Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tjur tas-simna — Produzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tat-tjur tas-simna matul l-ewwel sitt xhur tas-sena f'Malta u f'Għawdex? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar snin sena b'sena separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema snin qiegħed jirreferi.

Ħalib frisk — Produzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' ħalib frisk matul l-ewwel sitt xhur tas-sena f'Malta u f'Għawdex? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar snin sena b'sena separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija qed tirreferi għal informazzjoni ta' natura kummerċjali u għalhekk mhijiex etika li tingħata.

Dipartiment tat-Taxxi Interni — N.I. contributions

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24345 u jgħid: Fil-preżent kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus li għandha titħallas lill-Inland Revenue għall-ħlasijiet tal-bolla tal-N.I.? Jista' jagħti breakdown ta' kumpanniji u self-employed separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24345.

Dipartiment tal-VAT — VAT refunds

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25074 u jgħid fil-mument kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali li d-dipartiment tal-VAT irid jirrifondi lura lit-taxpayer? Kemm minn din iċ-ċifra hija maħsuba li titħallas din is-sena? Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25074.

Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Sistemi ta' enerġija elettrika

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali? X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkun bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Sistemi ta' enerġija elettrika

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali? X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkunu bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għall-mistoqsija ta’ l-Onorevoli Interpellant jista’ jingħad li s’issa twaħħlet sistema fotovoltaika ta’ 2.10 kWp fil-Forzi Armati ta’ Malta u 1.20 kWp fl-Istamperija tal-Gvern. Għas-sitt xhur li ġejjin, minkejja li mhux maħsub li jiġi nstallat sistemi ta’ dan it-tip, qed ikunu kkunsidrati inizjattivi oħrajn favur l-ambjent.

Serq minn fabbriki u lukandi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn fabbriki u lukandi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-informazzjoni għax-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 24874, 24876, 24878 u 25834, filwaqt li ninsab infurmat illi l-figuri għax-xhur ta’ Mejju u Ġunju huma kif ġej:- Fabbriki Lukandi Mejju 2 20 Ġunju xejn 40

Serq minn mużewijiet u dipartimenti ta' l-istat

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn mużewijiet u dipartimenti ta' l-istat matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, ġew irrapurtati 28-il serqa minn postijiet tal-Gvern, li 11 minnhom kienu jinvolvu oġġetti personali ta' persuni waqt li kienu f'dawn il-postijiet.

Hold ups

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' hold upsf'Malta u Għawdex separatament fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-informazzjoni għax-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 24874, 24876, 24878 u 25834, filwaqt li ninsab infurmat illi l-figuri għax-xhur ta’ Mejju u Ġunju huma 3 u 2 rispettivament.

Visas

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' visas li nħarġu fl-ewwel sitt xhur tas-sena u minn liema pajjiżi, kemm kienu maskili u femminili u koppji miżżewġa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien hemm 26,716 persuna ta' nazzjonalita' barranija li ngħataw visa sabiex jiġu Malta. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-pajjiżi mnejn ġew dawn il-persuni. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mhux disponibbli.

Serqiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rappurtati fl-ewwel sitt xhur tas-sena minn karozzi privati u self driveetc?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-informazzjoni għax-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 24874, 24876, 24878 u 25834, filwaqt li ninsab infurmat illi l-figuri għax-xhur ta’ Mejju u Ġunju huma 147 u 198 rispettivament.

Serq minn djar privati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-informazzjoni għax-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 24874, 24876, 24878 u 25834, filwaqt li ninsab infurmat illi l-figuri għax-xhur ta’ Mejju u Ġunju huma 55 u 38 rispettivament.

Serq minn stabilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-informazzjoni għax-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 24874, 24876, 24878 u 25834, filwaqt li ninsab infurmat illi l-figuri għax-xhur ta’ Mejju u Ġunju huma 17 u 19 rispettivament.

Rimi ta' skart

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni/kumpanniji li l-pulizija ressqet il-qorti fuq rimi ta' skart f'żoni rurali u fil-madwar tal-pajsaġġ tal-gzejjer ta' Malta u Għawdex separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena l-pulizija bdiet proċeduri quddiem il-Qorti kontra ħmistax-il persuna fuq rimi ta' skart, li seba' minnhom huma f'Għawdex.

Kollizjonijiet tat-traffiku

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kolliżjonijiet tat-traffiku reġistrati f'Malta u Għawdex separatament fl-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, il-Pulizija investigat 2,357 inċident tat-traffiku f'Malta u 85 f'Għawdex. Infurmat ukoll illi fl-istess perijodu n-numru ta' kolliżjonijiet tat-traffiku irrapurtati lill-Gwardjani Lokali kien ta' 7,351 f'Malta u 258 f'Għawdex.

Abbużi sesswali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' abbużi sesswali fuq minuri f'Malta u Għawdex separatament fl-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena il-Pulizija kellha 16 ir-rapport dwar abbuż sesswali fuq persuni ta' taħt it-18-il sena.