Legislature:
Category:
Reset
Active:

Temporary state aide

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28614, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetitivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jispjega l-fatt li minkejja t-temporary state aid li kellu jaħseb li jpaċi d-differenza fuq il-prezz tal-laħam aħmar/bee,f wara sħubija fl-UE għola bi aktar minn Lm5.25c fil-kilo għal dak li huwa tenderloin/fillet? Għaliex il-gvern tal-Prim Ministru daħak bil-poplu dwar din il-kwestjoni ukoll?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Skond it-Trattat ta' Sħubija, Malta nnegozjat skema li permezz tagħha jingħata sussidju fil-limitu tas-ceiling finanzjarju ndikat fit-Trattat għal numru ta' prodotti, inkluż il-laħam aħmar, li qabel is-sħubija kellhom export refund jew kienu impurtati minn pajjiżi terzi mingħajr dazji. Huwa dan li kien negozjat u mfisser. Irrid inżid ukoll li kull ċaqliq fil-prezzijiet jew żviluppi fis-suq taċ-ċanga ma jista' qatt jiġi ndirizzat mit-Temporary State Aid u għalhekk l-akkuża li dan il-Gvern daħaq bil-poplu hija bla bażi.

Wied Qlejgħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex mhux qed jasal l-ilma minn Wied il-Qlejgħa fil-ġibjuni tal-Kmand fejn hemm il-micpropragation? Meta se jittieħdu passi biex jissewwew il-ħsarat li qed jiżvijaw l-ilma naturali milli jasal f'dawn l-imħażen ta' l-ilma naturali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Proġett ta' bar coding

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28638 u jgħid għaliex il-proġett ta' bar coding baqa' ma tħaddimx sal-ġurnata tal-lum? Min kienu l-uffiċjali repsonsabbli biex jiffinalizzaw dan il-proġett meħtieġ tant għat-traceability u l-kontroll tal-prodott li jiddaħħal il-pitkalija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-bar coding project ma ġiex implimentat għax qed tiġi kkunsidrata sistema alternattiva li tintegra l-imwieżen tal-pitkala flimkien mas-sistemi komjuterizzati tal-pitkala individwali u sistemi oħra meħtieġa. B'din is-sistema ikun possibbli li jkun hemm traceability u kontroll tal-prodott li jiddaħħal fil-pitkalija.

Proġett tal-cable tal-computer network

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28639 u jgħid għaliex il-proġett tal-cable tal-computer network baqa' ma tħaddimx sal-ġurnata tal-lum? Minn kienu l-uffiċjali responsabbli biex jiffinalizzaw dan il-proġett meħtieġ tant għat-traceability u l-kontroll tal-prodott li jiddaħħal il-pitkalija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 28713.

Fabbrika Tessons

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-ftuħ ta' ħajt biex jinħoloq dħul għall-vetturi tal-fabbrika Tessons f'Hal Qormi għal ġo triq residenzjali hux kopert bil-permess neċessarju? Jekk iva, jikkonferma li dan il-permess ingħata wara li saret analizi/studji fuq l-effetti li ser jħalli fuq ir-residenti diġa' affettwati ħażin b'impjant industrijali qrib?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li minn spezzjoni rriżulta li tassew infetaħ aċċess pedonali (u mhux għall-vetturi kif indikat mill-Onorevoli Interpellant) fil-ħajt tal-fabbrika Tessons (Aquatess Marketing) f'Ħal Qormi. Ma jirriżultax li saret xi applikazzjoni għal dan l-iżvilupp u għaldaqstant ser jittieħdu miżuri ta' infurzar kontra l-iżviluppatur kif rikjest mil-liġi (ECF 726/07).
Leg 10 PQ #28678 Sitting 585 2007-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Rabat — Howard Gardens

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir l-embellishment tal-parti tal-ġnien ta' Howard Gardens ir-Rabat li tħalliet barra meta saru x-xogħlijiet aktar kmieni din is-sena? Fil-fatt kemm kienet in-nefqa globali f'ċifra ta' flus tax-xogħlijiet li saru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-proġett ta’ embellishment ta’ Howard Gardens li twettaq fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura kien l-ewwel fażi minn proġett akbar li għad irid isir f’din iz-zona. Proġett li jinkludi d-diżinn integrat ta' l-ispazju quddiem l-entratura ta' l-Imdina, u li jinvolvi anke l-alterazzjoni tad-direzzjoni tat-traffiku minn kif inhu bħalissa. Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura kien involut biss fl-ewwel fażi, li swiet madwar Lm379,000, b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' l-Imdina u mal-Progett ta’ Riabilitazzjoni ta' l-Imdina.

Mtarfa Bypass

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-krakjaturi li hemm fil-parti l-ġdida u l-qadima tal-Mtarfa bypass?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ADT qed tagħmel l-investigażżjonijiet meħtieġa u qed isir pjan ta' manteniment tal-wiċċ tat-triq.

Laqgħa fi Brussell

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien ir-rapprezentant tad-Dipartiment tas-Sajd li attenda għal laqgħa dwar il-miżuri tal-pixxispad li saret nhar is-17 ta' Ottubru 2007 fi Brussell? X'miżuri ġew proposti min-naħa Maltija sabiex ikunu mħarsa d-drittijiet tas-sajjieda Maltin u Għawdxin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-laqgħa tas-17 ta’ Ottubru kienet laqgħa bejn il-Kummissjoni Ewropea u s-settur, u għaldaqstant ma jattendix rappreżentant tat-Taqsima ta’ l-Affarijiet Veterinarji u s-Sajd.

Laqgħa dwar il-pixxispad

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex fil-laqgħa ta' 17 ta' Ottubru, 2007 li saret fi Brussel dwar The management measures for swordfish ġiet mistiedna l-Għaqda Koperattiva tas-Sajd biss?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li uffiċjal mit-Taqsima għall-Affarijiet Veterinarji u s-Sajd kienet bagħtet e-mail liż-żewġ koperattivi, jiġifieri lill-Għaqda Koperattiva tas-Sajd u lill-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd. L-e-mail fuq fishcoop@maltanet.net lill- Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd ma waslitx u meta rat hekk l-uffiċjal ċemplet lis-segretarju tal-koperattiva u ftehmu li tibgħatlu l-istedina fuq l-indirizz e-mail tiegħu personali. Din l-istedina kienet indirizzata lill-koperattiva.

Buġibba — Serq minn stabiliment kummerċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali li saru f'Buġibba matul dawn l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa xhur ta' din is-sena* il-Pulizija kellha rapport wieħed ta' serq minn stabbiliment kummerċjali li sar f'Buġibba, filwaqt li matul dawn l-aħħar ħames snin, in-numru ta' rapporti kien kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 6 0 2 4 2 1

Qawra — Serq minn stabilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali li saru fil-Qawra matul dawn l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa xhur ta' din is-sena* ma ġewx irrappurtati każijiet ta' serq minn stabbilimenti kummerċjali fil-Qawra, filwaqt li matul dawn l-aħħar ħames snin, in-numru ta' rapporti kien kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 7 13 5 3 2 0

Mtarfa — Serq minn stabilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali li saru fl-Imtarfa matul dawn l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa xhur ta' din is-sena* ma ġewx irrappurtati każijiet ta' serq minn stabbilimenti kummerċjali fl'Imtarfa, filwaqt li matul dawn l-aħħar ħames snin, in-numru ta' rapporti kien kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 1 1 1 2 0 0

Dingli — Serq minn stabilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali li saru f'Had-Dingli matul dawn l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa xhur ta' din is-sena* il-Pulizija kellha rapport wieħed ta' serq minn stabbiliment kummerċjali li sar f'Ħad-Dingli, filwaqt li matul dawn l-aħħar ħames snin, in-numru ta' rapporti kien kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 1 0 0 0 1 1

Zebbuġ — Serq minn stabilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali li saru f'Haz-Zebbuġ, Malta matul dawn l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa xhur ta' din is-sena* il-Pulizija kellha erba' rapporti ta' serq minn stabbilimenti kummerċjali li saru f'Ħaż-Żebbuġ, Malta, filwaqt li matul dawn l-aħħar ħames snin in-numru ta' rapporti kien kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 11 10 3 5 4 4

Rabat — Serq minn stabilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali li saru fir-Rabat, Malta matul dawn l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa xhur ta' din is-sena* il-Pulizija kellha tlett rapporti ta' serq minn stabbilimenti kummerċjali li saru fir Rabat, Malta, filwaqt li matul dawn l-aħħar ħames snin in-numru ta' rapporti kien kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 17 4 8 2 3 3

Serq mill-Isptar San Luqa

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani kemm ġew rappurtati li saru serqiet mill-isptar San Luqa matul din is-sena f'Malta separatament? Kemm kien stmat l-valur misruq? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li rigward serq minn sptarijiet, l-informazzjoni dwar dan it-tip ta' serq ma tinżammx fi klassifika għaliha għal fini ta' statistika, għaldaqstant it-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli.

Serq mill-Isptar Mater Dei

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani kemm ġew rappurtati li saru serqiet mill-Isptar Mater Dei matul din is-sena? Kemm kien stmat l-valur misruq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li rigward serq minn sptarijiet, l-informazzjoni dwar dan it-tip ta' serq ma tinżammx fi klassifika għaliha għal fini ta' statistika, għaldaqstant it-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli.

Mġarr — Serq minn stabilmenti kummerċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali li saru fl-Imġarr, Malta matul dawn l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa xhur* ta' din is-sena il-Pulizija kellha rapport wieħed ta' serq minn stabbilimenti kummerċjali li sar fl-Imġarr, Malta, filwaqt li matul dawn l-aħħar ħames snin in-numru ta' rapporti kien kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 5 1 1 3 2 1