Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2132 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mard venerarju

Question

Billi din il-ġimgħa isemma li persuna b'interess f'mard venerju qed tiġi mħajjra taħdem f'Malta, jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki ta' speċjalizzazzjoni għandha din il-persuna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-persuna li għaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant għandha diplomi ta' speċjalizzazzjoni fil-Venereoloġija u Dermatoloġija prattika mill-Universatijiet ta' Londra u Wales rispettivament. Din il-persuna tokkupa l-post ta' konsulent fil-Genitouninary Medicine mal-Ministru tad-Difiża Ingliż u ilha taħdem bħala speċjalista f'dan il-qasam sa mill-1984 f'diversi sptarijiet militari tar-Renju Unit.

Flats tal-Gvern — Ppparkjar ta' muturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk muturi jistgħux jiġu pparkjati fil-parti komuni ta' flattijiet tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li l-'flats' tal-Gvern jiġu amministrati mid-Dipartiment ta' l-Artijiet, il-mistoqsija l-aħjar li tiġi magħmula lill-Ministru responsabbli mid-Dipartiment ta' l-Artijiet. 3.12.98
Leg 9 PQ #2017 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar ġdid

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq hux se jkun sptar ġenerali, akut, speċjalizzat u University Teaching Hospital bi skola medika u istitut tas-saħħa jew inkella hux se jkun kif kien ippjanat taħt l-Amministrazzjoni Nazzjonalista ta' qabel l-elezzjoni ta' l-1996?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Gvern preżenti diġa kkonferma li l-Isptar il-ġdid f'tal-Qroqq ser ikun Sptar Ġenerali w akut. Kif kien ippjanat minn Amministrazzjoni Nazzjonalista ta' qabel l-elezzjoni ta' l-1996, dan l-isptar ser ikun speċjalizzat u `University Teaching Hospital', bi Skola Medika w Istitut tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #2018 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Xiri ta' patata

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ntrebħet l-aħħar tender għax-xiri ta' patata fl-iSptar Monte Carmeli? Kemm kien il-prezz kull kilo tat-tender li rebħet il-kuntratt? Min rebaħ it-tender?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-aħħar tender għax-xiri ta' patata għall-perjodu bejn 16/12/98 u 30/06/99 għad-dipartiment tas-Saħħa li jinkludi l-Isptar Monte Carmeli ngħata fl-4 ta' Awissu 1998 lis-Sur Ray Abdilla ta' `Le Nid', Kuċċard Street, Safi għall-prezz ta' 9.4ċ il-kilo.

Pembroke/Buġibba — Plots

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm plots bejn l-1992 u l-1996 f'Pembroke u Buġibba li l-inkwilini rrinunzjaw għalihom u li għaddew għand kumpanniji tal-bini flok ma nbnew mill-Awtorita' tad-Djar u wara tqassmu? Kemm hi s-somma li tħallset għal kull plot?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-lokalita' ta' Pembroke kien hemm żewġ rinunzji u f'dik ta' Buġibba kien hemm waħda. Dawn it-tlett plots kienu oriġinarjament allokati mill-Awtorita' tad-Djar taħt l-iskemi tagħha tal-'Home Ownership'. Waħda mill-plots ta' Pembroke ġiet allokata bħala maisonettes u garages taħt waħda mill-iskema ta' l-Awtorita' tad-Djar. Il-plot l-oħra ta' Pembroke u dik ta' Buġibba ser jinbnew mill-Awtorita' tad-Djar u ser jiġu allokati taħt skemi ta' l-Awtorita' tad-Djar. Fit-tlett każi, l-Awtorita' tad-Djar ħarġet jew ser toħroġ sejħa għall-offerti biex jiġu żviluppati minn kuntratturi privati fuq pjanti ippreparati mill-istess Awtorita' tad-Djar. 3.12.98

Anzjani — Djar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li oriġinarjament kienu fi djar ta' l-anzjani li ntbagħtu mill-gvern f'dar ta' l-anzjani privata? Liema huma dawn id-djar privati? Kemm persuni ntbagħtu minn djar ta' l-anzjani jew mill-kommunita' u li għalihom iħallas il-gvern? Kemm hu l-ħlas minn kull persuna? Saret kwotazzjoni jew tender qabel intagħżlet id-dar privata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' anzjani li ntbagħtu mill-Gvern f'dar ta' l-anzjani privata kien 19. Dawn l-anzjani li ġew alloġġjati ġo Villa Messina, Rabat, kollha huma residenti tad-Dar ta' l-Anzjani tal-Furjana, li bħalissa qegħda tiġi mkabbra u rinnovata, u li kienu qegħdin allokati temporanjament, kontra kull sens ta' privatezza u dinjita', fid-djar ta' l-anzjani l-oħra. Mhux etiku li tingħata risposta rigward il-ħlas li qed isir għal kull persuna peress li sar ftehim ta' natura kummerċjali mal-prinċipali ta' Villa Messina. Pero' nassigura lill-Onor. Interpellant li l-ħlas li qed isir huwa irħas mill-medja ta' kemm anzjan qiegħed jiswa lill-Gvern fid-Djar ta' l-Anzjani tiegħu. Biex dan l-arranġament sar possibli ngħatat ukoll l-awtorita' mill-Ministeru tal-Finanzi. 3.12.98
Leg 9 PQ #1625 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Dijabetiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm dijabetiċi ngħataw screening ta' għajnejhom bejn Settembru 1997 u Settembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm minn dawn kienu nisa jew irġiel; (b) kemm kienu taħt it-30 sena; (ċ) kemm kienu dawk fuq is-60 sena; (d) kemm kienu dawk li ilhom li jafu li għandhom id-dijabete aktar minn ħames snin; (e) kemm kienu dawk li saru jafu li għandhom id-dijabete f'din is-sena msemmija hawn fuq; (f) kemm kienu dawk li kellhom diġa' kumplikazzjonijiet oħra taċ-ċirkolazzjoni; u (g) kemm kienu dawk li kellhom diġa' kumplikazzjonijiet tan-nervituri?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta għall-mistoqsija Parlamentari nurmu 1625 qiegħda tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #1626 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Klinika tad-Dijabete — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-pazjenti li attendew il-klinika tad-dijabete għall-ewwel darba bejn Settembru 1997 u Settembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll: (a) kemm minn dawn kienu nisa jew irġiel; (b) kemm kienu dawk taħt it-30 sena; (ċ) kemm minn dawk kienu fuq is-60 sena; (d) kemm minn dawn kienu konfermati fl-ewwel viżta li għandhom id-dijabete; (e) kemm minn dawn ġew riferuti għall-OGTT; (f) kemm minn dawk li marru għall-OGTT kienu fil-fatt konfermati dijabetiċi wara dan it-test; (g) kemm minn dawk konfermati dijabetiċi nbdew: (i) bl-insulina fl-ewwel vista; (ii) kemm pazjenti nbdew bil-pilloli; u (iii) kemm inbdew b'dieta' biss; (h) minn dawk li attendew, kemm minnhom kienu diġa' jafu li għandhom id-dijabete u kemm minnhom kienu diġa' qed jieħdu: (i) l-insulina; u (ii) il-pilloli tad-dijabete; (i) kemm minn dawk konfermati f'din l-ewwel vista diġa' kellhom komplikazzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1626 qiegħda tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #1626 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Klinika tad-Dijabete — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-pazjenti li attendew il-klinika tad-dijabete għall-ewwel darba bejn Settembru 1997 u Settembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll: (a) kemm minn dawn kienu nisa jew irġiel; (b) kemm kienu dawk taħt it-30 sena; (ċ) kemm minn dawk kienu fuq is-60 sena; (d) kemm minn dawn kienu konfermati fl-ewwel viżta li għandhom id-dijabete; (e) kemm minn dawn ġew riferuti għall-OGTT; (f) kemm minn dawk li marru għall-OGTT kienu fil-fatt konfermati dijabetiċi wara dan it-test; (g) kemm minn dawk konfermati dijabetiċi nbdew: (i) bl-insulina fl-ewwel vista; (ii) kemm pazjenti nbdew bil-pilloli; u (iii) kemm inbdew b'dieta' biss; (h) minn dawk li attendew, kemm minnhom kienu diġa' jafu li għandhom id-dijabete u kemm minnhom kienu diġa' qed jieħdu: (i) l-insulina; u (ii) il-pilloli tad-dijabete; (i) kemm minn dawk konfermati f'din l-ewwel vista diġa' kellhom komplikazzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Numru ta' pazjenti li attendew il-klinika tad-dijabete għall-ewwel darba bejn Settembru 1997 u Settembru 1998: 1603 Kemm minn dawm kienu rġiel: 788 Kemm minn dawn kienu nisa: 815 Kemm kienu taħt it-30 sena: 69 Kemm kienu fuq is-60 sena: 699 Kemm kienu konfermata fl-ewwel vista li għandhom id-Dijabete: 1107 Kemm marru għal OGTT: 464 Kemm minn dawn ġew konfermati dijabetiċi: 195 Kemm minn dawn inbdew fuq l-Insulina: 37 Kemm minn dawn inbdew fuq il-pilloli: 151 Kemm minn dawn inbdew fuq id-dieta biss: 565 Kemm minn dawn kienu konfermati fl-ewwel vista li diġa kellhom komplikazzjonijiet: 40
Leg 9 PQ #1627 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Palazzo Castellania — Pjanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fejn inxtraw il-pjanti li nġabu f'Palazzo Castellania mill-elezzjoni tal-5 ta' Settembru, 1998? Kemm tħallas għalihom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-elezzjoni tal-5 ta' Settembru 1998 ma nxtrawx pjanti għal Palazzo Castellania.
Leg 9 PQ #1628 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Discharge letters

Question

Jista' l-Ministru jara li d-discharge letters li suppost jingħataw il-pazjenti qabel joħorġu mill-isptar jibqgħu jingħataw qabel ma pazjent joħroġ mill-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Hemm standard order lill-houesemen kollha li d-discharge letters jingħataw lill-pazjent qabel ma' dan joħroġ mill-isptar. Meta dan ma jsirx, ikun dovut għal raġunijiet diversi li wieħed mhux dejjem ikollu kontrol fuqhom bħal meta l-houseman tal-konsulent relattiv ikun bis-sick leave, etc. F'dawn iċ-ċirkustanzi jsir kull sforz biex id-discharge letter tintbagħat id-dar bil-posta fl-iqsar żmien possibbli.
Leg 9 PQ #1644 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dijabete — Konsulent

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex fis-sejħa għall-post ta' konsulent b'interess fid-dijabete intalbet l-ekwivalenza Ewropea bħala waħda mill-kriterji? Jista' l-Ministru jispjega għaliex dan l-istess kriterju ma ġiex applikat fis-sejħa għal, per eżempju, konsulent fis-Saħħa Pubblika, liema sejħa saret xi jiem wara dik tal-konsulent fid-dijabete? Jista' l-Ministru jispjega liema hija l-ekwivalenza Ewropea, meta sal-lum għad m'hemmx qbil bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwalifiki mediċi u speċjalment dwar ir-reġistrazzjoni tat-tobba fost il-pajjiżi membri?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Billi s-sejħa għall-post li qed jirreferi għalih toħroġ mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, m'iniex f'pożizzjoni li nagħti tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari.
Leg 9 PQ #1664 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar ġdid - Disinjaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet verament ir-raġuni li d-disinjaturi ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq, Norman and Dawbarn, ġew imwaqqfa u l-kuntratt tagħhom itterminat mill-gvern? Min se jkunu d-disinjaturi l-ġodda ta' dan l-isptar? Kif se jintgħażlu d-disinjaturi l-ġodda ta' l-isptar f'Tal-Qroqq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Gvern qiegħed f'fażi li jikkonsidra l-proġett u kif dan jirrelata mar-riforma globali tas-servizzi tas-saħħa. Għal dan il-għan, għamel użu minn klawsola li hemm fid-'Design Contract' u effettivament ittermina dan l-istess kuntratt. Għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar id-disinjaturi.
Leg 9 PQ #1620 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Karozzi impressed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu karozzi impressed mad-Dipartiment tas-Saħħa mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-5 ta' Settembru sal-lum ma ddaħlet ebda karozza impressed mad-Dipartiment tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #1621 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Orthopaedic out-patients

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li attendew bħala każi ġodda fl-Orthopaedic out-patients bejn: (a) Settembru 1996 u Settembru 1997; u (b) Settembru 1997 u Settembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu nisa u rġiel f'kull każ? Kemm kienu l-każi ġodda ta' pazjenti li ra kull konsulent speċifiku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' każi ġodda li attendew fl-ORTHOPAEDIC OUT-PATIENTS kienu kif ġej:- a) Settembru 1996 sa Awissu 1997 - 7645 b) Settembru 1997 sa Awissu 1998 - 8305 Ma jinżammux records ta' kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel. Il-każi ġodda li ra kull konsulent bdew jinżammu bid-dettal mill-1 ta' Jannar 1998. L-informazzjoni tinsab fit-tabella annessa.
Leg 9 PQ #1622 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Surgical out-patients

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li attendew bħala każi ġodda fis-Surgical out-patients, inkluż l-ispecial clinics, bejn:- (a) Settembru 1996 u Settembru 1997; u (b) Settembru 1997 u Settembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm kienu nisa u rġiel f'kull każ? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-każi ġodda ta' kull konsulent speċifiku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' każi ġodda li attendew fis-SURGICAL OUT-PATIENTS kienu kif ġej:- (a) Settembru 1996 sa Awissu 1997 - 10,439 (b) Settembru 1997 sa Awwisu 1998 - 10,765 Ma jinżammux records ta' kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel. Il-każi ġodda li ra kull konsulent bdew jinżammu bid-dettal mill-1 ta' Jannar 1998. L-informazzjoni tinsab fit-tabella annessa.
Leg 9 PQ #1623 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Konsulent

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-post ta' konsulent b'interess fid-Dijabete ma ġiex inkluż maċ-ċirkolari numru 150/98 ta' l-10 ta' Novmebru, 1998 jew ma' dik numru 151/98 tal-11 ta' Novembru, 1998? Kien hemm xi raġuni speċifika għaliex l-impjegati taċ-Ċivil ma ġewx informati b'din is-sejħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-post li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant flimkien ma' post ta' konsulent b'interess fir-Rewmatoloġija dehru f'Ċirkolari Nru DH 152/98 tat-13 ta' Novembru 1998 li tqassmet fid-Diviżjoni tas-Saħħa bħas-soltu, ġimgħa qabel ma' l-Onor. Interpellant għamel id-domanda.
Leg 9 PQ #1624 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Medical out-patients

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li attendew bħala każi ġodda fil-Medical out-patients, inkluż l-ispecial clinics, bejn: (a) Settembru 1996 u Settembru, 1997; u (b) Settembru 1997 u Settembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm kienu nisa jew irġiel f'kull każ; u (b) kemm kienu n-numru ta' każi ġodda ta' kull konsulent speċifiku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' każi ġodda li attendew fil-MEDICAL OUT-Patients u `Special Clinics' kienu kif ġej:- a) Settembru 1996 sa Awissu 1997 - 8403 b) Settembru 1997 sa Awissu 1998 - 8394 Ma jinżammux records ta' kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel. Il-każi ġodda li ra kull konsulent bdew jinżammu bid-dettal mill-1 ta'Jannar 1998. L-informazzjoni tinsab fit-tabella annessa.
Leg 9 PQ #1300 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjonijiet ta' l-għajnejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li n-numru ta' operazzjonijiet ta' l-għajnejn ġew psoposti nhar it-Tlieta 3, ta' Novembru 1998? X'sar min-naħa ta' l-awtoritajiet wara li wħud mit-tlett pazjenti li laħqu dabbru infezzjoni f'għajnejhom waqt li wħud li kellhom operazzjoni f'għajnejhom fil-jiem ta' qabel kellhom infezzjoni wkoll wara l-operazzjoni f'għajnejhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment tas-Saħħa jikkonferma li matul ix-xahar ta' Settembru u Ottubru seħħew tlett (3) każijiet ta' panophthalmitis ġewwa l-isptar San Luqa. Ġie mlaqqa kumitat ad hoc (immexxi mill-"Infection Control Officer") sabiex jinvestiga dawn il-każijiet. Ma kien hemm ebda indikazzjoni li setgħet tiddetermina b'mod deċisiv u konkret minn fejn setgħu ġew dawn l-infeżżjonijiet. Għaldaqstant ġew eżaminati il-proċessi kollha inkluż l-isterilizazzjoni ta' l-istrumenti li jintuzaw f'dawn it-tip ta' operazzjonijiet. Bħala miżura ta' prekawzjoni, l-operazzjonijiet ta' katarretti ġew posposti sakemm l-isterilizers jiġu validati li qed jaħdmu perfettament. Ġew ordnati strumenti "disposable" bħala miżura temporanja, biex l-operazzjonijiet tal-katarretti jistgħu jitkomplew mingħajr aktar dewmien.
Leg 9 PQ #1301 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Sala tal-Gynekoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex fis-Sala tal-Ġinekoloġija fl-Isptar San Luqa jkun hemm misħun fil-vit, wara li minn nhar il-Ħadd 8 ta' Novembru, 1998 sal-lum ilma misħun fil-vit ma kienx hemm? Għaliex ix-xogħol ħa s'issa erbat ijiem biex isir?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-nuqqas ta' misħun fil-vit fis-sala tal-Ginekoloġija ġie kkaġunat minħabba ħsara li zviluppat f'pompa li tiċċirkola misħun primarju li jkun maħzun ġo tank. Minħabba li din il-pompa hija antika u "spare parts" għaliha difficli ssib kellha tinbidel. Peress li l-pompa li ġiet imwaħħla hija differenti mill-qadima, kien necessarju li jsiru alterazzjonijiet u għaldaqstant il-ħin biex jitlesta ix-xogħol naturalment zdied. Dan tlesta it-Tlieta wara nofsinhar. Minn dak il-ħin sa l-Erbgħa fil-għodu it-tank kien qed jiġi msaħħan u fil-fatt kmieni l-Erbgħa is-servizz tal-misħun kien reġa' għan-normal.