Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10 Sitting 4 1998-10-28 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-infiq tas-segretarjat u tal-ministeru tas-Saħħa mħallas jew pendenti mis-7 ta' Settembru 1998 sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni billi kull kont ikun itemised, inkluż minn fejn sar ix-xiri? F'kull każ intalbu kwotazzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Billi x-xogħol li jrid isir fuq din il-Mistoqsija huwa wieħed voluminuż, jista l-Onor. Interpellant ikun iktar speċifiku jekk għandu xi ħaġa partikulari f'moħħu?

Naxxar — Triq il-Ħaddieda - Bozzoz

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jinxtelgħu l-bozoz kollha li hemm fi Triq il-Ħaddieda, fin-Naxxar peress li f'din it-triq toqgħod persuna b'diżabilita' fiżika u żgur li dawl f'din it-triq jgħin lil din il-persuna?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata f`Seduta ohra.
Leg 9 PQ #12 Sitting 4 1998-10-28 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Manpower plan

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jkompli jimplimenta fit-total jew f'parti minnu l-manpower plan li kien ġie approvat mill-Amministrazzjoni preċedenti Laburista?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-"manpower plan" imsemmija mill-Onor. Interpellant qed tigi studjata.
Leg 9 PQ #13 Sitting 4 1998-10-28 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Tibdil

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jimplimenta jew ma jimplimentax mit-tibdil li kien ġie propost taħt l-Amministrazzjoni Laburista fit-tmexxija ta' l-Isptar Monte Carmeli wara l-awditjar li sar f'dan l-isptar tul din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ngħaraf lill-Onor. Membru li r-riformi maniġerjali li kien beda l-Gvern Nazzjonalista f'Mejju 1996, u li komplew taħt il-Gvern Laburista fuq il-viżjoni ppjanata mill-Gvern Nazzjonalista, se jkomplu b'pass aktar mgħaġġel. Ngħarraf lill-Onor. Membru li fl-Isptarijiet ma kienx qed isir awditjar iżda kienu qed jiddaħħlu sistemi finanzjarji u maniġerjali sabiex tiżdied l-'accountability' fl-użu tar-riżorsi. Id-differenza bejn dawn is-sistemi u l-awditjar hi li s-sistema maniġerjali u finanzjarji huma sistemi operattivi u kontinwi biex jgħinu lill-Managment jieħu deċiżjonijiet razzjonali, filwaqt li l-awditjar huwa 'a one off exercise'.