Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6833 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ward 2

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi fis-Seclusion Unit fil-Ward 2 fl-Isptar Monte Carmeli, fejn pazjent ġie mqajjem matul il-lejl biex jiddaħħal pazjent ieħor minfloku fis-single room? Jidhirlu l-Ministru li dan hu każ inuman u degredanti, aktar u aktar meta biex jerġa' jorqod il-pazjent trid tagħtih pilloli oħra? Huwa ġust li pazjenti li jkollhom bżonn ta' kura fis-Seclusion Unit qed jinħarġu qabel iż-żmien biex jiddaħlu oħrajn flokhom? Hemm xi ħsieb li jiżdiedu s-single rooms fis-Seclusion Unit?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kien hemm każ wieħed, iżolat, fejn pazjent fis-Secure Unit ġie mqajjem matul il-lejl biex jiddaħħal pazjent ieħor minfloku fis-seclusion room. Mir-records tal-pazjent in kwistjoni ma jirriżultax li dan il-pazjent kellhom jingħatawlu pilloli oħra biex jorqod wara li ġie trasferit. Allavolja jittieħdu miżuri biex trasferimenti bil-lejl jiġu evitati, madanakollu jista' jiġri hekk minn żmien għal żmien f'kwalunkwe Unit fejn, f'emerġenża, l-bżonn jeċċedi temporanjament il-provvista tar-rizorsi disponibbli. Skond il-policy tas-Seclusion Unit, pazjenti ma jinzammux f'kundizzjonijiet ta' seclusion iżjed milli hemm bżonn. Il-management m'għandu l-ebda ħsieb illi jiżdiedu n-numru ta' seclusion rooms fis-Secure Unit.
Leg 9 PQ #6834 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

MIA — Klinika

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-klinika ta' l-ajruport tal-Gudja fejn hemm ħames nurses, hemm erbgħa infermiera jaħdmu roster mod waqt li l-ħames wieħed jaħdem roster differenti? Għaliex ma jaħdmux fuq roster identika bħal dik ta' l-isptarijiet, jiġifieri DDNRO?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-klinika ta` l-ajruport tal-Gudja hemm erba` nfermiera jaħdmu fuq roster DNRO u ieħor jaħdem fuq roster DDNRO. Dan għaliex meta l-infermier ta` l-aħħar ġie trasferit mill-isptar Monte Carmeli għall-klinika ta` l-istess roster li kellu qabel jiġifieri DDNRO. Dan ġara għax meta d-Diviżjoni tas-Saħħa riedet li wieħed mill-infermiera jkun jaħdem bħala reliever biex ikopri l-vacation u sick leave ta` l-erba` l-oħra, l-Union konċernata oġġezzjonat. Għalhekk baqa` kulħadd kif kien. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, id-Diviżjoni ma tikseb l-ebda benefiċċju aktar milli hemm bħalissa jekk isir kif qed jiġi ssuġerit.
Leg 9 PQ #6824 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Sptar Monte Carmeli — Dħul/ħruġ

Question

Peress li d-dħul u l-ħruġ ta' l-Isptar Monte Carmeli huwa perikoluż ħafna u spiss jiġru nċidenti tat-traffiku, jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jiġi attwat il-pjan li hemm biex din il-problema tiġi solvuta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6825 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Main garden

Question

Peress li bi nhar fil-main garden ta' l-Isptar Monte Carmeli qed ikun mimli b'karozzi ta' ċerti mpjegati, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji jintużaw biex ċerti mpjegati jgawdu minn dan id-dritt u oħrajn le?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ispazju għall-parking ġewwa l-main garden ta' l-isptar Monte Carmeli huwa limitat. Għalhekk dawk l-impjegati li jilħqu post, jipparkjaw viċin il-main garden. meta dan il-post jimtela jipparkjaw fil-parking area li hemm barra l-bieb ta' l-isptar.
Leg 9 PQ #6828 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assistenti kapijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru assistenti kapijiet fi skejjel sekondarji mit-22 ta' Novembru, 1998 (minn meta skadiet il-lista ta' ordni tal-mertu ta' interviews li kienu saru fl-1996) sal-lum? Minn dawn l-assistenti kapijiet kemm minnhom kellhom l-approval wara t-22 ta' Novembru, 1998? Meta hu mistenni li l-promotions jingħataw lil dawk li għaddew mill-eżami skond kif ippubblikat fl-1 ta' Frar, 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mit-22 ta' Novembru 1999 'l hawn ġew appuntati seba' Assistenti Kapi fi Skejjel Sekondarji. Dawn ġew approvati fl-4 ta' Jannar 1999 iżda kienu ġew irrakkomandati qabel l-20 ta' Novembru 1998, jiġifieri qabel ma skada r-riżultat tas-sejħa għall-applikazzjonijiet li kienet ġiet ippublikata fit-12 ta' Ġunju 1995. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija wieħed irid ifakkar li kienet saret sejħa oħra għall-applikazzjonijiet ta' Assistent Kapi fl-Iskejjel Sekondarji jiġifieri fil-21 ta' Mejju 1998 u li rriżultat tagħha ġie ppublikat fid-29 ta' Jannar 1999. Min dan ir-riżultat ġew irrakomandati l-ewwel seba' skond l-ordni tal-mertu. Id-Diviżjoni qed tistenna t-tweġiba tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku qabel ma tagħmel il-ħatriet.
Leg 9 PQ #6829 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Injury on duty

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' injury on duty fl-Isptar Monte Carmeli fuq nurses, nursing aides u health assistants minn Settembru, 1998 sa l-24 ta' Diċembru, 1998 sala sala, u x'injury kellhom? Kemm kien hemm każi ta' injury on duty ta' nurses, Nursing Aides u Health Assistants mill-25 ta' Diċembru, 1998 sal-lum fl-istess sptar? F'dak il-każ ukoll, jista' l-Ministru jagħti l-lista mqassma sala sala, u x'injury kellhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minn Settembru sa l-24 ta' Diċembru ta' l-1998 kien hemm dawn l-injuries: Grade Ward Injury __________________________________________ _________________________ 1 Nurse MW2 Nasal Trauma 2 Nurse FW5A Septic Left finger 3 H/Aux FW5B Needle puncture right thigh Injury on duty ta' nurses, Nursing Aides u Health Assistants mill-25 ta' Diċembru, 1998 sal-lum fl-istess sptar kien hemm sebgħa: Grade Ward Injury __________________________________________ _________________________ 1 Nurse MW2 Abrasion right side face 2 Nurse MW2 Punch on nose 3 Nurse MW2 Abrasion right Elbow 4 Nurse FW7 Abdo-muscle strain 5 Nurse FW10 Cervical neuralgia 6 Nurse Ħal-Far Adult T/C Ligament sprain Grade Ward Injury __________________________________________ ________________________ 1 H.Ass Mess Oil in eye needing occlusion _______________________________________ ___________________________ 1 N/Aide nil nil
Leg 9 PQ #6830 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Kenniesa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kenniesa fl-Isptar Monte Carmeli biex jieħdu ħsieb it-tindif ta' toroq, passaġġi u btieħi ta' l-istess sptar? Jista' l-Ministru jieħu passi ħalli jitnaqqas il-ħmieġ li jeżisti f'dawn il-postijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Hemm sitta min-nies biex jieħdu ħsieb it-tindif ta' toroq, passaġġi u btieħi.
Leg 9 PQ #6831 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Sala 10

Question

Minn mindu suppost ingħalqet sala 10 ta' l-irġiel fl-Isptar Monte Carmeli fl-24 ta' Diċembru, 1998, jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa lill-gvern sa l-aħħar ta' April, 1999 fi ħlasijiet ta' overtime biex sala 10 tibqa' miftuħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kif għidt diversi drabi, Sala 10 ta' l-irġiel fl-Isptar Monte Karmeli, mill-24 ta' Diċembru 1998 'l quddiem ma baqgħetx tintuża għall-pazjenti psikjatriċi ta' l-Isptar. Baqgħet tintuża biss għal persuni mill-Faċilita' Korettiva ta' Kordin li jkollhom bżonn kura psikjatrika. Dan sar biex jiġu implimentati ir-rakkomandazzjonijiet internazzjonali. Għaldaqstant din is-Sala m'għandhiex staff complement fiss. Jintuża' l-overtime biex jingħata in-nursing care li jkun meħtieġ. L-ispiża f'overtime mill-24 ta' Diċembru 1998 sa l-aħħar ta' April 1999 laħqet Lm18,244.
Leg 9 PQ #6659 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Vetturi

Question

Fid-dikasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli inkluż is-segretarjat, jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jekk hu l-każ li nxtraw karozzi, x'tip huma, minn fejn inxtraw, kemm swiet kull karozza u minn min qed jintużaw?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mis-7 ta` Settembru 1998 sas-6 ta` Mejju 1999 fżdan id-dikasteru nxtrat karozza waħda (1) mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Din il-karozza Alfa 156 li qed tintuża minn Dr. Joseph Pace, President ta` din il-Fondazzjoni inxtrat minn għand U.C.I.M. u swiet Lm12,915.
Leg 9 PQ #6660 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Vetturi

Question

Fid-dikasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli inkluż is-segretarjat, jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew karozzi mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm inkrew karozzi, x'tip huma, minn fejn inkrew, kemm hi l-kirja fuq bażi ta' kull ġurnata u minn min qed jintużaw?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba hija skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #6661 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Impjegati

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6295, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet u l-I.D. Card No. tal-226 trasferimenti, minn fejn u għal liema post ġew trasferiti u l-ismijiet ta' l-164 impjegat li talbu li jiġu trasferiti huma stess?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mhix konsidrata ta` nteress pubbliku li jingħataw dettalji personali ta` mpjegati fis-Servizz Pubbliku li jiġu trasferiti. Jekk l-Onor. Interpellant għandu bżonn xi nformazzjoni dwar xi transfer partikolari, nitolbu jagħtini d-dettalji rikjesti.
Leg 9 PQ #6662 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar ġdid

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6294, jista' l-Ministru allura jagħti l-bed spacing area f'kull dipartiment?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-'bed spacing area' f'kull dipartiment hija hekk kif stipulata mill-'Health Planners' reposabbli mill-'Medical Brief'. Il-'Medical Brief' inħadem fuq normi internazzjonali.
Leg 9 PQ #6663 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Manpower plan

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6290, jista' l-Ministru jgħid x'żieda ta' postijiet kien hemm fil-manpower plan preżenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

M'għandix x'inżid mat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.6290.
Leg 9 PQ #6666 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Knee & Hip replacements

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 1999 sal-lum kemm saru elective knee u hip replacements? Jista' l-Ministru jagħti ġimgħa b'ġimgħa kemm saru minn dawn l-operazzjonijiet u minn min saru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-1 ta` Jannar sal-lum, saru: total knee replacements 29 total hip replacements 6 Id-dettalji mitluba huma dawn: Mr C. Apap Bologna 07.01.99 Total hip replacement 08.04.99 Total hip replacement 16.04.99 Total knee replacement 23.04.99 Total hip replacement 30.04.99 Total knee replacement 07.05.99 Total knee replacement Mr A. Bernard 07.01.99 Total knee replacement 14.01.99 Total knee replacement 08.04.99 Total hip replacement 15.04.99 Total knee replacement 15.04.99 Total knee replacement 29.04.99 Total knee replacement 29.04.99 Total hip replacement Mr C. Grixti 06.01.99 2 Total knee replacement 13.01.99 1 Total knee replacement 14.04.99 1 Total knee replacement 21.04.99 1 Total knee replacement 28.04.99 1 Total knee replacement 05.05.99 2 Total knee replacement Mr C. Sciberras 05.01.99 1 Total knee replacement 20.04.99 1 Total knee replacement 27.04.99 1 Total knee replacement 04.05.99 1 Total knee replacement Mr F. Zammit Maempel 11.01.99 2 Total knee replacement 12.04.99 2 Total knee replacement 19.04.99 2 Total knee replacement 26.04.99 1 Total hip replacement 26.04.99 1 Total knee replacement 03.05.99 2 Total knee replacement

Spazju ta' l-ajru Malti — Near air misses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm near air misses fl-ispazju ta' l-ajru Malti mill-ewwel ta' Marzu sal-lum? F'liema dati ġraw dawn l-inċidenti? Kemm minnhom ġew irrapportati lid-DCA bħala regolatur? X'investigazzjonijiet għamlet l-MIA? X'kienu r-riżultati ta' dawn l-investigazzjonijiet inkluż l-investigazzjoni li saret dwar l-air miss fl-24 ta' Diċembru, 1998?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma kienx hemm `air misses` irrapportati fl-ispazju ta` l-ajru ta` Malta mill-ewwel ta` Marzu sa llum. L-investigazzjoni ta` l-`air miss` ta` l-24 ta` Diċembru 1998 għadha ma ġietx konkluża.

Spazju ta' l-ajru Malti — Inċidenti ta' l-ajru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti ta' ajruplani li daħlu fl-ispazju ta' l-ajru Malti mingħajr permess kemm ilhom li bdew l-attakki minn NATO fuq il-Jugoslavja? Kien hemm permess għal xi ajruplani militari tan-NATO li jgħaddu mill-ispazju ta' l-ajru Malti tul il-perijodu msemmi? Kien hemm kuntatt bir-radju bejn kontrolluri Maltin u l-ajruplani li daħlu fl-ispazju ta' l-ajru Malti mingħajr permess? Jekk fl-affermattiv, ingħata servizz ta' kontroll lil dawn l-ajruplani mill-kontrolluri Maltin, jew ġewx challenged biex jidentifikaw ruħhom? X'kien ir-riżultat?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #6308 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Institute for Health Care — Infermiera

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 4611?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma' l-Institute of Health Care hemm jaħdmu, erbatax-il Staff Nurse Full time, Staff Nurse waħda Part time u Enrolled Nurse waħda Full time. Il-Full time Staff Nurse sekondati ma' l-Institute of Health Care kollha jaħmlu xogħol akkademiku. Il-Part time Staff Nurse tagħmel "Clinical duties". Il-Full time Enrolled Nurse tagħmel xogħol mhux akkademiku. L-Enrolled Nurse biss taħdem fuq bażi ta' shift. Il-Fattigi li huma sekondati biex jaħdmu l-Institute of Health Care jaħdmu fuq bażi ta' shift.
Leg 9 PQ #6309 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5219?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tul ix-xahar ta' Frar il-persuna msemmija kienet temporanjament 'posted' fil-Construction and Maintenance Department tal-Works Division. Il-ħinijiet tax-xogħol li jaħdem jintbagħatu lid-Dipartiment tas-Saħħa fuq firma ta' Uffiċċjal inkarigat.

Dipartimnent tal-Anzjani — CSA's

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu CSA's mad-dipartiment ta' l-anzjani mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Kemm kien hemm irġiel? Is-CSA's li daħlu mil-liema lokalita' ġew? Kemm hemm CSA's irġiel b'kollox?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni qegħda tinġabar u tingħata f'xi Seduta oħra. 5.5.99
Leg 9 PQ #6311 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sahra

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-isem, il-grad u n-numru ta' l-identita' ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li tul Frar, 1999 għamlu aktar minn Lm100 f'overtime? Kemm daħħlu flus f'overtime f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-imformazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.