Legislature:
Category:
Reset
Active:

Naxxar — Serq minn stabilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali li saru fl-Naxxar matul dawn l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa xhur* ta' din is-sena il-Pulizija kellha żewġ rapporti ta' serq minn stabbilimenti kummerċjali li saru fin-Naxxar, filwaqt li matul dawn l-aħħar ħames snin, in-numru ta' rapporti kien kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 10 11 8 9 5 2

Mellieħa — Serq minn stabilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali li saru fl-Mellieħa matul dawn l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa xhur* ta' din is-sena il-Pulizija kellha 3 rapporti ta' serq minn stabbilimenti kummerċjali li saru fil-Mellieħa, filwaqt li matul dawn l-aħħar ħames snin, in-numru ta' rapporti kien kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 6 7 3 2 0 3

San Pawl il-Baħar — Serq minn stabilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali li saru f'San Pawl il-Baħar matul dawn l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa xhur* ta' din is-sena il-Pulizija kellha 7 rapporti ta' serq minn stabbilimenti kummerċjali li saru f'San Pawl il-Baħar, filwaqt li matul dawn l-aħħar ħames snin, in-numru ta' rapporti kien kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 27 36 20 13 16 7

Serqiet minn mużewijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani kemm ġew rappurtati li saru serqiet minn mużewijiet matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kien stmat l-valur misruq? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li rigward serq minn mużewijiet, l-informazzjoni dwar dan it-tip ta' serq ma tinżammx fi klassifika għaliha għal fini ta' statistika, għaldaqstant it-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant, mhux disponibbli.

Serqiet minn bini pubbliku

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani kemm ġew rappurtati li saru serqiet minn bini pubbliku matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kien stmat l-valur misruq? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li rigward serq minn bini pubbliku, l-informazzjoni dwar dan it-tip ta' serq ma tinżammx fi klassifika għaliha għal fini ta' statistika, għaldaqstant it-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant, mhux disponibbli.

Art li ilha tinħadem

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga għaliex it-talba E37/202/1/705 ma ġietx rikonoxxuta meta hemm evidenza li l-art ilha tinħadem mill-antenati tal-familja ta' min oriġinarjament għamel it-talba u ssottometta anke ritratti? Jista' jara li jiġu riveduti d-deċiżjonijiet u cioe' lill-persuna konċernata tkun rikonoxxuta li taħdem ir-raba in kwestjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-art suġġett tal-applikazzjoni in kwistjoni hija ta' daqs u għamla li żgur ma tistax tissejjaħ għalqa u li fiha jinħadmu, skond l-istess applikazzjoni, imkatar żgħar ta' art u tinsab f'nofs xagħri ta' daqs ħafna akbar. Mhux prattiku, l-anqas minn sens ta' żamma ta' arkivji ta' proprjeta' tal-Gvern, li tingħata kirja għal kull maktur art li qiegħed jinħadem.

Temporary state aid

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-fatt li minkejja t-temporary state aid li kellu jaħseb li jpaċi d-differenza fuq il-prezz tal-laħam aħmar/bee,f wara sħubija fl-UE għola bi aktar minn Lm5.25c fil-kilo għal dak li huwa tenderloin/fillet? Għaliex il-gvern tal-Prim Ministru daħak bil-poplu dwar din il-kwestjoni ukoll?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Serqiet minn knejjes

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani kemm ġew rappurtati li saru serqiet minn knejjes matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kien stmat l-valur misruq? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa xhur* ta' din is-sena il-Pulizija kellha 17-il rapport ta' serq minn knejjes jew istituzzjonijiet reliġjużi li minnhom 14 ġew rappurtati li seħħew f'Malta u 3 seħħew f'Għawdex, filwaqt li matul dawn l-aħħar ħames snin in-numru ta' rapporti kienu kif jidher hawn taħt. Dwar il-valur globali irrappurtat misruq għal kull sena, ninsab infurmat illi din ma tinżammx taħt forma kompjuterizzata. Ta' min jgħid ukoll illi mhux kull min jagħmel ir-rapport jikkwantifika l-valur ta' l-oġġetti irrappurtati misruqa. 2002 2003 2004 2005 2006 2007* Malta 14 23 14 22 18 14 Għawdex - 1 - - - 3

Xemxija — Serq ta' karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi li nsterqu fix-Xemxija matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettall għas-snin kollha abbażi ta' l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 2 4 1 3 6 1 *Jannar - Settembru

Manikata — Serq ta' karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi li nsterqu fl-Manikata matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettall għas-snin kollha abbażi ta' l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma jidhirx li matul dawn l-aħħar ħames snin u matul din is-sena ġew irrapurtati serq ta' vetturi minn din il-lokalita'.

San Pawl il-Baħar — Serq ta' karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi li nsterqu f'San Pawl il-Baħar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettall għas-snin kollha abbażi ta' l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 69 75 57 56 46 29 *Jannar - Settembru

San Pawl il-Baħar — Serq minn djar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati li saru f'San Pawl il-Baħar matul l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 71 70 55 78 74 56 *Jannar - Settembru

Mellieħa — Serq ta' karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi li nsterqu fil-Mellieħa matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettall għas-snin kollha abbażi ta' l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 14 10 16 11 9 4 *Jannar - Settembru