Jista' l-Ministru jgħid x'inxtara mill-FMS b'sistema diretta, bi kwotazzjonijiet jew permess ta' tender mill-5 ta' Settembru sal-lum? Kemm kienet in-nefqa f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba tirrekjedi ħafna riżorsi u ħin biex tinġabar u l-F.M.S. ma għandhiex dawn ir-riżorsi, nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku fit-talba tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fl-iskin out-patients ta' l-Isptar Sir Paul Boffa? Min huma? X'inhu l-grad tagħhom? X'roster jaħdmu? Min minnhom qed jattendi xi kors? Dawk li jattendu xi kors, meta qed ikunu assenti mix-xogħol? F'dan l-aħħar xahar, min mill-impjegati f'dan id-dipartiment daħal jaħdem fil-ħdud u festi, meta fil-fatt out-patients m'hemmx? X'inhi r-raġuni li fl-out-patients ta' l-Isptar San Luqa l-impjegati ma jingħatawx l-istess opportunita' li jaħdmu fil-ħdud u festi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandna tmintax-il persuna (18) li jaħdmu ġewwa l-iskin out-patients ta' l-Isptar Sir Paul Boffa. L-ismijiet, il-gradi u r-roster tagħhom hija skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Hemm tlieta (3) mill-impjegati li qed jattendu xi kors u qed ikunu assenti kif ġej:
Mrs G.Sant kull nhar ta' Ħamis
Dr E.Borg kull nhar ta' Tlieta
Mrs C.Pevac kull nhar ta' Tlieta
F'dan l-aħħar xahar kien hemm ħamsa (5) mill-impjegati li daħlu jaħdmu fil-ħdud u festi li huma dawn:
Mrs G. Sant
Mrs C. Pevac
Mr C. Cassar
Mr J. Cutajar
Mrs M. Grech
(Dawn jagħmlu xogħol konness ma' HIV/AIDS)
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7052 ċioe' jista' jgħid kemm saru lectures lid-dijabetiċi bejn Marzu, 1998 u Marzu, 1999? Kemm pazjenti kienu mistiedna u kemm attendew għal kull sessjoni? Minn min saru dawn il-lectures u xi kwalifiki ta' tagħlim għandhom f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuni msemmija fil-lista li qed tintbagħat separatament, li jaħdmu fl-isptar Monte Carmeli ħadmu sigħat ta' overtime u kemm hu l-ammont dovut lilhom ta' overtime maħdum xahar b'xahar tul Diċembru 1998, Jannar, Frar, Marzu u April 1999?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' siegħat ta' overtime li ħadmu l-persuni msemmija u l-ammont dovut lilhom huwa kif ġej bl-ordni li ġew sottomessi:
Diċ '98 Jan '99
Sigħat Ammont Sigħat Ammont
Lm Lm
12 30.48 24 63.85
Nil Nil
Nil Nil
Nil Nil
Frar '99 Marzu '99 April '99
Sigħat Ammont Sigħat Ammont Sigħat Ammont
Lm Lm Lm
28 72.96 77 200.66 76 198.05
5.5 15.47 11 30.94 8 22.42
Nil 11 25.82 16 37.55
Nil Nil Nil
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħafna ħaddiema fl-isptar Monte Carmeli mhux qed jingħataw l-ammont dovut lilhom magħruf bħala r-ration ta' sapun, xugamani eċċ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni li għandu l-Onorevoli interpellant hija żbaljata. Dan peress li jien infurmat li r-records ta' l-istores juru li r-ration qiegħed joħroġ regolarment.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-pulizija dwar inċident li ġara nhar it-Tnejn 17 ta' Mejju, 1999 wara nofsinhar fl-isptar Sir Paul Boffa fejn impjegat ta' l-isptar ġie msawwat u saret ħsara lill-proprjeta' pubblika minn qraba ta' pazjent?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob l-Onor.Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi sabiex karozza mitluqa u abbandunata li hemm fi Triq il-Lanġas, Naxxar in-naħa li tagħti għal triq Sant'Antnin, Mosta li hija eye-sore titneħħa minn hemm?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-vettura li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġiet imneħħija.
26.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li diġa' tkissru xi bibien ġodda li saru fis-Seclusion Unit fil-Ward 2 ta' l-isptar Monte Carmeli? Veru li dawn qegħdin, jew kellhom jiġu nfurzati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fis-Secure Unit il-ġdid ġew introdotti diversi strutturi, miżuri u proċeduri ġodda. Kien hemm stħarriġ u konsultazzjoni qabel ma sar ix-xogħol, iżda mil-bidu kien previst li, xorta waħda, jkun hemm perjodu ta` tagħlim fejn ikun hemm bżonn ta` modifikazzjonijiet fid-dawl ta` l-esperjenza. Dawn il-modifikazzjonijiet issa saru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm legends ta' rosters differenti ta' nurses u nursing aides fl-isptar Monte Carmeli? Kemm hemm nurses u nursing aides li ma jaħdmux bil-lejl u x'inhi r-raġuni f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fl-isptar Monte Carmeli hemm 16 `Legends' ta' roster differenti ta' nurses u nursing aides.
Raġunijiet:
1. Fl-isptar Monte Carmeli hemm numru ta' Nurses u Nursing Aides li ġie
approvat lilhom li jaħdmu fuq roster ta' `night shift'. Minħabba f'hekk il-Management ma kienx kontra li 8 `full time' nurses/nursing aides u 4 part-timers (nurses) jaħdmu fuq `day shift' approvat.
2. Hemm 12 nurses/nursing aides li ma jaħdmux bil-lejl għar-raġunijiet
familjari/ mediċi, uħud fuq bażi temporanja.
3. Hemm żewġ nurses li jaħdmu s-Social Centre fuq roster ta' Day Shift.
4. Hemm ukoll 21 N.O.'s / D.N.O's li ma jaħdmux bil-lejl.
Jista' l-Ministru jgħid: (a) jekk l-operat ta' l-ajruport ta' Malta hux se jkun affettwat mill-1/2K; (b) jekk jistax jagħti garanzija li kemm f'Awissu li ġej, meta hu mistenni li jkun hemm effett fuq is-sistemi tas-satelliti u kif ukoll meta naqilbu għas-sena 2000 mhux se jkun hemm xi riskji li s-sistemi użati kemm fil-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru kif ukoll fis-sistemi tan-navigazzjoni u radors jieqfu ħesrem; u (ċ) x'passi ħadet u/jew qed tieħu l-MIA biex tassigura li dan ma jsirx?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew discharged pazjenti fl-isptar Monte Carmeli, ġimgħa b'ġimgħa mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum? Kemm ġew admitted pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli ġimgħa b'ġimgħa għall-istess perjodu? Kemm kien hemm re-admissions?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' pazjenti li mill-1 ta' Jannar 1999 sal-lum ġew 'admitted', 're-admitted' u 'discharged' fl-Isptar Monte Carmeli hu skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li pazjenti rġiel fl-Isptar Monte Carmeli li huma priġunieri jkollhom post adegwat għalihom fil-Male Ward 9 minflok fejn huma bħalissa fil-Male Ward 10?
Jikkonferma l-Ministru li hemm rapport ta' perit fejn jgħid li s-saqaf tas-sala numru 9 huwa kkundannat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed isir stħarriġ fuq il-bżonnijiet strutturali, riżorsi umani, struttura ta` tmexxija u finanzjar ta` Unit Forensiku. Diġa qed isiru laqgħat ta` livell għoli biex id-deċiżjonijiet meħtieġa jittieħdu. Għadu mhux deċiż liema sala ser tiġi utilizzata.
Ir-risposta għal l-aħħar parti tad-domanda hija fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jgħid: a) Minn min hu kompost il-Management Committee ta' l-isptar Monte Carmeli? b) Min huma l-membri ta' l-executive committee?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Hospital Management Team huwa kompost minn:
Chairperson: Dr Andrew Amato Gauci Department Health Policy
and Planning
Members: Mr Edward Borg Head of Accounts
Mr Joseph Borg Manager Nursing Services
Mr Joseph Busuttil Principal Occupational Therapist
Ms Jackie Mangion Senior Pharmacist
Prof Mark O'Callaghan Health Division-University of Malta
Dr Joseph R Saliba Director of Psychiatry
Mr Victor Saliba Head of Maintenance
Ms Louise Xerri Head Social Worker
Secretary: Mr Lino Callus Principal Officer
Il-Hospital Management Board huwa kompost minn:
Chairperson: Dr Joseph R Saliba Director of Psychiatry
Members: Mr Edward Borg Head of Accounts
Mr Joseph Borg Manager Nursing Services
Ms Mary Cachia Hospital Lay Administrator
Mr Victor Saliba Head of Maintenance
Secretary: Ms Sylvia Ebejer Principal Officer
Peress li fl-isptarijiet tal-gvern ċertu kategoriji ta' impjegati jiġu ntaxxati talli jieklu l-ikel offrut lilhom u li huma ntitolati għalih waqt il-ħin tax-xogħol, filwaqt li kategoriji oħra qed jieklu allavolja mhux intitolati u ma jiġux intaxxati, jista' l-Ministru jara li din l-anomalija tispiċċa darba għal dejjem?
X'passi se jieħu d-dipartiment tas-saħħa f'dan ir-rigward?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-ewwelnett nixtieq niċċara li l-impjegati li huma ntitolati għal l-ikel waqt il-ħin tax-xogħol tiżdiedilhom is-somma ta` Lm25 fis-sena mad-dħul lokali tagħhom meta tinħareġ il-P3.
Il-benefiċċju ta` l-ikel waqt il-ħin tax-xogħol kienu igawdu minnu biss dawk li kienu jaħdmu f'kuntatt kontinwu mal-morda. Maż-żmien żdiedu diversi kategoriji oħra.
Il-proposta tal-Onorevoli interpellant biex xi anomaliji li jista` jkun hemm jiġu mneħħija ser tiġi kkunsidrata.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji ħalli jiġu kkontrollati l-klieb u l-qtates li ta spiss ikunu qed jiġġerrew fl-isptar Monte Carmeli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-klieb kollha li kien hawn fil-grounds ta` l-isptar nqabdu u ttieħdu l-SPCA. Kull meta n-numru ta` qtates ġewwa l-isptar ikun kiber wisq, dawn jinqabdu u jittieħdu wkoll l-SPCA.
Jista' l-Ministru jgħid: a) kemm hemm impjegati direttament mal-MIA jaħdmu fit-Terminal Building tal-Gudja; b) kemm hemm ħaddiema mpjegati mas-sub-contractors tal-MIA jaħdmu fit-Terminal Building tal-Gudja; c) kemm hemm impjegati direttament mal-MIA jaħdmu fil-parti ta' l-Airfield ta' Ħal Luqa; d) kemm hemm ħaddiema mpjegati mas-sub-contractors tal-MIA jaħdmu fil-parti ta' l-Airfield ta' Ħal Luqa; e) x'inhuma s-snajja' u/jew ix-xogħol ta' l-impjegati mas-sub-contractors li jaħdmu fil-parti ta' l-Airfield?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid: a) jekk l-apparat u s-sistemi li jinsabu fit-Terminal Building tal-Gudja humiex kollha ċertifikati għall-"Y2K"; b) liema sistemi tat-Terminal Building tal-Gudja għandhom jiġu mibdula biex tiġi solvuta din il-problema? Kemm hi stmata li tkun l-ispiża; c) liema sistemi f'dan l-istess bini diġa' ġew upgraded biex ikunu kompatibbli għas-sena 2000; d) f'każ ta' (c) kemm kienet l-ispiża?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f`xi seduta oħra.