Legislature:
Category:
Reset
Active:

Proġetti ta' Ortikultura

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani liema proġetti/żviluppi huma maħsuba li jibdew matul dan ix-xahar fil-qasam ta' l-ortikultura f"Malta u Għawdex separatament? Kemm se jiswew u meta se jitlestew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 27732.

Trobbija tal-baqar

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani liema proġetti/żviluppi huma maħsuba li jibdew matul dan ix-xahar fil-qasam ta' trobbija tal-baqar f"Malta u Għawdex separatament? Kemm se jiswew u meta se jitlestew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 27732.

Produzzjoni tal-bajd frisk

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani liema proġetti/żviluppi huma maħsuba li jibdew matul dan ix-xahar fil-qasam tal-produzzjoni tal-bajd frisk f"Malta u Għawdex separatament? Kemm se jiswew u meta se jitlestew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 27732.

Ortikultura — Produzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' ortikultura matul l-ewwel sitt xhur tas-sena f'Malta u f'Għawdex? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar snin sena b'sena separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema prodotti u snin qiegħed jirreferi.

Produzzjoni ta' l-għeneb

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' l-għeneb matul l-ewwel sitt xhur tas-sena f'Malta u f'Għawdex? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar snin sena b'sena separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nittama li l-Onorevoli Interpellant, kelliem ta' l-Oppozizzjoni għall-agrikultura, jaf li fl-ewwel sitt xhur tas-sena ma jkun hemm ebda produzzjoni ta' għeneb f'Malta u f'Għawdex.

Proġetti ta' Apikultura

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani liema proġetti/żviluppi huma maħsuba li jibdew matul dan ix-xahar fil-qasam ta' l-apikultura f"Malta u Għawdex separatament? Kemm se jiswew u meta se jitlestew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema proġetti/żviluppi qiegħed jirreferi, jekk hux dawk governattivi jew .privati/kummerċjali, u jindika tajjeb għal liema perjodu qiegħed jirreferi.

Proġetti ta' Vitikultura

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani liema proġetti/żviluppi huma maħsuba li jibdew matul dan ix-xahar fil-qasam ta' l-vitikultura f"Malta u Għawdex separatament? Kemm se jiswew u meta se jitlestew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 27732.

Proġetti fl-industrija ta' ipproċessar

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani liema proġetti/żviluppi huma maħsuba li jibdew matul dan ix-xahar fl-industrija ta' l-ipproċessar f"Malta u Għawdex separatament? Kemm se jiswew u meta se jitlestew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 27732.

Majjal frisk — Produzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-majjal frisk matul l-ewwel sitt xhur tas-sena f'Malta u f'Għawdex? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar snin sena b'sena separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema snin qiegħed jirreferi.

Ċanga friska — Produzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni taċ-ċanga friska matul l-ewwel sitt xhur tas-sena f'Malta u f'Għawdex? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar snin sena b'sena separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema snin qiegħed jirreferi.

Produzzjoni ta' fniek

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-fniek matul l-ewwel sitt xhur tas-sena f'Malta u f'Għawdex? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar snin sena b'sena separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li din l-informazzjoni ma tinġabarx.

Produzzjoni tas-summien

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tas-summien matul l-ewwel sitt xhur tas-sena f'Malta u f'Għawdex? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar snin sena b'sena separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li din l-informazzjoni ma tinġabarx.

Produzzjoni tat-tadam

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tat-tadam matul l-ewwel sitt xhur tas-sena f'Malta u f'Għawdex? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar snin sena b'sena separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2007 minn Malta u Għawdex fil-pitkalija ddaħħlu 2.71 miljun kilo ta' tadam. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija tiegħu, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema snin qiegħed jirreferi.

Dulliegħ, bettieħ u frott — Produzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tad-dulliegħ, bettieħ u frott matul l-ewwel sitt xhur tas-sena f'Malta u f'Għawdex? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar snin sena b'sena separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-produzzjoni tad-dulliegħ u bettieħ matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2007 kienet hekk: Dulliegħ 1.19 miljun kilo Bettieħ 1.08 miljun kilo Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika sew għal liema frott ieħor u għal liema aħħar snin qiegħed jirreferi.

Public Service Commission

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi fejn il-Public Service Commission iddikjarat uffiċjalment li ma kenitx taqbel ma' xi deċiżjoni u cioe' ma xi sentenza li ngħatat mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji mit-twaqqif ta' dan it-tribunal sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li kien hemm 23 każ fejn il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ddikjarat uffiċjalment li ma kenitx taqbel ma’ xi deċiżjoni u ċioé ma’ xi sentenza li ngħatat mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ l-Inġustizzji. Fi tnejn minn dawn il-każijiet il-Kummissjoni, wara li reġgħet ikkunsidrat il-każ, biddlet l-ewwel deċiżjoni tagħha u qablet mad-deċiżjoni tat-Tribunal.

Pompi ġodda tal-petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' pompi ġodda tal-petrol li ġew approvati minn wara l-1 ta' Mejju 2004 'l quddiem? F'liema lokalitajiet ta' Malta u Għawdex ġew approvati? Kemm fil-fatt ġew rifjutati applikazzjonijiet fl-istess perjodu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Estenzjonijiet tal-pompi tal-petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet għall-estenzjonijiet tal-pompi tal-petrol eżistenti f'Malta u f'Għawdex? Kemm minnhom ġew rifjutati u kemm minnhom għadhom pendenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi.

Permess tal-Pulizija — Pompi tal-petrol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena kemm kien in-numru ta' pompi tal-fuel/oil eċċ f'Malta u Għawdex separatament li kellhom l-permess tal-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa' kelli l-okkażjoni ninforma lill-Kamra, il-liċenzji tan-negozju, m'għadhomx jinħarġu mill-Pulizija. Għaldaqstant nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.