Jista' l-Ministru jara li x-xogħol li kien se jsir fi Sqaq Charlotte, Għargħur, mill-Water Services Corporation isir mill-aktar fis possibbli ħalli wara jkun jista'jingħata wiċċ ġdid lil dan l-isqaq?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni li jsir ir-refurbishing tal-latrina pubblika li hemm ħdejn Ġnien il-Paċi, ġewwa l-Għargħur?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' refurbishing tal-latrina pubblika li hemm ħdejn il-Ġnien il-Paċi ġewwa l-Għargħur, diġa' nbeda u qed isir bħala parti mix-xogħol li qed isir fit-tisbiegħ tal-Ġnien stess.
Jista' l-Ministru jgħid bejn l-1992 u l-1996 kemm ġew impjegati persuni taħt skema "Buying of service" fis-settur tas-saħħa? X'servizz kienu qed joffru? Minn liema belt jew raħal ġew dawk li kienu impjegati taħt din l-iskema? Min kien jiffirmalhom l-invoice li kienet tintbagħat kull xahar? X'kienu l-prezzijiet mitluba f'kull każ? Min approva d-dħul ta' dawn il-persuni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mir-records li għandu d-Dipartiment toħroġ din l-informazzjoni:
1. Bejn l-1992 u l-1996 ġew impjegati għal perjodi diversi total ta' 31 persuni taħt l-iskema buying of service.
2. Il-persuni kienu joffru fil-maġġoranza xogħol klerikali. Kien hemm min kien joffri consultancy services, public relations u xogħol ta' superviżjoni.
3. Il-persuni kienu minn dawn il-bliet jew irħula:
9 mill-Mosta
5 minn B'Kara
1 min Ħad-Dingli
3 mill-Għargħur
1 mill-Imsida
6 minn Naxxar
1 minn Raħal Ġdid
1 mir-Rabat
1 mis-Siġġiewi
1 minn Ħal Tarxien
1 mill-Belt
1 minn Ħaż Żebbuġ
4. L-invoice kienet tiġi ffirmata mill-uffiċċjal inkarigat mis-sezzjoni rispettiva li taħtu kienu jagħtu s-servizz.
5. Il-prezzijiet mitluba kienu jvarjaw hekk Lm343.85, Lm422.00, Lm376.33, Lm605.76, Lm690, Lm460, Lm345 fix-xahar. Kien hemm min kien jitħallas Lm1.88, Lm1.85 jew Lm2.82 fis-siegħa.
6. Id-dħul ta' dawn il-persuni kien jiġi approvat jew mis-Segretarju Parlamentari, miċ-Chief Government Medical Officer, mid-diretturi rispettivi jew mill-MPO.
Taħt l-F.M.S. hemm hemm dawn li ġejjin:
1) Persuni impjegati taħt skema buying of Ħdax il-persuna (11) service fis-settur tas-Saħħa bejn l-1992 1996.
2) Servizzi offruti Secretarial, Nursing Task Force
Co-Ordinator, Financial Consultancy, Hotel Management Consultancy,
SLH RefurbishmentConsultancy,
Public Relations,
Professional Support and Advisory Services,
Recruitment Consultancy,
Executive Secretary
3) Belt jew raħal ta' dawk Siġġiewi, Msida, Attard, San Ġiljan,
taħt din l-iskema Żejtun, Żebbuġ, Santa Luċija
4) Min kien jiffirmalhom Membru tal-Bord/Kap Eżekuttiv hekk kif
l-invoice li kienet approvati mill-F.M.S. Board
tintbagħat kull xahar
5) Prezzijiet mitluba f'kull Secretarial Services: Lm85-125 monthly
każ Nursing Task Force Co-Ordinator: Lm380-
456 monthly
Financial Services: Lm666 monthly
Hotel Management: Lm750-810 monthly
SLH Refurbishment: Lm25 monthly
Public Relations: Lm140 monthly
Professional Support and Advisory Services: Lm737-993 monthly
Recruitment Consultant: Lm833 monthly
6) Min kien approva d-dħul ta' L-F.M.S. Board
dawn il-persuni
Mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-infermiera li ngħataw transfer?
Kemm minnhom kienu staff nurses u kemm kienu enrolled nurses?
Jista' l-Ministru jagħti wkoll id-dati ta' meta kienu ħarġu dawn it-tranfsers u kemm kienu l-infermiera trasferiti kull darba?
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn u għal-liema post ġew trasferiti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' infermiera li ngħataw transfer mill-5 ta' Settembru 1998 sa llum huwa 31.
Minnhom kien hemm 17 enrolled Nurses u 8 Staff Nurses.
Data ta'
transfer Nru. Minn Għall
___________________________________________ _____________________
13.10.98 1 SLH Director Nursing Services
Office
19.10.98 SLH SLH
(MOT) (Gynae Ward)
1 SLH SLH (MOT)
(Gynae Ward)
1 MCH SLH (O/P Dept)
23.10.98 1 SLH (ITU) SLH (Renal Unit)
1 SLH SLH (ITU)
(Renal Unit)
1 SLH MCH (Day duty roster)
30.10.98 1 SLH (Customer SLH (MOP)
Care)
1 CGMO's Office Dental O/P CLinic
03.11.98 1 Tal-Ferħa MCH
1 Minister for Health Division
Social Policy
(Centru Ħidma
Soċjali)
05.11.98 1 Health SLH (M3)
Promotion
Unit
1 SLH Karen Grech Theatre
(E & A Dept) (Anaesthetic Day Duty)
10.11.98 1 HIU SLH (SCBU)
12.11.98 1 SLH (Medical SLH (MSI)
Records)
17.11.98 1 SVPR MCH
25.11.98 1 SLH (Urology) SLH (MOT)
26.11.98 1 SLH MCH
02.12.98 1 SLH (Gynae) SLH (M2)
07.12.98 1 HIU SLH (Post-Natal)
1 MCH Dental Clinic Floriana
1 SLH Boffa Hospital (Ward 4)
(Ophthalmic
Ward)
1 SLH (Dayward) SLH (Ward M3)
09.12.98 1 MCH (MW 10) MCH (Administration)
1 MCH (MW 10) MCH (Juvenile)
1 MCH (MW 5) MCH (MW 6)
2 MCH (MW 10) MCH (MW 3A)
10.12.98 1 SLH (MOP) Boffa Hospital
16.12.98 1 SLH (Dental OHU
O/P)
1 MCH SLH (Orthopaedic Theatre)
______
31
______
Minn dawn it-13 il-transfer indikati hawn fuq, 14 minnhom saru fuq talba mill-individwi stess.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li japprova l-overtime, dipartiment, dipartiment fid-dipartimenti kollha li jaqgħtu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-`overtime' jiġi approvat mid-Diretturi fid-diversi Direttorati li għalihom huma responsabbli. Fid-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern, l-`overtime' jiġi approvat mid-Direttur għas-Servizzi Korporattivi. Fil-każ tan-`nurses', `health assistants' u `hospital auxiliaries', l-`overtime' jiġi approvat mid-`Departmental Nursing Manager', pero' f'każ ta' xi emerġenza jiġi approvat min-`Nursing Officer in Charge' mis-sala u wara jiġi kkonfermat mid-`Departmental Nursing Manager'.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna li isimha qed jitbagħat separtament ġiet appuntata Amministrattur Mediku fl-Isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-persuna li qed isemmi l-Onor. Interpellant kopriet lill-Amministratur Mediku ta' l-Isptar San Luqa li kien jinsab fuq `leave'. Ninsab infurmat li dan l-arranġament intuża wkoll meta l-Onor. Interpellant kien il-Ministru responsabbli għas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda s-servizz ta' l-isleep laboratory fl-isptarijiet governattivi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-offerti li daħlu wara l-pubblikazzjoni tat-tender għas-Sleep Laboratory għadhom qed jiġu kkunsidrati. Għalhekk id-Dipartiment għadu mhux f'pożizzjoni jgħid meta ser jibda jingħata dan is-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar sejħa għat-tenders għal lift vans? Għal kemm-il lift van kienet it-tender? F'liema stadju waslet din it-tender? Meta mistennija jaslu l-lift vans il-ġodda?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-aħħar sejħa għat-tenders għal lift vans saret fis-26 ta' Ġunju 1998 u għalqed fit-23 ta' Lulju 1998. It-tender kienet saret għal sitt lift vans. L-ebda offerta mit-tlieta mitfugħa ma kienet skond il-bżonnijiet tad-Dipartiment u għalhekk ġew irrifjutati kollha. Id-Dipartiment qed jagħmel il-preparamenti sabiex jixtri lift vans `second-hand' mill-Ingilterra kif kien ġa talab f'Mejju tal-1997 liema talba ma kienetx ġiet aċċettata mill-MInisteru tal-Finanzi dakinhar.
Billi fid-dibattitu tal-budget fuq is-saħħa nhar it-Tnejn, 14 ta' Diċembru, 1998 intqal illi t-transfers tan-nurses jingħataw u hija responsabbilta' għalihom id-Direttriċi tan-nurses, jista' l-Ministru jgħid, grad grad, fid-Dipartiment kollu tas-Saħħa min hu nkarigat li jagħti u jerfa' ir-responsabbilta' tat-transfers?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Bħal ma tennejt fit-tweġibiet oħra, transfers isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħed overtime xahar b'xahar minn Awissu 1998 sa Novembru 1998 fil-Professional Unit?
Min jawtorizza li l-ħaddiema fil-Professional Unit jitilqu ta' spiss minn fuq il-post tax-xogħol?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Naħseb li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-Professorial Unit.
It-tweġiba għall-ewwel mistoqsija hija - xejn.
Dwar it-tieni mistoqsija - fix-xogħol tagħhom dawn l-impjegati jkollhom joħorġu mill-uffiċċju biex jitkellmu mad-diversi Konsulenti u tobba.
Irrid ngħid li ma kien hemm l-ebda tibdil f'dak li qed jagħmlu dawn l-impjegati u dak li qed jagħmlu issa kienu wkoll jagħmluh qabel il-5 ta' Settembru 1998.
Jista' l-Ministru jgħid kif persuna li ħadet promozzjoni b'mod speċifiku biex taħdem f'Għawdex ġiet trasferita lejn Malta filwaqt li l-post tagħha dak ta' Principal Health Inspector f'Għawdex huwa issa vakanti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-persuna li qiegħed jirreferi għalija l-Onor. Interpellant fid-domanda tiegħu ġiet trasferita għal Malta a bażi tal-parir preliminari tal-Ombudsman bid-data 26 ta' Awissu 1998, li ġiet komunikata lil dan id-Dipartiment fil-wieħed u tletin ta' Awissu 1998.
Nikkonferma li l-post ta' Spettur Prinċipali tas-Saħħa f'Għawdex issa huwa vakanti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm gatekeepers u/jew watchmen jaħdmu fiċ-ċimiterji tal-gvern? X'inhuma l-ħinijiet tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ħadd mill-impjegati fiċ-ċimiterji tal-Gvern ma għandu l-grad ta' gatekeeper jew watchman.
Ninforma wkoll li tmien (8) persuni minn diversi gradi differenti jaħdmu bħala gatekeepers matul il-ġurnata waqt li tmien (8) persuni minn diversi gradi differenti jaħdmu bħala watchmen matul il-lejl.
Il-ħinijiet li jaħdmu dawn il-ħaddiema bħala gatekeepers u watchmen huma:
_____________________________________
Gatekeepers 6.30am sas-1.10pm
7.00am sas-2.00pm
7.00am sal-5.00pm
_____________________________________
Watchmen 5.00pm sas-7.00am
_____________________________________
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 2618 fis-seduta Nru.34, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li għall-perjodu sakemm l-ispeċjalista nkarigat mill-Orthodentics jispiċċalu l-parental leave, u li l-persuna l-oħra li qed tispeċjalizza fl-istess linja u li baqgħalu sentejn biex jispeċjalizza, jiġi ngaġġat speċjalista barrani fuq kuntratt full-time skond il-linja li l-gvern preċedenti kien qed jissuġġerixxi lid-Direttur tar-riżorsi umani?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-suġġeriment li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant ser jiġi evalwat.
Mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-infermiera li ngħataw transfer?
Kemm minnhom kienu staff nurses u kemm kienu enrolled nurses?
Jista' l-Ministru jagħti wkoll id-dati ta' meta kienu ħarġu dawn it-tranfsers u kemm kienu l-infermiera trasferiti kull darba?
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn u għal-liema post ġew trasferiti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Malta Personal Injuries (Civilians) Scheme ta' l-1941
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-benefiċċji ta' dawk li jaqgħu taħt il-Malta Personal Injuries (Civilians) Scheme ta' l-1941 ilhom ma jieħdu żieda mill-1991 sal-lum? Meta mistenni li jkun hemm żieda taħt din l-iskema?
Response (DALLI, JOHN)
Nifhem li l-Onor Interpellant qed jirreferi għall-Personal Injuries (Emergency Provisions) Ord. Chap 111. Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-benefiċċji taħt din l-iskema għal dawk li korrew fil-gwerra, jew kaġun tal-gwerra, se jkunu assimilati definitivament mad-Disablement Pension tas-Sigurta` Soċjali b`effett mill-1 ta` Jannar 1999.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi asfaltata l-bypass fl-area tal-Birguma, Naxxar u t-toroq ta' madwar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-Dipartiment u dan wara li jigi assigurat li s-servizzi kollha jkunu tqiegħdu fil-post.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kuntratt dwar id-disinji ta' l-isptar f'Tal-Qroqq ingħata b'direct order? Lil min ingħata? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-kuntratt bejn il-Gvern u/jew l-FMS u l-kuntrattur imqabbad?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-possibilta' ta' xogħol għad-disinji ta' l-Isptar il-Ġdid hija kkontemplata fil-Memorandum of Understanding li l-F.M.S. iffirmat ma' Skanska Malta J.V. fl-4 ta' Diċembru 1998.
Ma jeżistix kuntratt ta' disinji hekk kif mitlub.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ għall-akkomodazzjoni alternattiva għall-persuna li isimha qed jintbagħat separatament bil-File Number H70/84 u li qed jgħix f'akkomodazzjoni perikoluża?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
9.12.98
Billi riċentement f'mistoqsija parlamentari l-Ministru qal li qabel l-1996 l-isptar tal-Qroqq kien se jinkludi skola medika u istitut tal-kura tas-saħħa, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-disinji ta' l-iskola medika u ta' l-istitut tal-kura tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema mistoqsija parlamentari qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni bl-HIV li jieħdu l-benefiċċji mogħtija mid-Dipartiment tas-Saħħa sena b'sena fl-aħħar ħames snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-persuni bl-HIV illi ħadu benefiċċju bi flus mogħtija mid-Dipartiment tas-Saħħa fl-aħħar ħames snin huwa kif ġej:
1994 - 10
1995 - 9
1996 - 7
1997 - 7
1998 - 7
Il-persuni bl-HIV illi bbenefikaw minn trattament mediku mogħti mid-Dipartiment tas-Saħħa huwa bejn wieħed u ieħor kif ġej:
1994 - inqas minn 10
1995 - inqas minn 10
1996 - inqas minn 10
1997 - 11
1998 - 20