Jista' l-Ministru jagħti l-isem, il-grad, in-numra ta' l-identita' u l-ammont ta' flus f'overtime f'kull każ, ta' dawk l-impjegati li fid-dekasteru tiegħu qalgħu aktar minn Lm100 f'overtime tul Marzu, 1999?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpelllant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda s-servizz ta' l-isleep laboratory fl-isptarijiet governattivi? Meta ħarġu t-tenders għas-sleep laboratory?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-apparat tas-'sleep laboratory' diġa ntuża għal każ wieħed urġenti f'kamra attrezzata proviżorjament. Ninsab infurmat li ġiet identifikata kamra biex tkun tista' tintuża bħala sleep laboratory. Qed jiġu identifikati x-xogħolijiet strutturali meħtieġa biex is-servizz ikun jista' jiffunzjona regolarment mingħajr dewmien esaġerat.
Is-sejħa għall offerti kienet ġiet ippublikata fl-4 ta' Settembru 1998.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi approvazzjoni mill-FMS jew xi ħaddieħor mis-segretarjat jew mid-Dipartiment tas-Saħħa biex il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li huwa nkarigat mit-tmexxija tal-garage jagħmel xogħol ieħor barra l-ħin normali tax-xogħol tiegħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma saret l-ebda talba ta' din ix-xorta, la lill-F.M.S. u lanqas lid-Dipartiment tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jgħid verament x'kienet ir-raġuni li wasslu biex jiġi tterminat il-kuntratt tad-disinjaturi Norman and Dawbarn ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq biex minflok ingħata kuntratt b'direct order lill-ħaddiema li qed jibnu l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa dan id-direct order li ngħata lid-disinjaturi l-ġodda wara li ġie tterminat il-kuntratt lid-disinjaturi Norman and Dawbarn li kienu ntgħażlu wara sejħa pubblika?
Jista' l-Ministru jgħid minn Frar 1995 sal-lum f'liema toroq ġew approvati road humps (sleeping policemen) fin-Naxxar, Mosta, Għargħur u l-Iklin? Kemm ġew approvati road humps f'kull triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f`seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 4607?
Response (BONNICI, JOSEF)
B'riżultat ta' ftehim bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-GRTU, irid ikun hemm il-permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex pompa tal-petrol tiġi trasferita minn sit għal ieħor.
Kien hemm diversi talbiet li ġew irrifjutati minn din l-Awtorita'. L-applikazzjonijiet imorru għand l-Enemalta sabiex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tara jekk il-Korporazzjoni għandhiex xi oġġezzjoni għall-istess talbiet. L-Awtorita' irifjutat talba għal trasferiment ta' pompa minn sit għal ieħor f'Ħaż-Żebbuġ, oħra minn sit għal ieħor f'Ħal-Qormi u pompa oħra minn sit għal ieħor fin-Naxxar.
S'issa ġew approvati żewġ talbiet għal trasferiment ta' pompa minn sit għal ieħor. Dawn huma waħda minn naħa għal oħra tat-triq f'Ħaż-Żebbuġ, Malta u l-oħra minn Ħal-Qormi għall-Għargħur.
Tajjeb jingħad li bħalissa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed tipproċessa ħames talbiet għal ċaqlieq ta' pompi tal-petrol kemm fl-istess raħal kif ukoll minn raħal għal ieħor.
Mid-Dipartiment tas-Saħħa, min kienu l-impjegati li marru jaħdmu f'xi segretarjat ta' ministru (inkluż dak tas-saħħa) jew segretarju parlamentari? F'kull każ, jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-I.D. Card number?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' mjegati li mid-Diviżjoni tas-Saħħa marru jaħdmu f'xi segretarjat ta' Ministru (inkluż dak tas-Saħħa) jew Segretarji Parlamentari hu ta' wieħed u għoxrin(21). Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tagħhom bl-informazzjoni mitluba.
Institute of Health Care — Kors fil-B.Sc. Psychiatric Nursing
Question
Il-korsijiet fil-B.Sc. Psychiatric Nursing li diġa' bdew se jitkomplew sa l-aħħar? Din is-sena huwa mistenni li fl-Institute of Health Care jerġa' jiftaħ il-kors fil-B.Sc. Psychiatric Nursing?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa r-riċeviment tal-festa ta' San Luqa li sar fis-17 ta' Ottubru, 1998 li għalih kienu mistiedna bosta ħbieb tas-segretarjat? L-ikel tar-riċeviment inħadem f'xi kċina ta' wieħed mill-isptarijiet? Liema sptar kien? Kemm ġie mħallas overtime lill-impjegati fil-kċina biex lestew l-ikel? Kemm tħallsu l-waiters u dawk li kienu qed jieħdu ħsieb it-tqassim kollu ta' l-ikel u x-xorb?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-elezzjoni sal-lum daħlux impjegati fl-Isptar Zammit Clapp? Jekk fl-affermattiv, kemm daħlu? F'liema grad? Minn liema lokalita' huma u x'inhi l-I.D. Card tagħhom? Fl-istess żmien, kemm spiċċaw jew irriżenjaw impjegati fl-Isptar Zammit Clapp? F'liema grad kienu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-elezzjoni sal-lum 26 ta' April 1999 daħlu tlett (3) impjegati full-time.
Grad Lokalita' I.D. Card No.
--------------------------------------------- --------------------
Financial Controller Valletta 198066 (M)
Nursing Manager Lija 476152 (M)
Physiotherapist Sliema 120974 (M)
_____________________________________________ ____________________
Mill-elezzjoni sal-lum 26 ta' April 1999 spiċċaw jew irrezenjaw sitt (6) impjegati full-time:
Nursing Aide 1
Staff Nurse 3
Matron 1
Physiotherapist 1
u żewġ (2) impjegati part-time:
Domestic/Cleaner 1
Pharmacist 1
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1626?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' pazjenti li attendew il-klinika għall-ewwel darba bejn Settembru 1997 u Settembru 1998 kienu 1603.
Kemm minn dawn kienu rġiel 788
Kemm minn dawn kienu nisa 815
Kemm kienu taħt it-tletin sena 69
Kemm kienu fuq is-sittin sena 699
Kienu kkonfermati fl-ewwel vista li għandhom id-Dijabete 1107
Kemm marru għall-OGTT 464
Kemm minn dawn ġew konfermati Dijabetiċi 195
Kemm minn dawn inbdew fuq l-Insulina 37
Kemm minn dawn inbdew fuq il-pilloli 151
Kemm minn dawn inbdew fuq id-dieta biss 565
Kemm minn dawn kienu konfermati fl-ewwel
vista li diġa kellhom kumplikazzjonijiet 40
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju li kien qed isir dwar il-manpower plan li kienet tlestiet għad-Dipartiment tas-Saħħa fil-bidu tas-sajf li għadda? Jekk saru xi emendi, x'kienu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Diviżjoni tas-Saħħa, baqa` jadotta l-istess Manpower Plan li kienet tlestiet fil-bidu tas-Sajf li għadda biż-żieda ta` xi postijiet meħtieġa li jirriflettu l-politika tal-Gvern presenti.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-infiq tas-segretarjat tiegħu mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-lum? F'kull każ, jista' kull kont ikun itemised, inkluż minn fejn sar ix-xiri? Liema kienu direct orders? Fil-każi l-oħra ntalbu kwotazzjonijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-pazjenti li jattendu s-Surgical out-patients u l-medical out-patients se jkollhom il-ħin eżatt ta' l-appuntament tagħhom skond dak li kien tlesta madwar sena ilu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-idea li pazjent jattendi fis-Surgical u l-Medical Out Patients fil-ħin eżatt tal-appuntament jiddependi fuq is-sistema tal-kompjuterazzjoni li qiegħda bħalissa miexja b'ritmu mgħaġġel fid-Dipartiment tal-Out Patients. Fil-fatt is-sistema giet introdotta għal każi ta' "follow up" f'dawn id-dipartimenti-
Neurology Dr. J. Galea Debono
Endocrine Dr. J. Azzopardi
Diabetes Dr. A. Schranz u Dr. J. Azzopardi
Radiotherapy Unit Dr. S. Brincat u Dr. V. Muscat
Asthma Clinic Dr. S. Montefort u Dr. R. Ellul Micallef
Pulmunary Function Lab Dr. Cacciattolo
Paediatric Surgery Mr. Swain
Orthoptics & Prosthesis
Rheumatology Dr. C. Mallia
Urology Mr. K. German
ENT Dr. A. Griscti Soler u Mr. J. Pace Balzan
Hu ppjanat li dalwaqt is-sistemi se jiġu estiżi għal new cases u ta' follow ups f'dipartimenti oħra.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' ċaqlieq uffiċjali u mhux uffiċjali li sar fid-Dipartiment tas-Saħħa jew mid-Dipartiment tas-Saħħa għal dipartimenti oħra jew minn dipartimenti oħra għad-Dipartiment tas-Saħħa mit-28 ta' Ottubru, 1998 sal-lum? F'kull każ, liema kienu l-każi li kien l-impjegat stess li talab it-transfer għall-post fejn intbagħat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mit-28 t'Ottubru 1998 sas-26 t'April 1999 kien hemm 266 trasferimenti fid-Divizjoni tas-Saħħa jew mid-Divizjoni tas-Saħħa għal Dipartimenti oħra jew minn Dipartimenti oħra għad-Divizjoni tas-Saħħa. Dawn jinkludu 21 mpjegat tad-Divizjoni tas-Saħħa li marru jaħdmu f'xi Segretarjat ta' Ministru (inkluz dak tas-Saħħa) jew ta' Segretarji Parlamentari.
Mill-266 trasferiment kien hemm 164 impjegati li talbu li jiġu trasferiti huma stess.