Persuni li jbatu minn Multiple Scleroses — mediċina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jbatu minn Multiple Scleroses u qegħdin fuq il-mediċina Dimethyl Fumarate (Tecfidera)? Huwa veru li din il-mediċina hija out of stock? Huwa minnu li pazjenti bil-Multiple Scleroses se jkollhom jistennew sa Lulju biex jieħdu din il-mediċina?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 49 pazjenti li jbatu minn Multiple Scleroses u qeghdin jiehdu l-medicina Dimethyl Fumarate. Il-medicina Dimethyl Fumarate hija in stock u tinghata skont il-protokol stabbilit.
Sptar Mater Dei — Emerġenza - pazjenti li ma tfaċċawx biex jarahom tabib
Question
Jista’ l-Ministru jgħidilna f’Diċembru 2015 u Jannar 2016 kemm-il pazjent irreġistra biex jarawh fl Emerġenza fl-Isptar Mater Dei u kemm minn dawn fil-fatt ma tfaċċawx biex jarahom tabib? X’follow up sar fuq dawn il-klijenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni migbura permezz tas-sistema eletronika li biha jigu rregistrati pazjenti jirrizulta li kien hemm bejn pazjent u zewg pazjenti kuljum li irregistraw l-emergenza u ma pprezentawx ruhhom x’hin gew imsejha biex jattendu.
Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – pazjenti li ma ġiex it-tabib jarahom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent irreġistra biex jarawh fid-Dipartiment tal-Emerġenza u kemm minn dawn qatt ma tfaċċa tabib biex jarah f’Diċembru 2015 u Jannar 2016? X’follow up sar fuq dawn il-pazjenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pazjenti li kellhom bżonn intervent ta’ tabib waqt li kienu qed jiġu nvistati u kkurati fl-Emerġenza ngħatalhom din l-attenzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm in-stock uncemented hips li jintużaw għal hip replacement f’pazjenti ta’ età żgħira? Kemm hemm pazjenti li qegħdin jistennew din l-operazzjoni u kemm ilhom jistennew biex issirilhom din l-operazzjoni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li d-dipartiment tas-Ceentral Procurment and Supplies Unit għandu kuntratt għall-uncemented hips għat-tfal li huwa pay per use.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-mediċina Xeloda tiddaħħal fil-formularju għall-mediċini b’xejn? Jista’ jgħid għaliex il-generic tagħha m’għadhiex tinsab fil-privat meta tiswa €50 inqas?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-medicina capecitabine, iddaħlet fil-formularju tal-Gvern f’Novembru 2015 għan-nies morda bil-kanċer tal-musrnana li jkun infirex. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Community Outreach Services – servizz ta’ psikjatra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi fil-komunità jeżistu għall-persuni li għandhom bżonn kura ta’ psikjatra imma li qegħdin jirrifjutaw dan? X’community outreach services jeżistu għal dawn il-klijenti li mhumiex taħt ebda psikjatra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’każ li persuna ikollha bżonn kura psikjatrika imma qed tirrifjuta li tkun taħt il-kura ta’ psikjatra, isir kollaborazzjoni bejn is-Social Worker u t-tabib tal-familja.
F'każ li l-pazjent ikollu bżonn jiddaħħal l-Isptar kontra r-rieda tiegħu jkunu jridu isiru proċeduri skont l-Att tas-Saħħa Mentali. Biex dan iseħħ irid ikun hemm kunsens ta' tabib u tar-'
responsible carer
' jew '
mental health officer
'. L-użu tal-Att tas-Saħħa Mentali jiġi moniterjat mill-Kummisarju tas-Saħħa Mentali.
Jista’ l-Ministru jserraħ ras il-poplu li l-mediċini li jinsabu fil-formularju tal-Gvern huma tal-ogħla kwalità u mhux inferjuri għal dawk li jinsabu fil-privat speċjalment dawk il-mediċini li jintużaw għall-kura tad-dijabete u tal-ażma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mediċini li jinxtraw jgħaddu minn skrutinju tekniku, fejn il-prodott ikun evalwat minn spiżjara kwalifikati, u jkollu konferma li l-Awtorità tal-Mediċini tkun approvat ir-reġistrazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex kopja ta’ riżultat tad-demm mhux qed jingħata lill-pazjenti (lil dawk li jieħdu testijiet tad-demm fuq talba tat-tobba tal-Health Centres mhux tat-tobba tal-privat) meta qabel kien jintbagħat bil-posta u dan għaliex qed ifisser li meta tabib jitlob għal dawn ir-riżultati, il-pazjent ikollu joqgħod fil-kju sabiex jingħata kopja tar-riżultat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċedura biex wieħed jingħata r-riżultati tad-demm għal dawk li ġew ordnati mit-tobba taċ-Ċentru tas-Saħħa stess hi, li fil-ġurnata li jittieħed id-demm, il-pazjent jiġi mistoqsi jekk iridx jagħmel appuntament mat-tabib taċ-Ċentru tas-Saħħa biex jaqralu u jispjagulu r-riżultat (minn fuq kompjuter) jew le. Jekk le, ir-riżulat jiġi ipprintjat u jintbagħat id-dar tal-pazjent. Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li bit-tibdil li sar riċentament fis-sistema tal-myhealth, illum kull tabib, bil-kunsens tal-pazjent, jista’ jaċċessa riżultati mill-għada li jkunu ħarġu minn fuq il-kompjuter tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid min għandu aċċess għall-I soft u Pacs barra l-intranet tal-Isptar Mater Dei u servizzi oħra tal-Gvern?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda persuna jew entità ma jirriżulta li għandha aċċess għall-iSoft u l-PACS barra n-network tal-Gvern. Permezz tal-myhealth it-tobba tal-familja għandhom aċċess għal numru ta’ riżulati u rekords bil-kunsens tal-pazjent involut. L-aċċess huwa permezz ta’ myhealth u mhux aċċess dirett minn fuq is-sistemi msemmija.
Studji dwar il-BMI u l-basktijiet tal-iskola tat-tfal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar minnhom dawk l-istudji dwar il-BMI u l-basktijiet tal-iskola u d-dahar tat-tfal? X’riżultati ħarġu minn dawn l-istudji?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ilha tinġabar mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni sa mill-bidu tas-sena skolastika kurrenti. Din il-fażi, li kienet tinvolvi qrib 40,000 tifel u tifla fl-iskejjel kollha ta’ Malta, dalwaqt titlesta. Wara li tinġabar kollha, d-data tiġi ċċekkjata u ppreparata għall-analiżi preliminarja. Id-Direttorat għall-Informazzjoni dwar is-Saħħa u r-Riċerka se jkun qed jgħin lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni fl-analiżi tal-istudju.
Jista’ l-Ministru jgħid minn dawk il-koppji li għaddew mill-proċedura tal-IVF fl-2014, kemm kellhom suċċess ta’ implantation u kemm minnhom temmew it-tqala b’suċċess? Jista’ jispeċifika jekk din ir-rata ta’ suċċess ta’ implantation u ta’ live-births kenitx tal-ewwel attentat ta’ IVF tal-koppja jew le?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn statistika migbura mill Embryo Protection Authority fl-2014 saru 28 ciklu li kienu government funded minnhom kien hemm 6 tqaliet u 3 koppji kellhom live births.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall-proċedura tal-IVF? Kemm kien in-numru ta’ koppji li applikaw għall-proċedura tal-IVF fl-2014?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 228 koppji li applikaw u qeghdin jistennew li jinghataw b xejn is servizz tal IVF.
Dawn huma maqsuma kif gej:
20 koppja li diga gew prioritizati mill ART Prioritisiation Committee allura dawn se jsirilhom l-intervent fic-cikli li gejjin.
71 koppja li bdew il-process ta' investigazzjonijiet (dmija, prioiritisation etc)
u 137 koppja ohra li gew referuti ghal klinika tal-IVF u qed jistennew li jkollhom l-ewwel vista mal Konsulent.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il test tad-demm saru fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta f’Jannar 2015? Kemm minn dawn ġew ordnati mit-tobba privati tal-familja? Kemm minn dawn ġew ordnati mit-tobba tal-familja li jaħdmu fiċ-Ċentru tas-Saħħa u t-testijiet mhumiex ma’ dik il-lista li t-tabib privat irid jimxi fuqha? X’lista ta’ stennija hemm għal pazjent li jrid jagħmel test tad-demm?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment Tas-Saħħa fil-Kura Primarja ma j¿ommx statistika li tiddistingwi bejn testijiet ordnati mit-tobba fil-privat u dawk ordnati mit-tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa.
Sal-aħħar ta’ Jannar 2015, id-dmijja li ittieħdu għal-testijiet ordnati fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta hu kif hawn, hawn taħt -
· INRs (ACC - Anticoagulant Clinic) :
486
· Oħrajn :
923
(kull wieħed minn dawn ħafna drabi jinkludi aktar minn test wieħed)
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm saru home visits mill-health centres f'Jannar 2013, 2014 u l-2014, kull health centre separat? Ma jidhirlux il-Ministru li permezz tal-health promotion għandhom jinħarġu linji gwida għall-pubbliku kif ukoll tagħrif siewi għall-pubbliku fuq il-mezz tax-xandir ta' meta għandhom jitolbu house visits biex b'hekk jassigura kooperazzjoni minn kulħadd?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-visti li saru fid-djar huma: Jannar 2013 – 1541, Jannar 2014 – 1736, Jannar 2015 – 1916
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ġew iċċekkjati l-lead aprons li jintużaw mill-ħaddiema li jaħdmu fir-radjoloġija? Jista’ jgħid kemm hu ż-żmien massimu li jista’ jibqa jintuża? Jista’ jgħid min jieħu ħsieb ta’ dan?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-Lead aprons li jintuzaw mill-haddiema tar-Radjologija il-Medical Imaging Department, Health Centres, Boffa Hospital u Gozo General Hospital ikunu iccekjati regolarment b’minimu ta’ darba fis-sena mir-Radiation Protection Unit.
Iz-zmien massimu li lead apron jibqa’ jintuza ikun indikat mis-supplier kif ukoll mill-RPU.
Peress li fl-organigramma tal-Primary Health l-outreach clinic hija r-responsabilità tal-Clinical Chairman. Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il outreach clinic hemm? Jista’ jgħid jekk dawn il-clinics żdidux sena b’sena mill-2013 sal-lum? Jista jgħid kemm hu l-complement tal-istaff ta’ kull outreach clinic?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li hemm sebgħa Outreach Clinics.
Dawn huma ta’ -
L-Ortopedija: Il-klinika hija mmexija minn konsulent ta’ l-Ortopedija u infermiera.
Operazjonijiet minuri f’teatru (Minor operating theatre) fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta kif ġej–
1) Operazjonijiet minuri ortopediċi. Bdew fl-2013. Immexija minn kirurgu ta’ l-ortopedija u infermiera.
2) Injezzjonijiet ġewwa l-għajnejn ta’
l-Avastin®.
Bdew fl-2014. Immexija minn kirurgu ta’ l-oftalmoloġija u infermiera.
3) Operazjonijiet ġenerali ta’ natura minuri. Bdew fl-2014. Immexija minn kirurgu ta’ l-oftalmoloġija u infermiera.
4) Operazjonijiet minuri dermatoloġiki biex jitneħħew ‘s
kin tags’
. Bdew fl-2014. Immexija minn tabib tal-familja.
Anticoagulant clinics – POC (Point of Care)
Bdiet fl-2014 u tinsab ġo ħames Ċentri tas-Saħħa li huma r-Rabat, Raħal Ġdid, il-Furjana, Birkirkara u Ħal-Qormi. Immexija minn tabib tal-familja u infermiera.
Diabetes Shared Care Programme. Bdiet fl-2012. Tinsab fiċ-Ċentri kollha tas-saħħa. Immexija minn tabib tal-familja u infermiera.
X-Rays digitali u ‘back-slab plaster’. Bdew fil-klinika tal-Mosta fl-2013. Din infetħet ukoll il-Furjana u Raħal Ġdid fl-2014. Immexija mit-tobba tal-familja u infermiera.
Peress li fl-organigramma tal-Primary Health, taħt id-direzzjoni tad-Director Nursing and Midwifery Service hemm ir-rwol tal-Migrant Health Liaison Office. Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol eżatt ta’ dan? Jista’ jgħid ma min qed jagħmel liaison? Għandu xi rwol fil-komunità?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ir-rwol
Il-Migrant Health Liaison office (MHLO) gie ¿viluppat fi ħdan id-Dipartiment tal-Kura Primarja. Dan l-uffiċċju għandu rwol f’diversi oqsma li jippartjenu s-saħħa u l-preven¿joni ta’ mard u kundizzjonijiet tas-saħħa fost l-immigranti li qegħdin residenti ġewwa Malta. L-uffiċċju huwa mmexxi minn charge nurse li speċjali¿¿at b’masters degree fis-suġġett ta’ Transcultural Health. L-irwol ta’dan l-uffiċċju jiffoka fuq:
· Edukazzjoni f’suġġetti tas-saħħa mal-immigranti fiċ-ċentri miftuħa fuq suġġetti relevanti:
o Kif għandek taċċessa servi¿¿i tas-saħħa
o L-ikel u l-attivita’ fi¿ika
o Is-saħħa tat-tfal
o Misuri ta’ sigurta’ fid-dar
o Female Genital Mutilation (Focus groups ma’ immigranti nisa u ommijiet)
o Saħħa sesswali u riproddutiva
o Kif għandek tevita trasmissjoni ta’ infezzjonijiet
· ¯vilupp tal-programm ta’ taħriġ għall-interpreti (Cultural mediators in Health Care) li huwa course ta’ tmien sessjonijiet u li jkopri fih diversi suġġetti bħal: l-irwol tal-Interpretu u l-Konfidenzjalita’, Il- Kommunikazzjoni, Terminoloġija Medika, First-aid, Mard Kroniku u Mard Infettiv, Self-care, L-Etika fl-irwol ta’ interpretu, etc
· Taħriġ lill-immigranti li japplikaw ghat-Taħriġ (Cultural Mediators in Health Care). Tnax –il grupp irċievew dan it-Taħriġ sa llum (77 immigrant ingħataw dan iċ-ċertifikat)
· Membru fit-task force li qed jaħdem kontra it-traffikar ta’ persuni organizzat mill-MHAS
· Parteċipazzjoni fi proġetti Ewropej:
o Marenostrum
o MCST: COST Actions ISO603; ISO907
o EQUIHealth-bi sħab mal-Organi¿a¿¿joni Interna¿¿jonali tal-immigra¿¿joni (IOM)
o Intercultural Competence Model (IOM, MSDC and ETC)
o Parteċipa¿¿joni f’expert working groups li jitrattaw suġġetti varji fuq l-immigra¿¿joni u s-saħħa
o LEAP Project: bi sħab ma’ SOS Malta. Dan huwa proġett li qed jipprovdi interpreti fic-ċentru tas-saħħa tal-Furjana u fl-isptar Mater Dei
o Edukazzjoni fil-komunita’ bi sħab mal-Qawra Leap Centre fejn qed jiġu organi¿¿ati ‘focus groups’ ma’ immigranti u jiġu diskussi suġġetti relevanti għas-saħħa
· Taħriġ lill-professjonisti tas-saħħa u assistenti soċjali fuq kompetenza kulturali u suġġetti relatati
· Taħriġ lill-istudenti fil-Fakulta tax-Xjenza tas-Saħħa fl-Universita’ ta’ Malta fuq suġġetti relatati mas-saħħa tal-immigranti
· Taħriġ lil GP specialist Trainees fuq kompetenza kulturali u suġġetti oħra relatati
· ‘Outreach Service’ għal ka¿ijiet individwali li jiġu rreferuti mingħand stakeholders li jaħdmu mal-immigranti: dijabetiċi, ommijiet ġodda u t-trabi tagħhom, aċċess għas-servi¿¿i li jirrigwardaw l-immigranti minuri li m’mhumiex akkumpanjati mill-ġenituri tagħhom
· Provvista ta’ materjal tal-qari tradott għal diversi lingwi u mħejji mill-Interpreti biex iservi ta’tagħlim għall-immigranti.
· Diversi riċerki zgħar fi ħdan dan l-uffiċċju fuq: problemi ta Kommunikazzjoni mal-immigranti, l-esperjenza tal-professjonisti tas-saħħa li jaħdmu mal-interpreti; FGM ma’ nisa immigranti, u ‘Child Spacing’ taw informazzjoni lil dan l-uffiċċju kif jista’ jilħaq u jindirizza ka¿ijiet li jikkonċernaw is-saħħa tal-immigranti f’Malta.