Peress li t-triq li tagħti għall-kamra tan-nar tal-Għargħur hija waħda dejqa ħafna, tant li f'każ ta' inċident ma jkunux jistgħu jidħlu ambulanzi u fire engines, u peress li taħt il-gvern preċedenti fid-Dipartment tax-Xogħlijiet kienu tlestew pjanti li għandha titwessa' t-triq imsemmija, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li din it-triq titwessa'?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li qed jittieħdu passi biex issir l-esproprijazzjoni ta` l-art meħtieġa għat-twessiegħ u biex tintefa l-applikazzjoni neċessarja għand l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. It-twessiegħ tat-triq li taqa` barra minn żona ta` żvilupp, ikun jista jsir wara dawn il-proċessi neċessarji.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2839, jista' l-Ministru jikkonferma li: (i) id-delegazzjoni ministerjali li attendiet Geneva bejn it-3/5/97 - 15/5/97 ħadet parti wkoll f'laqgħat tal-Grupp Ewropew tal-WHO, kif ukoll għad-49 Assemblea Internazzjonali tal-WHO; (ii) id-delegazzjoni ministerjali li attendiet għas-47 sezzjoni tal-WHO, reġjun ta' l-Ewropa bejn l-14/9/97 - 18/9/97, kellha testendi ż-żmien fit-Turkija ħalli jiġi ffirmat ftehim bilaterali fuq it-turiżmu bejn Malta u t-Turkija, minħabba li l-ministru Malti responsabbli mit-turiżmu kien indispost; u (iii) id-delegazzjoni ministerjali li attendiet Geneva għall-50 Assemblea tal-WHO bejn 8/5/98 - 12/5/98 attendiet ukoll għal-laqgħat tal-Ministri tas-Saħħa tal-Grupp Ewropew, tal-Grupp Non-Aligned u għall-Pre-Commonwealth Meeting?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-Onor. Interpellant m'għandux bzonn il-konferma tiegħi, għax kien hu stess li mexxa dawn id-delegazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-riżultati ta' l-eżami għall-postijiet ta' Assistent Principal Radiographer meta ġew ippubblikati?
Għalkemm perijodu ta' żmien kien validu dan ir-riżultat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ir-riżultat ta' l-intervisti għall-postijiet ta' Assistant Principal Radiographer ġie ppublikat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku fil-5 ta' Settembru 1997 u kien validu għal sena.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni li t-toroq Luigi Catania, San Bartolmew u Santa Katerina kollha fil-Għargħur jingħataw it-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li Triq Luiġi Catania u Triq Santa Katerina huma t-tnejn asfaltati, għalhekk titjieb fihom irid isir mill-Kunsill.
Il-parti tat-Triq San Bartolomew li mhiex asfaltata għadu qed isir l-izvilupp fiha u għad iridu jiġu nstallati s-servizzi meħtieġa.
Jista' l-Ministru issa jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 3697?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-persuni li ngħataw kuntratt mis-6 ta' Settembru 1998 kienu l-istaff fis-Segretarjat tal-Ministeru tas-Saħħa viz:-
Mr. Saviour Sciberras I.D. 83040G
Ms. Denise Vella I.D. 464170M
Ms. Marilyn Schembri I.D. 95159M
Mr. Carmel Fenech I.D. 279448M
Mr. Joe Baldacchino I.D. 335248M
Ms. Marinella Mifsud I.D. 74078M
Ms. Eleanor Muscat I.D. 311571M
Mr. Stephen Gauci I.D. 331474M
Mr. Colin Mercieca I.D. 296270M
Mr. Antoine Galea I.D. 360566M
Mr. Ivo Bonnici I.D. 606160M
Mr. Raymond Muscat I.D. 362365M
Il-kuntratti li ngħataw huma standard u ġew magħmula fuq dawk stabbiliti permezz taċ-ċirkulari MPO 52/72 ta' 28 ta' Ottubru 1998 u li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra fit-2 ta' Novembru 1998 Seduta 5 b'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 81.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-regoli tat-Traffic Control Board jew ir-Roads Departments dwar l-għamla ta' sleeping policemen?
Jekk fin-negattiv, jista' t-Traffic Control Board jew ir-Roads Department joħroġ regoli ċari dwar policement, b'mod speċjali meta uħud minn dawn l-ispleeping policmen qed isiru b'mod li jagħmlu ħsara lill-karozzi u l-bini biswit u li f'ħafna każi lanqas jidhru filgħodu aħseb u ara bil-lejl?
Jekk jeżistu regoli, jista' r-Roads Department jew it-Traffic Control Board jara lidawn jiġu obduti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li r-`road humps (sleeping policemen)` approvati mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku minn Frar ta` l-1995 sa issa kellhom jiġu nstallati skond `specifications` maħruġa mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Kopji ta` dawn l-`ispecifications` jiġu mibgħuta lill-Kunsilli Lokali ma kull approvazzjoni li tiġi mogħtija mill-Bord. Il-Kunsilli Lokali jiġu mgħarrfa wkoll li għandhom jinstallaw `warning signs` li juru l-pożizzjoni tal-`humps`.
Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku nforma lill-Kunsilli Lokali li dawk il-`humps` li saru mingħajr permess jew mhux skond l-`ispecifications` għandhom jitneħħew.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet fil-laboratorju ta' l-Isptar Zammit Clapp ġimgħa ġimgħa tul l-1 ta' Diċembru, 1998 sas-16 ta' Jannar, 1998?
Kemm saru testijiet fl-istess laboratorju fl-istess perijodu ta' żmien sena ilu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Din hi l-informazzjoni mitluba li l-Isptar izomm:-
Diċembru 1997 1519
Jannar 1998 1481
Diċembru 1998 1268
Jannar 1999 Nil
L-informazzjoni qatt ma nżammet gimgħa b'gimgħa u għalhekk mhux statistikament possibbli li tingħata gimgħa b'gimgħa.
Mill-1 ta' Jannar 1999 it-testijiet kollha bdew isiru fl-Isptar San Luqa.
Mill-11-il pazjent li f'Awissu 1998 Mr Michael K.D. Benson FRCS ta' "The Nuffield Orthopaedic Centre" l-Ingilterra, għażel biex jingħataw trattament l-Ingilterra, kemm minnhom ingħataw il-kura l-Ingilterra s'issa?
Meta mistenni li dawk li kienu magħżula u li s'issa għadhom ma telgħux l-Ingilterra għal kura, jintbagħtu għal kura neċessarja?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-ħdax il-pazjenti kollha qegħdin jistennew biex jintbagħtu għal kura fin-Nuffield Orthopaedic Centre, Oxford.
Jonqos li jirċievu d-data ta' l-appuntament. Dwar dawn id-dati, d-Dipartiment ma għandu l-ebda ġurisdizzjoni.
Peress li fi triq li tagħti għal kamra tan-nar tal-Għargħur hija waħda dejqa ħafna, tali li f'każ ta' inċident ma jkunux jistgħu jidħlu ambulanzi u fire engines u peress li taħt il-gvern preċedenti fid-Dipartiment tax-Xogħlijiet kienu tlestew pjanti li għandha titwessa' t-triq msemmija, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li din i-triq titwessa'?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatax xi sponsor mid-dipartimenti li jaqgħu fid-dekasteru tiegħek għal-logħba Malta League XI kontra l-Juventus lejn l-aħħar ta' Diċembru 1998?
Jekk fl-affermattiv, kemm kienet is-somma u lil min ingħatat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma ngħata ebda sponsorship mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi għal-logħba Malta League XI kontra l-Juventus lejn l-aħħar ta' Diċembru 1998.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx xi sponsor mid-dipartimenti li jaqgħu fid-dekasteru tat-Turiżmu għal-Logħba Malta League XI kontra l-Juventus lejn l-aħħar ta' Diċembru 1998?
Jekk fl-affermattiv, kemm kienet is-somma u lil min ingħatat?
Response (REFALO, MICHAEL)
L-ispiża totali għal din l-inizjattiva promozzjonali min-'National Tourism Organisation - Malta' ġiet tammonta għal Lm11,000 u s-somma ngħatat lill-'Malta Organising Committee'. Tajjeb li l-Onor Membru jkun jaf li dan l-avveniment kien opportunita' unika biex il-gżejjer tagħna jingħataw pubbliċita'estensiva barra minn Malta. Fil-fatt hu smat li madwar ħmistax il-miljun telespettatur raw il-logħba fuq it-'television' fl-Ewropa u fil-Lvant Nofsani.
Peress li l-għassa tal-pulizija tal-Għargħur qed tkun spiss magħluqa, filwaqt li waqt il-ħruġ u dħul tat-tfal ta' l-iskola primarja tal-Għargħur ma jkunx hemm pulizija biex ma jgħaddix traffiku fil-ħinijiet msemmija, jista' l-Ministru jara li dan ma jkomplix jiġri, speċjalment meta għandi informazzjoni li dan qed isir biex il-pulizija jintbagħtu jagħmlu fixed points f'postijiet oħra fid-distrett?
Response (BORG, TONIO)
NInsab infurmat illi qed ikun hemm assenjat regolarment pulizija fejn l-iskola li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant fil-ħinijiet tad-dħul u l-ħruġ tat-tfal.
25.01.99
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir id-drenaġġ u t-tarmac fi Triq Mons. Luigi Catania, Għargħur?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li din l-estensjoni qiegħda nkluża f'tender numru 1496/83/4 u x-xogħol maħsub li jsir aktar tard din is-sena.
Rigward it-tieni parti nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir id-drenaġġ u t-tarmac fi Triq San Bartolomeo, Għargħur?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li din l-estensjoni qiegħda nkluża f'tender numru 1496/83/4 u x-xogħol maħsub li jsir aktar tard din is-sena.
Rigward it-tieni parti nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.