Legislature:
Category:
Reset
Active:

Primary care – health and safety officer

Question

Peress li fl-organigramma tal-Primary Care m’hemmx pożizzjoni għal Health and Safety Officer. Ma jidhirlux il-Ministru li din hija pożizzjoni importanti meta tqis li qed jiżdied xogħol speċjalizzat (Radiology) li jirrikjedi manutenzjoni perjodika u li għandu ċertu riskju għall-ħaddiem?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ghalkemm fid-dipartiment tal-Kura tas-Saħħa Primarja qatt ma kien hemm Health & Safety Officer, id-Dipartiment tas-Sahha qed jevalwa din il-htiega.

ġbir ta’ siringi

Question

Fid-dawl tatar-risposta għal mistoqsija parlamentari 12412, jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel biex jassigura li dawn is-siringi jiġu miġbura u jiġu distrutti? X’audit qed isir biex jassigura li dawn ma jispiċċawx fil-landfill?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ghalkemm fis-snin li ghaddew qatt ma kien hemm protokoll stabbilit dwar il-gbir ta’ siringi li jkunu tqassmu, il-gvern permezz tal-Wastserv iqassam Sharp Container mis-Civic Amenity Sites tal-Wasteserv biex min juza s-siringi jkun jista’ jiddisponi minnhom.

Ġarr ta’ containers b’siringi wżati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ispejjeż amministrattivi biex wieħed jiddisponi minn container magħluq b’siringi wżati żdidux? Jekk iva, kemm żdiedu? Kemm hemm kumpaniji privati speċjalizzati għall-ġarr u d-distruzzjoni ta’ dawn il-containers li huma biohazard?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hijiex il-prassi li d-Dipartiment tas-Sahha izomm din l-informazzjoni.

Moħqrija tal-annimali — rapporti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm daħlu rapporti lill-animal welfate dwar annimali maħqura minn Jannar 2014 sal-lum? X'passi ħa? Tresqu persuni il-Qorti dwar moħqrija tal-annimali? Hemm xi investigazzjoni għaddejja dwar moħqrija tal-annimali?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, jiena nfurmat li minn Jannar 2014 id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali rċieva madwar 420 rapport dwar moħqrija jew negliġenza ta’ annimali. Id-Direttorat jinvestiga kull każ li jirċevi u jsiru anki spezzjonijiet ta’ verifika u follow-up biex jaraw li fejn kien hemm defiċenzi dawn jitranġaw. F’każijiet fejn il-każ ikun gravi jittieħdu proċeduri kriminali. Bħalissa hemm 5 każijiet bħal ta’ l-aħħar.

Għammieri — Klieb u Qtates mraqda

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-piż totali ta' klieb u qtates mejta u li ġew imraqda fl-Għammieri jew fiċ-Ċentru San Franġisk li ntbagħtu l-WasteServ f'Jannar 2014 u Frar 2014?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-perjodu ta’ Jannar 2014 u Frar 2014 intbagħtu l-WasteServ total approssimattiv ta’ 420 kilogramma (kg) ta’ annimali mejta li mietu fl-Għammieri jew li mietu jew traqqdu fiċ-Ċentru San Franġisk.

Għammieri — Annimali fil-kwarantina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm klieb u qtates fil-gaġġeġ tal-kwarantina fl-Għammieri? Jista' jgħid kemm-il darba u kif dawn il-gaġġeġ jiġu sterelizzati sabiex ma jinxteridx mard?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li bħalissa qed jinżammu tnejn u tletin (32) qattus u ħamest (5) ifriegħ tal-qtates ġo gaġġeġ fil-kwarantina tal-Għammieri. Dawn il-gaġġeġ jiġu imnaddfa u sterilizzati kuljum permezz ta’ disinfettanti approvati skont it-tip ta’ mard li jkunu jsofru minnhom il-qtates.

Għammieri — adoption rate

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-adoption rate ta' klieb u qtates li jinsabu fl-Għammieri? X'qed jagħmel biex din ir-rata tiżdied?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li r-rata ta’ adozzjoni hija ta’ madwar 440-il kelb fis-sena u 160-il qattus fis-sena. Id-Direttorat nieda sit eletroniku fuq is-social media fejn l-pubbliku jkun jista’ jara l-annimali li jkunu offruti għall-adozzjoni. Barra minn hekk numru ta’ uffiċjali jagħmlu promozzjoni tal-adozzjoni fuq diversi programmi fuq il-media li jinkludi programmi televisivi kif ukoll radjofoniċi. Ninsab infurmat ukoll li saru diversi attivitajiet inklużi mixjiet bil-klieb u attendenza f’ diversi attivitajiet fejn l-adozzjoni tal-annimali tiġi promossa.

Animal Welfare Department — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta' impjegati li jaħdmu l-Animal Welfare sa Marzu 2014? Jista' jelenka n-numru ta' impjegati li hemm jaħdmu fl-Animal Welfare f'Marzu 2012 u Marzu 2013? Kemm minn dawn huma mħarrġa biex jieħdu ħsieb annimali speċjalment dawk l-annimali morda u li għandhom bżonn ta' xi tip ta' kura ordnata mill-veterinarju?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli n-numru ta' impjegati full-time fl-Animal Welfare f’Marzu 2012, 2013 u 2014 kienu 17, 23 u 27 rispettivament. Ninsab infurmat ukoll li fil-preżent in-numru ta’ imjegati li huma mħarrġa biex jieħdu ħsieb l-annimali morda huwa ta’ 19.

Għammieri — Klieb u Qtates

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta' klieb u qtates li jinsabu fl-Għammieri f'Marzu 2014? Jista' jgħid kemm kien hemm f'Jannar u Frar 2014?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Għammieri — imwiet ta' annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm klieb u qtates li kienu jinsabu fl-Għammieri mietu jew traqdu f'Jannar 2014 u Frar 2014? Jista' jgħid x'inhuma l-kriterji li l-veterinarju jiddeċiedi biex iraqqad kelb jew qattus? Jista' jgħid jekk hux il-veterinarju biss li jiddeċiedi dan?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li matul ix-xhur ta’ Jannar u Frar 2014 fl-Għammieri mietu 7 qtates u itellgħu 4 qtates iċ-Ċentru San Franġisk għal-kura u li kellhom jitraqqdu. Ma kien hemm l-ebda mwiet ta’ klieb ġol-Għammieri u traqqad kelb iċ-Ċentru San Franġisk. Ninsab infurmat ukoll li l-kriterji li l-veterinarju jiddeċiedi li jraqqad kelb jew qattus jaqgħu taħt il-kompetenza u d-diskrezzjoni professjonali tal-veterinarju li jkun qed jeżamina u jikkura dak l-annimal.

Animal Welfare Department — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fis-shift ta' bil-lejl fl-Animal Welfare Department? Min minn dawn l-impjegati jieħu ħsieb l-annimali u min jieħu ħsieb l-ambulanza u allura jagħmel ronda jekk ikun il-każ?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li f’shift ta’ bil-lejl ikun hemm żewġt uffiċjali fl-Animal Welfare Department flimkien ma’ uffiċjal li jkun preżenti dejjem matul il-lejl, u uffiċjal ieħor li jaħdem lejl iva u lejl le. L-uffiċjali li jkunu jaħdmu x-shift ta’ bil-lejl jieħdu ħsieb il-ħtiġijiet tal-annimali u jsuqu l-ambulanza skont il-bżonn.

Animal Welfare Department — digital Log

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk annimali stray miġbura jiġux recorded fis-sistema komputerizzata? Jista' jgħid jekk l-Animal Welfare Department iżommx digital log ta': a. Annimali miġbura; b. Annimali li jintbagħtu fiċ-Ċentru San Franġisk għall-kura; ċ. Annimali kkurati; d. Annimali homed; u e. Annimali li jmutu jew jitraqqdu?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li t-tweġiba hija fl-affermattiv.

Għammieri — ġriewi ta' klieb u friegħ u qtates

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġriewi ta' klieb u friegħ ta' qtates fl-Għammieri (puppies and kittens)? Min jieħu ħsieb dawn il-ġriewi? Min qed jitmagħhom u kif? Qed jiġu bottle fed jew qed jintuża xi feeding method ieħor?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-preżent id-Direttorat għandu 5 friegħ ta' qtates. Id-Direttorat ma għandu l-ebda ġeru taħt il-kura tiegħu.

Legal Notice 244 — Obbligazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jispeċifika jekk ħut ta’ akwarji humiex inklużi fl-obbligazzjonijiet tal-Legal Notice 244 tal-2013?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fit-tieni artiklu tal-Avviż Legali 244 tal-2013, hemm id-definizzjoni ta’ Pet Shop: " Pet Shop " tfisser kull fond jew proprjetà fejn l-annimali jkunu offruti għall-bejgħ għall-pubbliku jew fond jew proprjetà fejn l-annimali jkunu miżmuma bl-intenzjoni li jiġu offruti għall-bejgħ ukoll permezz ta’ riklami u, jew sistemi elettroniċi. Il-ħut tal-akwarji huma annimali u għaldaqstant jaqaw f’din il-kategorija wkoll. L-uniku parti fejn il-ħut tal-akwarji huma esklużi mill-obbligi ta’ dan l-Avviż Legali, huwa l-obbligu tar- records u tal-identifikazzjoni ta’ dawn l-annimali, li jinstab fl-artiklu 5(1) u (2).
Leg 12 PQ #8461 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: MICHAEL GONZI To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out of stock — Tibdil fil-klassifikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tibdil fil-klassifikazzjoni tal-mediċini out of stock?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Il-mediċina għas-CPSU tkun ‘out of stock’ jekk ma tkunx disponnibli fl-istores tagħha.Il-mediċina xorta tiġi klassifkata ‘out of stock’, anke jekk l-ispiżeriji u s-swali jkollhom. L-eżerċizzju ta’ monitorraġġ jinkludi klassifikazzjoni iktar dettaljata biex s-servizz ikun iktar effiċjenti. Il-mediċini out of stock fil- POYC hi differenti minn dik tal- CPSU.
Leg 12 PQ #8462 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: MICHAEL GONZI To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-Kataretti – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex isirilhom l-operazzjoni tal-katarretti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li skond l- informazzjoni miġbura permezz tas-Centralised Theatre System tal-Isptar Mater Dei, jirri¿ulta li fit-12 ta’ Marzu 2014 kien hemm 3,623 operazzjoni tal-kataretti fuq il-lista ta’ stennija.
Leg 12 PQ #8463 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: MICHAEL GONZI To: Ministeru għas-Saħħa

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek – laqgħat tal-Advisory Standing Committee

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta ltaqa’ l-advisory standing committee tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek? F’kull laqgħa, min kien iċ-chairman?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nitlob lill-Onorevoli Membru sabiex ikun speċifiku għal liema sena qed jirreferi fil-mistoqsija tiegħu.
Leg 12 PQ #8464 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: MICHAEL GONZI To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – numru ta’ wards

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ wards li kien hemm fl-Isptar Mater Dei fl-2011, 2012, 2013 u fl-2014? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numru ta’ sodod f’kull ward fis-sena indikata?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ wards li kien hemm fl-Isptar Mater Dei fl-2011, 2012, 2013 u fl-2014 kif ukoll in-numru ta’ sodod f’kull ward huwa kif misjuba fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.

Legal Notice 244 – annimali bi problemi

Question

B’referenza għal-legal notice 244 tal-2013 li tgħid li annimali bi problemi kbar fiżjoloġiċi u psikoloġiċi m’għandhomx jiġu offruti għall-bejgħ, jista’ l-Ministru jispeċifika eżatt il-kundizzjonijiet psikoloġiċi li hu qed jirreferi għalihom peress li l-legal notice tgħid li dawn l-annimali jridu jiġu kkurati jew maqtula?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li r-responsabbilta` li jiġi stabbilit jekk annimali offruti għall-bejgħ ikollomx problemi kbar fiżjoloġiċi jew psikoloġiċi hija tas-sid tal-Pet Shop b’konsultazzjoni mal-veterinarju responsabbli skont kif stabbilit minn paragrafu 9.6 tal-Avviż Legali.