Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni li attendew għall-assemblea tad-WHO (Europe) ġewwa Copenhagen f'Settembru, 1998?
X'inhi l-kariga ta' kull persuna li attendiet?
Il-persuni li attendew kollha residenti Malta u għandhom ċittadinanza Maltija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-delegazzjoni li attendiet għal WHO 58 Session of the Regional Committee for Europe f'Copenhagen bejn it-13 u t-18 ta' Settembru 1998, kienet magħmula minn dawn il-persuni.
1. L-Onor Dr. L Deguara, Ministru tas-Saħħa.
2. Is-Sur S. Sciberras, Assistent Personali tal-Ministru tas-Saħħa.
3. It-Tabib J.M. Cachia, Agent Tabib Ewlieni tal-Gvern.
4. It-Tabib R. Xerri, Direttur Policy & Planning.
5. It-Tabib P. Abela Hyzler.
Il-persuni msemmija huma kollha ċittadini Maltin. Pero' t-Tabib Abela Hyzler huwa residenti l-Ingilterra.
It-Tabib Abela Hyzler attenda bħala 'Adviser' tal-Ministeru tas-Saħħa minħabba l-esperjenza vasta ta' madwar 30 sena li għandu f'dan il-qasam.
Din l-esperjenza ġiet rikonoxxuta mill-WHO stess tant li waqt il-konferenza t-Tabib Abela Hyzler ingħata 'Award' speċjali għas-servizz li hu ta f'dawn is-snin kollha.
Jista' l-Ministru jikkonferma li operazzjoni tal-Ġinekoloġija nhar it-Tlieta 2 ta' Frar, 1999 ġiet imwaqqfa, il-pazjenta ngħalqet u ntbagħtet fis-sala biex imbagħad l-operazzjoni saret mill-konsulent ftit jiem wara?
X'kienet ir-raġuni li din l-operazzjoni twaqqfet fit-2 ta' Frar, 1999?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minħabba l-kunfidenzjalita medika tal-każ, lest li nuri rapport li għandi dwaru b'mod kunfidenzjali, lill-Onor. Interpellant, jekk kemm il-darba l-Onor. Interpellant ikollu f'idejh il-kunsens bil-miktub f'dan is-sens mingħand il-pazjenta kkonċernata.
Fl-aħħar ħames snin, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal transfer ta' stazzjoni ta' pompi tal-petrol minn lokalita' għal oħra jew fl-istess raħal?
Kemm ġew rifjutati?
Għal-liema raġuni ġew rifjutati?
Kemm ġew aċċetati?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm enrolled nurses u staff nurses li qed jaħdmu fulltime u part-time fl-Institute of Health Care?
Kemm minnhom f'kull każ qed jagħmlu xogħol akkademiku jew inkella xogħol mhux akkademiku?
Kemm minnhom jaħdmu fuq bażi ta' shift?
Hemm impjegati oħra li jaħdmu fuq bażi ta' shift?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4228, peress li r-riżultat ta' l-intervisti għall-postijiet ta' Assistant Principal Radiographers ġie ppublikat mill-PSC fil-5 ta' Settembru u kien validu għal sena u peress li b'riferenza għar-risposta 4366, ir-rakkomandazzjoni kienet biex it-tliet persuni jieħdu l-appointment ta' Assistant Principal Radiographers fl-1 ta' Diċembru, 1998, meta kienet inqabżet is-sena ta' kemm kien validu r-riżultat, jista' l-Prim Ministru jispjega x'kienet ir-raġuni li ħareġ l-appointment mill-PSC?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat illi l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku
għamlet ir-rakkomandazzjonijiet tagħha biex jimtlew il-
postijiet ta' Assistant Principal Radiographers għaliex il-
vakanzi kienu identifikati, u t-talba u l-verifika biex
jimtlew il-postijiet saru, meta r-riżultat kien għadu
validu.
Dan huwa konformi mal-prassi kostanti tal-Kummissjoni għas-
Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fl-upgrading ta' Palazzo Castellania mill-5 ta' Settembru sal-lum? Kemm hemm ħlasijiet pendenti? Kemm hi l-istima ta' ħlasijiet li invoice għalihom għadha ma ntbagħtitx?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma sar ebda 'upgrading' ta' Palazzo Castellania bejn il-5 ta' Settembru 1998 u d-9 ta' Frar 1999. Kull ma sar kien tibdil ta' twieqi fis-sezzjoni tad-dixxiplina li swew Lm616 u l-ammont dovut ser jitħallas fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa u/jew il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għandhomx stima ta' kemm se jiġi jiswa l-proġett ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq? Jekk fl-affermattiv, kemm hi l-istima? Jekk fin-negattiv, meta mistenni li din l-istima tkun lesta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minħabba li l-istudju fuq dan il-proġett għadu sejjer l-istima għada ma' ġietx stabbilita.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-periti u l-inġiniera fi ħdan il-kuntrattur li qed jiddisinjaw l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Periti u l-Inġiniera fi ħdan il-Kuntratturi li qed jiddisinjaw l-Isptar il-Ġdid f'tal-Qroqq, huma d-ditta lokali 'Cassar, Grech & Ebejer' u d-ditta Svediża 'White Arkitekter' b'koperazzjoni ma' Skanska.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet tal-librerija fl-Institute of Health Care?
F'liema ġranet u perijodu ta' żmien tkun magħluqa l-librerija fl-IHC?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ħinijiet tal-Pubbliku fil-Librerija ta' l-Institute of Health Care huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa bej id-9:00a.m. u l-5:15p.m. u s-Sibt bejn id-9:00a.m. u n-12:30p.m.
Il-Librerija tkun miftuħa wkoll bejn il-5:15p.m. u s-7:00p.m. kull nhar ta' Tlieta u nhar ta' Ġimgħa. Matul is-Sajf, bejn is-16 ta' Ġunju u t-30 ta' Settembru, il-Librerija tkun miftuħa għall-pubbliku bejn id-9:00a.m. u s-1:30p.m. b'overtime nhar ta' Tlieta u nhar ta' Ġimgħa sal-5:00p.m.
Il-Librerija tkun magħluqa fil-Ħdud u l-Btajjel Pubbliċi, kif ukoll fl-ewwel ħmistax ta' Awissu għal stock-taking.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-gradi tal-persuni li jaħdmu fil-librerija ta' l-Institute of Health Care?
Kemm minnhom jaħdmu fuq roster basis?
X'inhuma l-ħinijiet li jaħdmu f'kull każ?
Dawn il-ħinijiet jinkludu l-weekends u festi pubbliċi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Librerija ta' l-Institute of Health Care hija mmexxija minn Assistant Librarian, mgħejjun minn Health Assistant li hija preżentement sekondata minn mad-Dipartiment tas-Saħħa.
Iż-Żewġ impjegati jaħdmu u jalternaw biss fuq roster fil-ħinijiet ta' l-overtime, jiġifieri nhar ta' Tlieta u nhar ta' Ġimgħa bejn il-5:15p.m. u s-7:15p.m, kif ukoll nhar ta' Sibt bejn id-9:00a.m. u n-12:30p.m. Matul in-nofs ta' nhari tas-sajf, il-ħinijiet ta' l-overtime tat-Tlieta u l-Ġimgħa jkunu mis-1:30p.m. sal-5:00p.m.
Il-ħinijiet ta' dawn l-impjegati huwa mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-7:45a.m. u l-5:15p.m., (sajf 7:30a.m. - 1:30p.m.) u ħinijiet oħra ta' overtime kif stipulat fil-paragrafu preċedenti.
Il-Librerija ma tkunx miftuħa fil-Festi Pubbliċi, fil-Ħdud, u fl-ewwel ħmistax ta' Awissu għal stock-taking.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm infermiera li mhux qed jagħmlu xogħol ta' infermiera mad-Dipartiment tas-Saħħa jew dipartiment ieħor?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' infermiera li mhux qed jagħmlu xogħol konness dirett mal-pazjenti huwa ta' għoxrin. Dawn huma mqassmin hekk:
18 Jaħdmu l-Institute of Health Care, iżda jridu jkunu nfermiera sabiex
jagħtu t-tagħlim meħtieġ lill-istudenti.
1 Jaħdem l-ispiżerija ta' l-Out Patients, li kien intbagħat jaħdem hemm nhar il-15 ta' Jannar 1998.
1 Seconded mad-Dipartiment tax-Xogħolijiet. Dan ġie seconded ma' dan id-Dipartiment nhar il-11 ta' Marzu 1997. F'dan il-każ, id-Dipartiment tas-Saħħa talab formalment sabiex dan l-impjegat jerġa jintbagħat lura sabiex jagħmel ix-xogħol ta' infermier u mhux ta' skrivan.
Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l-aħħar applikazzjonijiet għal Pharmacy Technicians fis-settur tas-Saħħa?
Kemm applikaw biex jidħlu fis-settur governattiv?
Min kienu?
Meta applikaw?
Meta saru l-interviews?
Meta ġew ippubblikati r-riżultati?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4228, jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-PSC approvat li t-tliet senior principals li fl-aħħar jiem ingħataw l-appointment ta' Assistant Principal Radiographers, jingħataw l-appointment ta' Assistant Principal Radiographers?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku għamlet ir-rakkomandazzjoni biex it-tliet persuni msemmija jingħataw l-appointment ta’ Assistant Principal Radiographers fl-1 ta’ Diċembru 1998.
B'riferenza għall-OPM Circular No. 15/96, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il eċċezzjoni saret, wara l-ħruġ ta' dik iċ-ċirkolari sad-data ta' l-elezzjoni ġenerali ta'l-1996, bl-approvazzjoni tal-Management and Personnel Office u għal-liema raġuni saret dik l-eċċezzjoni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat illi mit-13 ta' Ġunju sal-24 t'Ottubru 1996
ġew ingaġġati sitt Statisticians fuq kuntratt b'effett mid-
19 t'Awissu.
Jiena tajt l-approvazzjoni tiegħi għall-kuntratt fit-23 ta'
Settembru 1996 wara li nġibdet l-attenzjoni tad-
dipartiment li kellhom iġibu l-approvazzjoni ta' l-Uffiċċju
tiegħi minn qabel. Din l-approvazzjoni tingħata wara li l-
istaff kien ġie diġa approvat mill-Kumitat tal-Kabinett
dwar ir-Riforma tas-Servizz Pubbliku fit-2 ta' April 1996.