Legislature:
Category:
Reset
Active:

Industrija ta' l-ipproċessar — Sussidju

Question

Skond l-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA), jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur f'ċifra ta' flus allokati għas-sussidji tal-produzzjoni stabbilita għall-produzzjoni fl-industrija ta' l-ipproċessar matul din is-sena? Jista' jgħid kemm fil-fatt tħallas lill-bdiewa minn dan is-sussidju allokat abbażi tal-produzzjoni dikjarata mill-bdiewa? Jista' jgħid x'sar mill-flus allokati iżda ma tħallsux lill-bdiewa minħabba li ma laħqux il-produzzjoni massima u kemm fil-fatt kien f'ċifra ta' flus dan l-ammont li ma tħallasx lill-bdiewa in kwestjoni? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-snin 2004, 2005 u 2006 separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispjega għal liema "industrija ta' pproċessar" qiegħed jirreferi.

Produzzjoni taċ-ċanga — Sussidju

Question

Skond l-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA), jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur f'ċifra ta' flus allokati għas-sussidji tal-produzzjoni stabbilita taċ-ċanga friska matul din is-sena? Jista' jgħid kemm fil-fatt tħallas lill-bdiewa minn dan is-sussidju allokat abbażi tal-produzzjoni dikjarata mill-bdiewa? Jista' jgħid x'sar mill-flus allokati iżda ma tħallsux lill-bdiewa minħabba li ma laħqux il-produzzjoni massima u kemm fil-fatt kien f'ċifra ta' flus dan l-ammont li ma tħallasx lill-bdiewa in kwestjoni? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-snin 2004, 2005 u 2006 separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li ma jingħatawx sussidji fuq ċanga friska kif indikat mill-Onorevoli Interpellant.

Visas — Ċittadini mis-Senegal

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' visas li ħarġu matul dawn l-aħħar snin sena b'sena għal ċittadini mis-Senegal f'Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mit-tagħrif disponibbli l-informazzjoni mitluba hi kif jidher hawn taħt:- Sena 2004 2005 2006 2007* Numru ta' visa 7 7 9 2 *sat-30.09.07

Persuni minn Senegal

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalita' Senegaliża li fil-preżent huma residenti f'Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat mill-Uffiċċju Elettorali illi fil-preżent hawn tlett persuni ta' nazzjonalita' Senegaliża li għandhom karta ta' l-identita' bħala residenti f'Malta, skond l-Att dwar il-Karta ta' l-Identita' (Kap. 258).

Refuġjati minn Senegal

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalita' Senegaliża li fil-preżent jinsabu refuġjati f'Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru tan-nies li qalu li huma mis-Senegal u li applikaw għall-status ta' refuġjat mill-1 ta' Jannar 2002 sat-18 ta' Ottubru 2007 hu ta' sitta. Ħadd minn dawn ma ġie rikonoxxut bħala refuġjat jew ingħata protezzjoni umanitarja.

Ċentru ta' detenzjoni — Senegaliżi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalita' Senegaliża li fil-preżent jinsabu fiċ-ċentru ta' detenzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li jinsabu f'ċentri ta' detenzjoni u li ddikjaraw li kienu ta' nazzjonalita' Senegaliża mal-wasla tagħhom f'Malta hu ta' 21

Senegaliżi f'Kordin

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalita' Senegaliża li fil-preżent jinsabu fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fid-19 ta' Ottubru 2007 ma hemm l-ebda priġunier ta' nazzjonalita' Senegaliża ġewwa l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin.

Produzzjoni tat-tadam — Sussidju

Question

Skond l-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA), jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur f'ċifra ta' flus allokati għas-sussidji tal-produzzjoni stabbilita tat-tadam għall-industrija ta' l-ipproċessar matul din is-sena? Jista' jgħid kemm fil-fatt tħallas lill-bdiewa minn dan is-sussidju allokat abbażi tal-produzzjoni dikjarata mill-bdiewa? Jista' jgħid x'sar mill-flus allokati iżda ma tħallsux lill-bdiewa minħabba li ma laħqux il-produzzjoni massima u kemm fil-fatt kien f'ċifra ta' flus dan l-ammont li ma tħallasx lill-bdiewa in kwestjoni? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-snin 2004, 2005 u 2006 separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Cutting and deboning plant — Ħaddiema

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 27945, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu f'dan l-impjant u x'ħiliet għandhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ cutting and deboning isir minn biċċiera tas-sengħa u n-numru jvarja skond id-domanda li tiġi stabilita għal kull qatla.

Vjolenza domestika

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 27011, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mill-162 rapporti ttieħdu passi mill-pulizija u tressqu l-Qorti l-persuni in kwestjoni?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat tagħrif aġġornat dwar dan is-suġġett li jien tajt bi Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27667.

Produzzjoni tal-Frott

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27864 u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-frott kollu li jitkabbar fil-gzejjer tagħna f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif indikata fit-tabella hawn taħt. Din ma tinkludix l-informazzjoni li diġà tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru 27700. 2002 2003 2004 2005 2006 Kg Kg Kg Kg Kg 1,514,961 808,808 886,887 1,164,422 1,239,599

Bdiewa u raħħala — Ħsarat estensivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tal-bdiewa u raħħala li rrappurtaw ħsarat estensivi kawża tal-maltemp li ħakem il-gżejjer f'dawn l-aħħar jiem f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jgħid ukoll kemm hija kkalkulata f'ċifra ta' flus globali l-ħsara rrappurtata u x'passi ttieħdu biex jiġu kumpensati l-bdiewa u r-raħħala in kwestjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li ma saru ebda rapporti ta' ħsarat kawża tal-maltemp li kien hawn fl-aħħar ġranet.
Leg 10 PQ #28136 Sitting 566 2007-10-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' delegazzjonijiet mis-Senegal li żaru Malta matul dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena? Jista' jgħid ukoll kemm kien in-numru ta' delegazzjonijiet Maltin li żaru Senegal matul dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Matul dawn l-aħħar għaxar snin żaru Malta żewġt Ambaxxaturi mis-Senegal biex jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom. L-Ambaxxatur Mame Balla Sy kien żar Malta f'Jannar 1999, u kellu laqgħat mal-Prim Ministru, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti u d-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin. L-Ambaxxatur Momar Gueye kien żar Malta f'Mejju 2003, u kellu laqgħat mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u uffiċċjali mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin. Kien hemm uffiċċjal Malti li żar is-Senegal f'Ġunju 2006, biex jattendi l-laqgħa preparatorja għall-Konferenza ta' l-EU u l-pajjiżi Afrikani fuq l-Immigrazzjoni u l-Iżvilupp li kellha ssir fil-Marokk fl-istess xahar.

Working permits

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt inħarġu working permits għal ċittadini Senegaliżi f'Malta matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Minn mindu l –KXT hadet ir-responsabbilita’ tal-hrug tal-permessi tax-xoghol (1 ta’ Awwissu 2005), il-KXT harget permess wiehed biss ghal cittadin Senegalizi fl- 2006 u li gie mgedded fl-2007.

Kontijiet tal-N.I. — Arretrati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti tal-N.I.? Għalkemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25783.