B’referenza għal-legal notice 244 tal-2013 li tispeċifika li l-veterinajru jrid jiċċertifika mortalities li jeċċedu ’l fuq minn 10% ta’ stock, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma t-time frames (10% mortality fix-xahar jew fis-sena)?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li din ir-referenza tal-Avviż Legali 244 tal-2013 li tispeċifika li l-veterinarju jrid jiċertifika il-mortalities ta’ annimali ‘l fuq minn 10% ta’ stock tfisser li jekk imutu iktar minn 10% tal-annimali f’mument wieħed - u mhux f’tul taż-żmien - dan irid jiverifikaħ u jiċċertifikaħ il-veterinarju allokat u responsabbli mill-Pet Shop.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra min hu/hi d-DG tal-Veterinary Regulation Department? Jista’ jgħid x’inhi l-operational financial budget allokat għall-Veterinary Regulation Department u kemm intużaw flus minn dan il-budget sal-14 ta’ Marzu 2014?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Veterinary Regulation Department fil-preżent huwa mmexxi minn Dr Roberto Andrea Balbo, aġent Direttur Ġenerali, kif mħabbar fil-Gazzetta tal-Gvern tas-27 ta’ Jannar 2014.
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jispeċifika għal liema
operational financial budget
qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-checklist u inspections li jridu jsiru fuq annimali li jiġu auctioned (bħal ħamiem)? Dawn huma koperti mil-legal notice?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li kull tip ta’ attivita li hija definita bħala Pet Shop skont l-Avviż Legali 244 tal-2013 irid isegwi r-regoli li huma preskritti fiha. Iċ-checklists li hemm huma l-istess għal kull tip ta’ attivita li taqa’ f’din id-definizzjoni ta’ Pet Shop. Dawn ċ-checklists huma biss ‘aide memoire’ għal dak l-ispettur li ser ikun qiegħed jagħmel l-ispezzjonijiet.
B’referenza għal-legal notice 244 tal-2013 tirrikjedi veterinarju assenjat, jista’ l-Ministru jgħid x’jiġri jekk dan il-veterinajru jkun indispost? Il-Gvern għandu ħsieb li jkollu veterinarju on call li jieħu ħsieb dawn l-eventwalitajiet jew il-veterinarju assenjat irid iħalli lil xi ħadd ieħor on call?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li s-sid responsabbli ta’ Pet Shop huwa dejjem responsabbli għall-annimali tiegħu. L-Avviż Legali 244 tal-2013 tirrikjedi veterinarju assenjat li ser ikun l-ewwel persuna li jrid iffitex dak il-Pet Shop għal-kura tal-annimali fil-pussess tiegħu u anki għal-pariri fuq is-saħħa u trattament xieraq tal-annimali. Jekk dak il-veterinarju assenjat ikun indispost, is-sid irid xorta jfittex veterinarju għal kura tal-annimali li qiegħdin fil-pussess tiegħu. Il-veterinarji li jaħdmu mal-annimali għandhom back up ta’ veterinarji li jaħdmu erbgħa u għoxrin siegħa. Il- funzjoni tal-Gvern mhux dak li jipprovdi s-servizz għal-Pet Shops iżda biex jirregolhom u jivverifika li l-kundizzjonijiet imsemmija f’din il-liġi huma mħarsa bl-għan li jiggarantixxi l-ħarsien tal-annimali.
Microchipping fuq annimali domestiċi – linji gwida
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra linji gwida fuq proċeduri ta’ microchipping ta’ annimali domestiċi (mhux klieb u qtates)?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li linji gwida fuq proċeduri ta’ microchipping ta’ annimali domestiċi jinstabu fil-Legiżlazzjoni Sussidjarja 437.101.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu s-CEO tal-Isptar Monte Karmeli? Jikkonferma l-Ministru li l-Mental Health Act tispeċifika li għandu ikun hemm CEO għal dan l-isptar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-liċenżja tal-Isptar Monte Karmeli tgħajjat lill-clinical chairperson tal-psikjatrija u għaldaqstant is-CEO hu l-istess persuna.
It-tmexxija tas-saħħa mentali hi fdata f’idejn
team
li jkopri s-servizz kollu u li tinkludi lill-
clinical chair
tal-psikjatrija.
Jista’ l-Ministru jinforma din il-Kamra meta l-foot scan li tintuża mill-podoloġija se tiġi mibdula jew imsewwija? Kemm ilha bil-ħsara u għaliex dan id-dewmin kollu? Kemm hawn foot scans available fiċ-ċentri tas-saħħa u sptarijiet governattivi għall-użu tal-poplu Malti u Għawdxi?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li hawn magna tal-footscan waħda li tisntab fiċ-ċentru tas-saħħa ta’ Birkirkara. Din ilha bil-ħsara minn April ta’ din is-sena. Il-wiċċ fejn titpoġġa s-sieq tal-pażjenti sabiex tiġi skanjata mis-sistema, tmermer kompletament bl-użu. Għaldaqstant, dan il-wiċċ ġie mibgħut l-Amerika biex jiġi rranġat u upgraded bis-software ukoll. Dan il-proċess ħa erba’ xhur. Fil-fatt kollox wasal lura Malta f’Awwissu ta’ din is-sena. Meta ġie stallat s-software upgrade fuq il-kompjuter l-antik, dan ma setax jaħdem sew.
Fil-frattemp is-sezzjoni tal-Kura Primarja se tibda l-proċess biex tinxtara magna ġdida. Ukoll se jinbidel il-kompjuter u b’hekk is-sistema antika tibqa’ taħdem sakemm tasal il-magna l-ġdida.
Ninsab infurmat ukoll li din it-tiswija tas-sistema preżenti tkun lesta sa tmiem l-ewwel ġimgħa ta’ Novembru.
Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata lil din il-Kamra għaliex dawn il-mediċini importanti għas-saħħa tal-pazjenti jinstabu out-of-stock sa mill-18 ta’ Ottubru 2013:
a) Travaprost
eye drops
b) Testosterone enante injection
c) Lisinopril 5mg u 10mg
d) Amiodarone 200mg
e) Compount aliginate tablets
f) Salbutamol inhaler
g) Enalapril 5mg tablets
h) Sotalol 80mg tabs
i) Warfarin 1mg, 5mg
j) Quetiapine 25mg
k) Mesalazine 400mg
l) Fybogel
m) Pancreatin 10,000
n) Atenolol 25mg
o) Simvastatin 20mg
p) Thickening agent
q) Mesalazine 1mg
r) Spironolactone 25mg
s) Risperidone 1mg
t) Etanercept 25mg injection?
X’qed jagħmel biex isolvi din il-problema kemm jista’ jkun malajr? X’qed ikunu l-linji gwida għall-pazjenti li ma jgħaddux mingħajr ċertu mediċini (eżempju l-warfarin)? Kemm minn dawn il-pazjenti qegħdin jiddaħħlu l-isptar minħabba li ma jkomplux it-trattament li suppost jieħdu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-lista tal-mediċini out of stock hija dinamika u tvarja minn ġurnata għal oħra.
Ghaldaqstant, il-lista mhux neċċessarjament tirrifletti l-posizzjoni tal-istess stokk
fil-213-l ispiżerija fil-Kommunita li qed tipparteċipa fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC]. Barraminhekk, mhux bilfors li l-mediċina
out of stock
tkun nieqsa mill-ispiżeriji kollha fl-istess ħin -- f’dan ix-xenarju l-POYC Unit jgħamel dak kollu possibbli biex jittrasferixxi dik il-mediċina partikolari minn spiżerija fl-Iskema tal-POYC għall-oħra sabiex il-pazjent jkun jista jinqedgħa.
Ta’ minn jgħid li l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] tipprovdi biex meta mediċina tkun
out of stock
mill-ispiżeriji tal-Kommunita, il-pazjenti li jibbenifikaw mill-Iskema jistgħu jinqdew mil-lokalitajiet l-oħra fil-Qasam tas-Saħħa.
Minħabba din il-varjazzjoni u d-dinamika kbira fil-parametri, huwa diffiċili li wieħed jikkwantifika u jiddentifka kemm kienu dawk il-mediċini li attwalment kienu
out of stock
matul dan il-perijodu.
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex il-Lisinopril, trattament għall-pressjoni, ilu out-of-stock dawn l-aħħar 4 xhur?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-mediċina Lisinopril baqa' jingħata sa l-bidu ta' Ottubru. Id- doza ta' 10mg kellha tasal fil-19ta' Ottubru.
Infurmat ukoll li wasal tal-5mg illum f'Malta u ser jitqassam sa nhar l-Erbgha 23 ta’Ottubru.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hawn każijiet tal-Q fever f’Malta dawn l-aħħar sentejn (2012/2013)?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li skond in-notifikazzjonijiet mibgħuta lit-taqsima kontroll u prevenzjoni ta’mard, l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta’ każijiet akuti ta’ Q fever f’Malta bejn 2012 u 2013 rapportati hekk:
Fit- 2012 l-ebda każ, u fit- 2013 kien hemm każ wieħed.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni tal-Q Fever bħalissa, minn rapport tal-06/05/13 s’issa? Xi tħejjijiet qed isiru biex din il-marda ma tinxteridx?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li bħalissa qed ikun iffinalizat rapport dwar il-materja u ninsab infurmat ukoll li ttieħdu il-passi kollha meħtieġa biex din il-marda ma tinxteridx.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il stray cat u dog ġew neutered fil-kampanja ta' ġimagħtejn organizzata mill-ETN? Kemm-il cataract operation saret? Kien hemm veterinarji Maltin li ħadu sehem f’din il-kampanja? Kien hemm kliniċi oħra jew NGOs barra l-Vet Plus f’Ħal Qormi li wkoll ħadu sehem? Kien hemm diskussjonijiet mal-assoċjazzjoni tal-veterinarji dwar it-taħtiġ tal-veterinarji mill-ETN?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-Kampanja ta’ Neutering li saret matul l-ewwel nofs ta’ Settembru u li damet ġimgħatejn ġew imsewwija b’suċċess 478-il qattus u 72-il kelb. L-istabbilment li ntuża kien il-Vet Plus f’Ħal Qormi. Ninsab infurmat ukoll li ma sar l-ebda intervent ta’ tiswija fuq l-annimali minn veterinarji Maltin għalkemm kien hemm assistenza ħolistika fil-proċess.
L-Assoċjazzjoni tal-Veterinarji laqgħet tajjeb din l-inizjattiva volontarja ta’ l-ETN, filwaqt li dawn minn naħa tagħhom offrew il-kooperazzjoni għall-għajnuniet li jistgħu jsiru l-quddiem anke f’taħriġ lill-Veterinarji kif ukoll għajnuna lill dawk il-Veterinarji Maltin li jixtiequ jesploraw il-possibilta’ li jkollhom taħrig fuq il-katarretti. Is-Segretarjat Parlamentari wassal dan il-messaġġ lil din l-Assoċjazzjoni.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima – Tnaqqis fil-Budget
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-budget allokat għall-Ministeru u għas-Segretarju Parlamentari tiegħu ġie mnaqqas minn dak proġettat għalih mill-bidu ta’ din il-Leġiżlatura wara l-aġġustament li sar minn dan il-Gvern?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewlna, t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-fondi allokati għall-animal sanctuaries ġewx irtirati u minflok ingħataw lill-Animal Walfare jew inkella ġewx imnaqqsa kompletament mill-budget allokat fil-bidu ta’ din il-Leġiżlatura?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-budget li ġie allokat fil-bidu ta’ din il-Leġiżlatura, ma ġewx allokati fondi għall- animal sanctuaries pero’ ġew allokati fondi fl-Animal Welfare Initiatives Vote liema fondi setgħu jintużaw kemm għall-ħidma tad-Direttorat risponsabbli mit-Trattament Xieraq tal-Annimali kif ukoll biex jitniegħdu kampanji u inizjattivi oħra li jinvolvu lis-Santwarji tal-Annimali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li Letrozole tablets li huwa trattament għall-kanċer, jinsab out-of-stock peress li l-pazjenti qegħdin jingħataw pilloli għal ġimgħatejn minflok għal xahar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li bħalissa din il-mediċina tinsab in stock, u qed jingħta stock għal xaharejn.
San Pawl il-Baħar u Buġibba — Promenade - Xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jassigura li qabel is-sajf li ġej issir il-manutenzjoni neċessarja u tindif mistħoqq fuq il-promenade ta' San Pawl u Buġibba? Jista' jelenka fid-dettall l-interventi li ħa jkun qed jagħmel fuq dawn iż-żewġ promenades fit-tliet xhur li ġejjin?
Response (MIZZI, JOE)
L-interventi li qegħdin u sejrin isiru huma dawn:
Kisi u tibjid tal-bolards tal-konkos
Żebgha ta’ railings tal-ħadid
Manutenzjoni fuq id-dwal u bankijiet.
Tibdil u rranġar tal-pavimentar
Kull intervent qiegħed isir bl-objettiv ikun li x-xogħol isir qabel l-istaġun turistiku.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol ta' restawr tas-Salini u sa meta se jitlesta? Min se jkun qed imexxi s-Salini u jipproduċi l-melħ meta r-restawr jitlesta?
Response (MIZZI, JOE)
Ix-xoghol ta' restawr tas-salini għadu għaddej u issa li t-temp qaleb għall-aħjar ix-xogħol jista’ jieħu spinta l-quddiem. Dan il-proġett għandu jitlesta sal-aħħar ta’ 2014 minħabba li għad fadal xi sejħiet għal offerti li għad irridu jiġu publikati particolarment ix-xogħol fuq il-bur mielaħ (salt marsh) u x-xagħri in-naħa ta’ Kennedy Grove. Il-proġett ser ikun immexxi mill-Gvern iżda mhux eskluża il-possibilità li x-xogħol għall- ħsad tal-melħ issir minn nies immħarġa f'dan il-qasam.