Legislature:
Category:
Reset
Active:

Proġett Skart

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid meta huwa maħsub li jinbeda l-proġett skart f'San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, l-Imġarr u n-Naxxar? X'metodi se jintużaw biex il-familji jbiddlu l-kultura radikalment fejn jidħlu affarijiet li jikkonċernaw il-waste separation?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'laqgħa li saret mal-Kunsilli Lokali kollha, waqt laqgħa ġenerali ta' l-Eżekuttiv, ġew elenkati d-dettalji kollha f'dak li jirrigwarda l-waste separation. Il-waste separation bdiet f'numru ta' lokalitajiet u hemm pjanijiet biex din tiġi estiża fil-futur qrib. Il-ħsieb huwa li din tidħol fis-seħħ f'Malta u f'Għawdex sas-sena 2006 bil-għan li nibbenifikaw minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea biex niffinanzjaw dawn il-pjanijiet. Il-metodu inizjali huwa dak tal-bring-in sites fejn membri tal-familja jkunu jistgħu jiddepożitaw l-iskart separat f'kontenituri differenti. Din is-sistema ħadmet b'suċċess fil-lokalitajiet ta' Pembroke u Swieqi. Dan iseħħ bi qbil mal-Kunsill Lokali tal-lokalita'. Il-Ministeru diġa' ħa l-passi meħtieġa biex dan il-proġett jibda jiġi ppjanat u mplimentat.
Leg 10 PQ #644 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: MICHAEL GONZI To: Ministeru għat-Turiżmu

Buġibba — Xogħol ta' kostruzzjoni f'areas turistiċi

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk xogħol ta' kostruzzjoni fejn siti privati f'areas turistiċi, speċjalment f'Buġibba, humiex qegħdin jiġu permessi fiż-żmien tas-sajf u jekk fl-affermattiv, humiex qed isiru kontrolli biex b'dan ix-xogħol ma ssirx ħsara lill-industrija tat-turiżmu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ttieħdu miżuri biex, din is-sena wkoll, ix-xogħol ta' kostruzzjoni fl-inħawi turistiċi jkun regolat b'mod li ma ssirx ħsara lill-industrija tat-turiżmu. Bħas-snin li għaddew, intlaħaq ftehim mal-partijiet kollha konċernati biex il-miżuri applikati fis-sajf ta' l-2002 jerġgħu jkunu fis-seħħ bejn l-1 ta' Lulju u t-30 ta' Settembru 2003. F'dan il-perjodu, ebda xogħol ta' kostruzzjoni ma jista' jsir qabel it-8.00 ta' filgħodu, u kull xogħol għandu bilfors jieqaf bejn is-2.00 u t-3.30 ta' wara nofsinhar. Tul il-perjodu ta' tliet xhur, twaqqigħ ta' bini u qtugħ ta' blat ma jistax isir. Il-miżuri japplikaw f'zoni f'San Ġiljan, Tas-Sliema, il-Mellieħa, Buġibba, il-Qawra, ix-Xemxija, Wied il-Għajn, Marsalforn u x-Xlendi. Ninsab infurmat ukoll li l-kunsilli lokali konċernati ġew provduti bi pjanti li jindikaw fejn sewwasew, fil-lokalita' tagħhom, il-miżuri huma applikabbli. Il-pulizija kienet ukoll mgħarrfa bil-miżuri biex tkun tista' twettaq il-kontroll meħtieġ.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Knisja - bankini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 275 u cioe' jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-limiti ta' kemm tista' toħroġ bankina fi triq, kemm one-way jew two-way u jekk dawn il-limiti humiex qegħdin jiġu mħarsa fi Triq il-Knisja ħdejn il-Menqa f'San Pawl il-Baħar? Jista' il-Ministru jgħid jekk il-bankina msemmija saritx skond ir-regolamenti tal-MEPA?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Persuni b'diżabilita' — Servizz għajnuniet speċjali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid kemm ibbenefikaw persuni b'diżabilita' mis-servizz għajnuniet speċjali minn mindu twaqqaf u jindika il-valur totali minfuq u kif ukoll in-numru ta' persuni b'diżabilita' li bbenefikaw li kienu residenti f'San Pawl il-Baħar, Naxxar u l-Mellieħa rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li mill-1993, meta twaqqaf is-servizz ta' ghajnuna specjali ghal persuni b' dizabilita', sa Mejju 2003, ibbenefikaw 1,308 persuna ghas-somma totali ta' Lm484,648. Ninsab infurmat ukoll li ma tinzammx statistika dwar mill-liema lokalita' jkunu dawn il-beneficjarji.

San Pawl il-Baħar — Single parents

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm single parents residenti f'San Pawl il-Baħar li jirċievu l-assistenza soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-numru ta' genituri wehidhom, kif definiti fis-sub artikolu 7 ta' l-artikolu 30 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Socjali, li jircievu l-ghajnuna socjali u li huma residenti f'San Pawl il-Bahar, hu ta' 38.
Leg 10 PQ #405 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: MICHAEL GONZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

San Pawl il-Baħar — Triq il-Knisja - bankini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 275, jista' il-Ministru jgħid jekk il-bankina msemmija saritx skond ir-regolamenti tal-MEPA? Intalab permess mill-MEPA qabel beda x-xogħol? Jekk intalab, x'inhu n-numru tal-permess?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor Membru li din id-domanda għandha issir lill-Ministru konċernat.

Buġibba — Triq it-Turisti - traffiku

Question

Jista' il-Ministru jirrikkmanda l-introduzzjoni ta' traffic calming measures fi Triq it-Turisti, ma' Triq Cassarino, ħdejn il-playing field ta' Buġibba li ġieli qed ikun hemm overspeeding f'area frekwentata mit-tfal għax hemm il-playing field?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għalkemm l-area msemmija taqa' taħt ir-responsabilta' tal-Kunsill Lokali, tlabt lill-Awtorita' dwar it-Trasport biex tiddiskuti din it-talba mal-Kunsill Lokali.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Knisja - Bankini

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-limiti ta' kemm tista' toħroġ bankina fi triq, kemm one-way jew two-way u jekk dawn il-limiti humiex qegħdin jiġu mħarsa fi Triq il-Knisja ħdejn il-Menqa f'San Pawl il-Baħar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-wiesa' ta' bankina għandha tippermetti l-użu ta' wheelchair. Ix-xogħol tal-bankini fit-triq imsemmija huwa f'idejn il-Kunsill lokali, għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru kkonċernat.