Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19082?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskema Youth Specialisation Studies Scheme bdiet tiffunzjona fl-1994. Il-kundizzjonijiet kienu:
* Self sa massimu ta' Lm8,000 fuq żmien ta' 10 snin.
* Il-Bank jagħti moratorium ta' 3 snin.
* Il-Ministeru jħallas rata ta' 6% fuq l-ammont ta' self. Il-1% jitħallas mill-benefikant.
Il-kundizzjonijiet fl-2000 kienu:-
* Self sa massimu ta' Lm10,000
* Applikanti ta' nazzonalita` Maltija ta' bejn is-16 u l-35 sena
* Il-kors ta' l-istudju ma jsirx Malta
* L-applikanti jkunu aċċettati mill-Universita` ta' barra
* Il-kors irid ikun mhux inqas minn sena akkademika u mhux aktar minn ħames snin.
Kull sena bejn l-1995 u l-2000 ingħata sussidju lil-istudenti li riedu jkomplu javvanzaw fl-istudju barra minn Malta f'korsijiet li ma jsirux f'pajjiżna. L-uniku sena li ma saritx din l-iskema kienet fl-1998.
Sena Numru ta' Studenti
1994 28
1995 12
1996 16
1997 36
1998 --
1999 15
2000 17
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19081?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq għandu lista ta` xogħolijiet fit-toroq li saru bejn 1993 u 1996, iżda peress li l-Onor. Interpellant jixtieq l-ismijiet tat-toroq li ngħataw l-ewwel darba irrid isir eżerċizju mid-Dipartiment biex jissepara l-ismijiet tat-toroq li kienu diġa asfaltati u ġew resurfaced li minħabba l-lista tax-xogħolijiet tirrikjedi ftit taż-żmien.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar meta reġgħu ġew introdotti t-traffic lights u pelican lights f'Malta, u t-toroq li fihom saru traffic lights u pelican lights sena b'sena mir-ri-introduzzjoni tagħhom sal-lum?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kumpanniji liċenżjati biex joperaw bħala internet service providers?
Meta ngħataw l-ewwel liċenzja ta' ISP?
Kemm hawn persuni jew households f'Malta li għandhom is-servizz ta' l-internet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta` kumpaniji li huma liċenzjati biex joperaw bħala Internet Serviċe Providers jammontaw għal erbatax (14).
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta bdiet tiffunzjona l-iskema Youth Studies Specialisation Scheme, x'kienu l-kondizzjonijiet ta' l-iskema, meta bdiet u sussegwentement fi ħruġ ġdid, kemm-il persuna gawdiet minn din l-iskema, minn meta bdiet, sena b'sena, u għal-liema skopijiet iż-żgħażagħ applikaw għal self minn din l-iskema?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskema Youth Specialisation Studies Scheme bdiet tiffunzjona fl-1994. Il-kundizzjonijiet kienu:
* Self sa massimu ta' Lm8,000 fuq żmien ta' 10 snin.
* Il-Bank jagħti moratorium ta' 3 snin.
* Il-Ministeru jħallas rata ta' 6% fuq l-ammont ta' self. Il-1% jitħallas mill-benefikant.
Il-kundizzjonijiet fl-2000 kienu:
* Self sa massimu ta' Lm10,000
* Applikanti ta' nazzjonalita` Maltija ta' bejn is-16 u l-35 sena
* Il-kors ta' l-istudju ma jsirx Malta
* L-applikanti jkunu aċċettati mill-Universita` ta' barra
* Il-kors irid ikun mhux inqas minn sena akkademika u mhux aktar minn ħames snin.
Kull sena bejn l-1995 u l-2000 ingħata sussidju lill-istudenti li riedu jkomplu javvanzaw fl-istudju barra minn Malta f'korsijiet li ma jsirux f'pajjiżna. L-uniku sena li ma saritx din l-iskema kienet fl-1998.
Sena Numru ta' Studenti
1994 28
1995 12
1996 16
1997 36
1998 --
1999 15
2000 17
Jista' l-Ministru jelenka t-trattati li ġew iffirmati mill-Gvern Malti mill-1998 sal-lum? Liema minn dawn it-trattati ġew ratifikati mill-Gvern Malti mill-1998 sal-lum?
Response (BORG, JOE)
Lista ta' trattati li ġew iffirmati fil-perjodu msemmi, u d-data ta' ratifika mill-Gvern Malti hija mehmuża.
TASSAZZJONI DOPPJA
Pajjiż
Data tal-firma
Data ta' ratifika mill-Gvern Malti
Kroazja
21 ta' Ottubru 1998
27 ta' Jannar 1999
Danimarka
Negozjat u ffirmat mill-ġdid fit-13 ta' Lulju 1998
28 ta' Diċembru 1998
Eġittu
20 ta' Frar 1999
4 ta' April 2000
Libanu
23 ta' Frar 1999
19 ta' Lulju 1999
Sirja
22 ta' Frar 1999
18 ta' Jannar 2000
Slovakkja
7 ta' Settembru 1999
26 ta' Ottubru 1999
Albanija
2 ta' Mejju 2000
Qed nistennew li jkun ratifikat
Latvja
22 ta' Mejju 2000
Qed nistennew li jkun ratifikat
Tuneżija
31 ta' Mejju 2000
10 ta' Lulju 2000
SERVIZZI TA' L-AJRU
Pajjiż
Data tal-firma
Data ta' ratifika mill-Gvern Malti
Indja
5 ta' Ottubru 1998
Mhux meħtieg
Greċja
7 ta' Ottubru 1999
23 ta' Frar 2000
TNEĦĦIJA TAL-VISA
Pajjiż
Data tal-firma
Data ta' ratifika mill-Gvern Malti
Latvja
15 ta' April 1998
6 ta' Mejju 1998
Rumanija
(għall-Uffiċċjali diplomatiċi u persuni oħra
li għandhom passaport diplomatiku)
19 ta' Mejju 1999
mhux meħtieġ
SAĦĦA
Pajjiż
Data tal-firma
Data ta' ratifika mill-Gvern Malti
Iżlanda
21 ta' Awissu 1998
Qed nistennew li jkun ratifikat
KULTURA
Pajjiż
Data tal-firma
Data ta' ratifika mill-Gvern Malti
Turkija
13 ta' Frar 1998
Qed nistennew li jkun ratifikat
TURIŻMU
Pajjiż
Data tal-firma
Data ta' ratifika mill-Gvern Malti
Ċina
24 ta' Mejju 1998
Mhux meħtieġ
Tuneżija
10 ta' Lulju 1998
Qed nistennew li jkun ratifikat
Latvja
15 ta' Ottubru 1999
25 ta' Novembru 1999
PROMOZZJONI U PROTEZZJONI TA' L-INVESTIMENTI/
GARANZIJI GĦALL-INVESTIMENTI
Pajjiż
Data tal-firma
Data ta' ratifika mill-Gvern Malti
Eġittu
20 ta' Frar 1999
Qed nistennew li jkun ratifikat
Svezja
24 ta' Awissu 1999
19 ta' Novembru 1999
Slovakkja
7 ta' Settembru 1999
31 ta' Jannar 2000
AFFARIJIET TAL-INTERN/
ĠLIEDA KONTRA D-DROGA U KRIMINALITA' ORGANIŻŻATA
Pajjiż
Data tal-firma
Data ta' ratifika mill-Gvern Malti
Franza
9 ta' Marzu 1998
1 ta' Lulju 1998
Spanja
28 ta' Mejju 1998
27 ta' Novembru 1998
Iżrael
28 ta' Mejju 1999
1 ta' Awissu 2000
Ċipru
17 ta' Settembru 1999
7 ta' Diċembru 1999
Turkija
29 ta' Novembru 1999
16 ta' Diċembru 1999
Slovakkja
16 ta' Mejju 2000
Qed nistennew li jkun ratifikat
Ungerija
18 ta' Mejju 2000
Qed nistennew li jkun ratifikat
TRATTATI OĦRA
Pajjiż
Trattat
Data tal-firma
Data ta' ratifika mil-Gvern Malti
Ċina
Kooperazzjoni fil-Qasam tal-Mediċina Tradizzjonali Ċiniża
1 ta' April 1998
Mhux meħtieġ
Italja
Memorandum għal Kooperazzjoni bejn il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ta' Malta u l-Uffiċċju tal-Ministru għall-Komunita dwar l-Ewropa fil-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Italja.
21 ta' Ottubru 1999
Mhux meħtieġ
Italja
Ftehim dwar id-Dwana
11 ta' April 2000
Qed nistennew li jkun ratifikat
Renju Unit
Kooperazzjoni dwar l-affarijiet li jirrigwardjaw l-Unjoni Ewropeja
5 ta' Lulju 2000
Mhux meħtieġ
Renju Unit
Memorandum dwar il-Kooperazzjoni tad-Dwana
27 ta' Ġunju 2000
28 ta' Awissu 2000
Albanija
Kooperazzjoni bejn il-Ministri tal-Affarijiet Barranin taż-żewġ pajjiżi
2 ta' Mejju 2000
Mhux meħtieġ