647 u jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 10 PQ #26843 Sitting 544 2007-06-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 26650 u tgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #26844 Sitting 544 2007-06-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26651 u jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif tidher fit-tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sistemi ta' enerġija elettrika

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali? X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkunu bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Sistemi ta' enerġija elettrika

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali? X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkunu bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?

Response (BORG, TONIO)

Għall-mistoqsija ta' l-Onor. Interpellant jista' jingħad li s'issa twaħħlet sistema fotovoltaika ta' 3.20 kiloWatt (peak) - kWp - fuq il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Ta' min jgħid ukoll illi fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi bdiet tiġi implimentata il-policy ta' Solar Heating. Fil-preżent id-diviżjoni numru 4 hija mgħammra bis-Solar heating għal użu tal-misħun. Hemm ippjanat li matul is-sitt xhur li ġejjin diviżjonijiet oħra u primarjament il-kċina jiġu mgħammra b'apparat solar flok dak preżenti ta' electric water heaters.

Sistemi ta' enerġija elettrika

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali? X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkunu bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?

Response (ZAMMIT, NINU)

Għall-mistoqsija ta' L-Onorevoli Interpellant jista' jingħad li s'issa twaħħlet sistema fotovoltaika ta' 3.20 Kilowatt fuq il-bejt tad-Dipartiment tal-Manutenzjoni u Kostruzzjoni fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Għas-sitt xhur li ġejjin, il-Ministeru mhux maħsub li ser jinstalla xi sistemi oħra ta' dan it-tip.

Sistemi ta' enerġija elettrika

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali? X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkunu bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull fejn qiegħed isir xogħol ġdid mis-Sezzjoni tal-Manutenzjoni tal-Ministeru qegħdin jintużaw sistemi ta’ economy lamps. Dan biex jitnaqqas il-konsum ta’ l-elettriku. Sa issa dawn il-lampi ġew installati fid-Direttorat ta’ l-EU Affairs, fil-Microvinification Laboratory u fl-uffiċċji tal-Crop Husbandry. Barra minhekk, fil-bini tal-Ministeru nbidlu t-tubi tal-kmamar kollha b’tip energy efficient li jiffrankaw sa massimu ta’ 50% enerġija elettrika. Infurmat ukoll li kull fitting ta’ l-elettriku li tinbidel issir b’dan il-mod. Hekk, fi ftit żmien nibdlu l-istallazzjonijiet kollha elettriċi li għandna għal sistemi li jiffrankaw l-enerġija. Barra minhekk twaħħlet sistema fotovoltaika ta’ 1.33 kWp (kilo Watt - peak) fuq il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u sistema oħra ta’ 2.30 kWp fiċ-Ċentru għall-Iskart Goff ta’ l-Imrieħel. Dan iċ-Ċentru ħa jkun qiegħed jieħu nofs l-enerġija meħtieġa għall-operat tas-sit minn enerġija rinovabbli, li jikkonsisti f’enerġija mix-xemx u mir-riħ. Hu ppjanat li l-panelli fotovoltajki ji¿diedu tant li l-operat kollu tas-sit jikseb l-enerġija kollha meħtieġa minn sorsi rinovabbli u se jkun hemm ukoll 30% ta’ enerġija ¿ejda li tkun mitfugħa fil- grid nazzjonali. Hu ppjanat li sorsi ta’ enerġija rinovabbli se jkunu nstallati fi tliet siti oħra biex jissuplixxu totalment jew parzjalment l-enerġija meħtieġa mis-siti. Fl-Imrieħel stess twaħħal ukoll micro-wind turbine ta’ 1.20 kWp. Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ħareg ukoll period contract, li minnu jistgħu jibbenifikaw Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern, sabiex jiġu nstallati sistemi fotovoltaici. S’issa, bis-saħħa ta’ dan il-kuntratt, twaħħlu madwar 42kWp f’sistemi fotovoltaiċi fuq diversi bini pubbliku. Fis-sitt xhur li ġejjin il-Ministeru ser jinstalla turbina oħra tar-riħ fl-Għammieri. Fil-futur se jinbena park tal-enerġija mix-xemx fil-Kumpless ta’ l-Immaniġġar ta’ l-Iskart tal-Magħtab. L-enerġija li se tkun iġġenerata minn dawn il-panelli fotovoltajki se tkun mitfugħa fil-grid nazzjonali flimkien ma’ dik l-enerġija li tiġi ġġenerata mill-gassijiet ta’ l- engineered landfills wara li jkunu ġew sodisfatti l-ħtiġijiet ta’ l-enerġija għall-operat ta’ kuljum tas-sit. Se tiġi installata wkoll turbina tar-riħ li se tintu¿a għall-istess skop. Qiegħed ikun ikkunsidrat li fl-impjant ta’ Sant’Antnin, li bħalissa qiegħed jiġi mmodernizzat, ikunu nstallati panelli solari fuq is-soqfa u l-enerġija ġġenerata tintu¿a għall-operat ta’ dak is-sit.

Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26644 u jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?l

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26645 u jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar tingħata f’xi seduta oħra.