Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġew mibgħuta uffiċjali mill-Fond Soċjali tal-Kunsill ta' l-Ewropa mill-5 ta' Settembru, 1999 sal-lum? Meta ġew? X'deċiżjonijiet ittieħdu, jekk kien hemm, fuq il-proġetti li għaddejjin u li hemm ftehim finanzjarju fuqhom ma' l-istess fond?
Response (DALLI, JOHN)
Mill-5 ta` Settembru 1998 `l hawn kellna żjara waħda minn żewġ uffiċjali tal-Fond Soċjali għall-Iżvilupp tal-Kunsill ta` l-Ewropa. Dawn kienu Malta bejn l-14 u s-16 ta` Frar li għadda biex jevalwaw il-progress u xi tibdil li seta` sar jew hu ppjanat għall-Isptar l-ġdid tal-Qroqq.
S`issa ma ttieħdu l-ebda deċiżjonijiet. Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.
Birkirkara Bypass — Triq Dun Karm - Traffic Lights
Question
Peress li waħda mill-postijiet fejn qed jiġu ppjanati traffic lights fi Triq Dun Karm (Birkirkara Bypass) iżomm ħafna ilma u jinżel gelgul ta' ilma meta ssir xi maltempata, jista' l-Ministru jara x'passi jistgħu jittieħdu jekk jirriżultalu li ma ttieħdu l-ebda passi biex dan l-inkonvenjent li jagħmel is-sit ta' dawn it-traffic lights bla użu meta tagħmel ix-xita jitneħħa? Barra minn hekk, x'passi se jittieħdu biex karozzi ma jiskartawx it-traffic lights billi jgħaddu mis-service road fil-ġenb tat-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-Traffic Lights (Pelican Crossings) tqegħdu f`post li fih jidher l-inqas inkonvenjent. Dawn il-Lights twaħħlu wkoll wara li ġew approvati mit-Traffic Control Board.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għamlet reklami l-Foundation of Medical Services mill-5 ta' Settembru, 1999? Tista' titqiegħed kopja ta' kull reklam fuq il-Mejda tal-Kamra? Kemm ġew jiswew kull sensiela ta' kull reklam fil-ġurnali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' riklami mill-5 ta' Settembru 1998 magħmula mill-Foundation of Medical Services kienu skond il-lista kif ġej:
Ingaġġ ta' Lm
Medical Equipment Engineer 1164.90
----------------------------------------- ------------
Personal Assistant to Chief
Executive Officer
Transport Officer for Ambulance 653.78
Garage SLH
------------------------------------------------ -----
Financial Controller for Government
Pharmaceutical Services (1) 352.50
------------------------------------------ -----------
Financial Controller for Government
Pharmaceutical Services (2) 1369.35
------------------------------------------------ -----
Head of Institutional Operations 1307.55
----------------------------------------- ------------
Appointment of:
Financial Auditors - F.M.S. 304.50
------------------------------------------ -----------
Avviż dwar:
Technical Information and Specifications
on Medical Equipment 1307.55
----------------------------------------- ------------
Spiża Totali 6460.43
----------------------------------------- ------------
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri l-ġodda tal-Foundation of Medical Services? X'inhi l-professjoni tagħhom? X'inhi l-ID Card tagħhom? X'rwol se tilgħab il-Foundation of Medical Services fuq il-proġett ta' bini ta' sptar ġdid f'Tal-Qroqq?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ir-risposta ghad-domanda ta' l-Onor. Intepellant hija skon kif ġej:
Membri Professjoni I.D. No.
------------------------------------------------ ---------------
Dr. Joseph L. Pace Dermatologist 467546(M)
Dr. Ray Busuttil Director General Health 415957(M)
Dr. Ray Xerri Director Policy &
Planning 252156(M)
Dr. Natasha Azzopardi Muscat Medical Officer 349573(M)
Mr. Albert A. Attard Retired 186436(M)
Mr. Rene H. Formosa Retired 743435(M)
Mr. David Spiteri Gingell Central Information
Managment Officer 000166(M)
--------------------------------------- ------------------------
Il-Bord ta' F.M.S. ser ikollu l-funzjoni tal-Kliejent u responsabilita totali tal-proġett ta' lIsptar il-Ġdid f'tal-Qroqq.
Jista' l-Ministru jgħid meta ħadem u x'ħinijiet tax-xogħol ħadem tul ix-xahar ta' Frar, 1999 il-hospital surveillance officer li ismu qed jintbagħat separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-imsemmi Security Guard bħalissa huwa temporanjament posted fil-Construction and Maintenence Department tal-Works Division, l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' meningococcol meningitis mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum? Kemm kien hemm każi ta' meningococcol septicaemien mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum? Kemm kien hemm każi ta' mwiet f'kull każ? X'kienu l-etajiet ta' dawk li mardu fiż-żewġ każi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-1 ta' Jannar 1999 sal-lum kellna ħames(5) każi ta' mard kaġunat mill-Meningococcus li jinqasmu kif ġej: Każ wieħed(1) Meninġite u erba' (4) każi Septicaemia.
Minn dawn, il-każ ta' Meninġite u wieħed mill-erba' każi ta' Septicaemia rriżultaw f'imwiet.
L-etajiet tal-każi huma kif indikati fit-tabella hawn taħt.
---------------------------------
| Tip ta' Marda | Eta' |
|-----------------|---------------|
| MM | 50 sena |
| SM | 7 snin |
| SM | 22 xahar |
| SM | 48 sena |
| SM | 13 il-sena |
---------------------------------
SM = Septicaemia Meningococcal
MM = Meningitis Meningococcal
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ġodda ta' MRSA mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum fl-Isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-każijiet ġodda ta' Methicillin Resistant Staphylococcus Aureus ġewwa l-Isptar San Luqa fl-ewwel xahrejn tas-sena 1999 kienu dawn:
----------------
| JANNAR 25 |
----------------
| FRAR 37 |
----------------
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet li jirregolaw lill-Għawdxin li jaħdmu fid-Dipartiment tas-Saħħa, li m'humiex mediċi jew paramediċi, rigward ħinijiet ta' tluq lura lejn id-dar tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Billi l-kundizzjonijiet li għalihom qed jirreferi l-Onor. Interpellant huma applikabbli għall-ħaddiema kollha fis-Servizz Pubbliku, nitolbu jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li nhar it-Tnejn, 22 ta' Frar, 1999 fil-għodu, persuna qrib id-90 sena li għandha marda serja tħalliet għal aktar minn tliet sigħat tistenna fil-waiting room tad-Dipartiment ta' l-Emerġenza fl-Isptar San Luqa minkejja li kienet muġugħa u b'nefħa f'saqajha u f'wiċċha u minkejja li ma kienx jidher li hemm emerġenzi qed jiġu ttrattati f'dak il-mument? Għandi informazzjoni li din il-persuna kellha tittieħed f'post ieħor għax ma setgħetx tissaporti iżjed.
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor interpellant jgħaddili b'mod kunfidenzjali aktar dettalji dwar il-każ imsemmi ħalli nkun nista' ninvestiga bid-dettal. Fil-jum imsemmi marru fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar San Luqa 'l fuq minn 359 persuna.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġiebu kantanti barranin għall-konkors Kanzunetta għall-Ewropa li saret fl-aħħar jiem? Min kienu? Kemm kienet in-nefqa totali f'kull każ? Saru kwotazzjonijiet qabel intgħażlu dawn il-kantanti barranin? Apparti l-kantanti, kien hemm min kien qed jakkumpanjahom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li, l-kantanti kienu Gwen Dickey u Paola Turci. In-nefqa totali kienet ta' Lm1500 għal Gwen Dickey u Lm3000 għal Paola Turci u dawn l-ammonti jinkludu l-ispejjeż tal-vjaġġi bl-ajru, l-akkomodazzjoni kif ukoll trasport. Informat ukoll li l-Kumitat Organizattiv kellu diversi kwotazzjonijiet qabel ma ntgħażlu dawn il-kantanti.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-award speċjali li ngħatat il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, mill-WHO waqt il-konferenza tal-WHO (Europe) f'Settembru, 1998?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-persuna msemmija mill-Onor. Interpellant ingħatat 'Award' speċjali mid-Direttur Reġjonali, Dr. Jo E. Asvall bħala rikonoxximent għat-28 sena ta' servizz dedikat li huwa ta lil WHO bħala parti mid-delegazzjonijiet ta' Malta u tar-Renju Unit.
Jista' l-Ministru jgħid min ħallas għall-passaġġ ta' l-ajru tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, bejn l-Ingilterra u Malta u lura biex seta' jakkumpanja lid-delegazzjoni ministerjali li attendiet għall-konferenza tal-WHO (Europe) f'Settembru 1998?
Jekk kien il-Gvern Malti, taħt liema vot sar il-ħlas?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-regoli taċ-Ċivil rigward membri ta' l-istess familja li jaħdmu fl-istess post tax-xogħol f'xi dipartiment jew segretarjat?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li ma teżisti l-ebda policy tal-Gvern u l-
Estacode ma jgħid xejn dwar is-suġġett imsemmi mill-Onor
Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid: (1) Kemm hemm managers illum mal-MIA? (2) Kemm kien hemm managers fl-MIA fit-30 ta' April, 1998? (3) Dawk li kienu managers fit-30 ta' April 1998, f'liema dati u f'liema gradi bdew jaħdmu mal-MIA? (4) Dawk li huma managers illum, f'liema dati u f'liema gradi bdew jaħdmu mal-MIA? (5) Meta saru managers dawk li llum huma f'dan il-grad?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-management team tal-Malta International Airport plc hu magħmul minn diversi gradi u mhux minn managers biss.
1. Ma' l-MIA illum hemm għaxar (10) Managers.
2. Fit-30 ta' April 1998 ma' l-MIA kien hemm ħames (5) Managers.
3. Il-ħames Managers li kien hemm ma' l-MIA fit-30 ta' April 1998 bdew
jaħdmu ma' l-MIA fid-dati u fil-gradi li jidhru hawn taħt:
i. Persuna 'A' beda ma' l-MIA fl-4 ta' Jannar 1994 fil-grad ta'
Manager.
ii. Persuna 'B' beda ma' l-MIA fl-1 ta' Ottubru 1991 fil-grad ta'
Manager.
iii. Persuna 'C' beda ma' l-MIA fil-15 ta' Ġunju 1991 fil-grad ta'
Manager.
iv. Persuna 'D' beda ma' l-MIA fil-15 ta' Ġunju 1991 fil-grad ta'
Manager.
v. Persuna 'E' beda ma' l-MIA fit-18 ta' Mejju 1992 fil-grad ta'
Executive.
4. L-għaxar Managers li hemm illum ma' l-MIA bdew jaħdmu ma' l-MIA fid-
dati u fil-gradi li jidhru hawn taħt:
i. Persuna 'A' beda ma' l-MIA fl-4 ta' Jannar 1994 fil-grad ta'
Manager.
ii. Persuna 'B' beda ma' l-MIA fl-1 ta' Ottubru 1991 fil-grad ta'
Manager.
iii. Persuna 'C' beda ma' l-MIA fil-15 ta' Ġunju 1991 fil-grad ta'
Manager.
iv. Persuna 'D' beda ma' l-MIA fil-15 ta' Ġunju 1991 fil-grad ta'
Manager.
v. Persuna 'E' beda ma' l-MIA fit-18 ta' Mejju 1992 fil-grad ta'
Executive.
vi. Persuna 'F' ġie ma' l-MIA fl-1 ta' Mejju 1998 bħala Konsulent
vii. Persuna 'G' ġie ma' l-MIA fl-1 ta' Jannar 1992 bħala Executive.
viii. Persuna 'H' beda ma' l-MIA fl-1 ta' Ottubru 1991 bħala Executive.
ix. Persuna 'I' ġie ma' l-MIA fl-1 ta' Mejju 1998 bħala SATCO.
x. Persuna 'J' ġie ma' l-MIA fl-1 ta' Mejju 1998 bħala Maġġur.
5. i. Persuna 'A' fl-4 ta' Jannar 1994.
ii. Persuna 'B' fl-1 ta' Ottubru 1991.
iii. Persuna 'C' fil-15 ta' Ġunju 1991.
iv. Persuna 'D' fil-15 ta' Ġunju 1991.
v. Persuna 'E' fis-6 ta' Lulju 1995.
vi. Persuna 'F' b'effett mill-1 ta' Lulju 1998.
vii. Persuna 'G' b'effett mill-1 ta' Lulju 1998.
viii. Persuna 'H' b'effett mill-1 ta' Lulju 1998.
ix. Persuna 'I' fl-4 ta' Diċembru 1998.
x. Persuna 'J' fl-4 ta' Diċembru 1998.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li l-isem u n-numru ta' l-ID Card tagħha qed jintbagħtu separatament, għandhiex ċittadinanza Maltija? Jekk le, huwa possibbli li tgħid x'ċittadinanza għandha?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Membru hija ċittadin ta' Malta.
01.03.99
Jista' l-Ministru jara li bozza li ilha maqtugħa għal ġimgħat sħaħ u li qiegħda fil-post indikat under separate cover tiġi rranġata?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li minħabba l-mod kif inhi mwaħħla din il-lampa, inħasset il-ħtieġa li tiġi mċaqalqa għal post ieħor biex it-triq in kwistjoni tiddawwal aħjar. Dan ix-xogħol għandu jsir fi żmien qasir.