Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7806 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Out patients - Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-impjegati li jaħdmu fl-out patients ta' l-Isptar San Luqa jingħataw l-opportunita' li jaħdmu fuq bażi ta' roster, skond kif qed jaħdmu l-impjegati fl-out patients fl-Isptar Sir Paul Boffa skond ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7590?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #7807 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Naxxar — Vjal il-Labour - Ħajt

Question

Jista' d-dipartiment ex-xogħlijiet jieħu l-passi neċessarji ħalli jissewwa l-ħajt li hemm imwaqqa' fit-telgħa ta' Vjal il-Labour, Naxxar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali interessat.

Skejjel — Għalliema part-time

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-għalliema part-time humiex intitolati għal bonus? Jekk fl-affermattiv, x'sistema tintuża?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Avviż Legali Numru 61 tal-1996, ma jinkludix lill-bonus bħala wieħed mill-benefiċċji li għalihom huma intitolati pro rata il-ħaddiema li jaħdmu part time. Madankollu, għalliema f'impieg part time mal-Gvern jieħdu bonus pro rata. 17.6.99

MIA — Sistema tal-Y2K

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7094 ċioe' jista' jgħid jekk l-MIA ħatritx kumitat jew board fi ħdanha biex jara li l-ajruport u t-Terminal jibqgħu jaħdmu fil-bidu tas-sena d-dieħla minħabba l-millenium bug? Jekk fl-affermattiv, min huma l-membri tiegħu? Hemm xi konsulenti oħra barra l-impjegati tal-MIA li qegħdin jgħinu lill-MIA f'din il-problema? Jekk hemm konsulenti oħra, kemm se tkun l-ispiża ta' din il-konsulenza?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-M.I.A. ħatret kumitat fi ħdanha biex jara li l-ajruport u t-terminal jibqgħu jaħdmu fil-bidu tas-sena d-dieħla minħabba l-Y2K. Il-membri ta' dan il-kumitat huma kollha mpjegati ta' l-M.I.A. Il-Kumpanija appuntat ukoll konsulenti biex jgħinuha f'dan l-eżerċizzju.

MIA — Taxying Elective Guidance

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Taxying Elective Guidance fuq Park 9 hijiex qegħda fil-fatt tiffunzjona kif kien oriġinalment speċifikat fis-sejħa għall-offerti oriġinali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-sistema tat-Taxying Guidance Lights fuq Park 9, qegħda fil-fatt tiffunzjona bl-istess mod kif kienet ġiet mgħoddija lill-Malta International Airport plc, mingħand id-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili fl-ewwel ta' Mejju 1998. Din is-sistema kienet damet ma titħaddem għal ħafna snin wara li nxtrat. L-MIA qegħda tikkunsidra l-aħjar azzjoni li għandha tittieħed minħabba l-fatt li ssa partijiet minnha saret obsolete.

Ajruport — Operat

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7125 ċioe' jista' jgħid: a) jekk l-operat ta' l-ajruport ta' Malta huwiex se jkun affettwat mill-millenium bug; b) jekk jistax jagħti garanzija li kemm f'Awissu li ġej, meta hu mistenni li jkun hemm effett fuq is-sistemi tas-satelliti u kif ukoll meta naqilbu għas-sena 2000, mhux se jkun hemm xi riskji li s-sistemi wżati kemm fil-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru kif ukoll is-sistemi tan-navigazzjoni u radars, jieqfu ħesrem; c) x'passi ħadet u/jew qed tieħu l-MIA biex tassigura li dan ma jseħħx?

Response (BONNICI, JOSEF)

Waħda mill-ewwel affarijiet li għamel il-Bord tad-Diretturi preżenti kienet li appunta 'Working Group' fi ħdan il-Kumpanija biex jiġi assigurat li l-operat ta' l-ajruport ta' Malta ma jiġix affettwat mill-Y2K, kemm f'Awwissu kif ukoll meta naqilbu għas-sena 2000. Ix-xogħol meħtieġ biex jiġi assigurat bl-aħjar mod possibbli li s-sistemi kollha, li jinkludu s-sistemi wżati kemm fil-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru kif ukoll fis-sistemi tan-navigazzjoni u radars, ma jieqfux affettwati bil-problema tal-Y2K sar jew wasal biex jintemm.

Ajruport — Runway prinċipali

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7124 ċioe' jista' jgħid meta beħsiebu jirranġa s-subsidance li hemm fuq ir-runway prinċipali billi dan l-irranġar jidher li ġie abbandunat wara l-elezzjoni li għaddiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li din is-subsidance ilha preżenti iżjed minn għaxar snin. Il-flus meħtieġa biex tiġi rranġata s-subsidance li hemm fuq ir-runway prinċipali ġew approvati mill-Bord tad-Diretturi preżenti ta' l-M.I.A. f'Marzu ta' din is-sena. Kien ġie kkummissjonat survey ta' l-area mill-istess Board biex jiġi kwantifikat ix-xogħol meħtieġ. Fuq bażi tar-riżultat ta' dan is-survey, il-Kumpanija sejra titlob offerti biex isir ix-xogħol meħtieġ.

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Karozzi impressed

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7049 ċioe' jista' jgħid kemm iddaħlu karozzi impressed fid-dikasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Kemm karozzi impressed ġew trasferiti għad-dikasteru tiegħu minn dipartimenti oħra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum ma ddaħlux karozzi impressed ġodda mal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd u mad-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita' ta' l-istess Ministeru. Matul l-istess perjodu ġew trasferiti tliet karozzi impressed għad-dekasteru ta' dan il-Ministeru. Wieħed ġie trasferit mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, fil-waqt li t-tnejn l-oħra ġew trasferiti mill-Korporazzjoni Enemalta.
Leg 9 PQ #7600 Sitting 122 1999-06-15 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tal-Qroqq — Sptar ġdid

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7048 ċioe' b'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6901, jista' jgħid x'se jsir mill-ħaddiema tal-PMO fuq l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq, ladarba l-ftehim li hemm bejn l-MUS u l-FMS se jiġi tterminat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li meta jiġi tterminat il-ftehim bejn l-MUS u l-FMS, il-ħaddiema tal-PMO li ma jkollhomx xogħol alternattiv ser ikollhom l-impieg tagħhom tterminat skond il-provvedimenti legali.
Leg 9 PQ #7601 Sitting 122 1999-06-15 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Vakanzi għall-assistent kap

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mistennija li jkunu l-vakanzi għal assistent kap fl-iskejjel sekondarji sa nofs Settembru, 1998? Kemm għalliema mil-lista l-ġdida mistenni li jkunu promossi sa dak iż-żmien?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' vakanzi ta' Assistenti Kapijiet fl-iskejjel Sekondarji f'nofs Settembru 1999 mistenni jkun 6. L-Għalliema li jkunu promossi għal Assistent Kap ikun ekwivalenti għan-numru ta' vakanzi.

MIA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7092 ċioe' jista' jgħid: a) kemm hemm impjegati direttament mal-MIA jaħdmu fit-Terminal Building tal-Gudja; b) kemm hemm ħaddiema mpjegati mas-subcontractors tal-MIA jaħdmu fit-Terminal Building tal-Gudja; c) kemm hemm impjegati direttament mal-MIA jaħdmu fil-parti ta' l-Airfield ta' Ħal Luqa; d) kemm hemm ħaddiema mpjegati mas-subcontractors tal-MIA jaħdmu fil-parti ta' l-Airfield ta' Ħal Luqa; e) x'inhuma s-snajja' u/jew ix-xogħol ta' l-impjegati mas-subcontractors li jaħdmu fil-parti ta' l-Airfield?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li: a. Hemm 252 persuna mpjegata direttament ma' l-M.I.A. Terminal. b. In-numru ta' ħaddiema mpjegati mas-sub-contractors ta' l-M.I.A. u x-xogħol li jagħmlu jvarja skond iċ-ċirkostanzi. c. Hemm 496 impjegati jaħdmu ma' l-M.I.A. fil-parti ta' l-Airfield, li minnhom 111 jaħdmu fl-Air Traffic Control.

MIA — Apparat/sistemi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7093 ċioe' jista' jgħid: a) jekk l-apparat u s-sistemi li jinsabu fit-Terminal Building tal-Gudja humiex kollha ċċertifikati għall-Y2K; b) liema sistemi tat-Terminal Building tal-Gudja għandhom jiġu mibdula biex tiġi solvuta din il-problema; kemm hi stmata li tkun l-ispiża; c) liema sistemi f'dan l-istess bini diġa' ġew upgraded biex ikunu kompatibbli għas-sena 2000; d) fil-każ ta' (c) kemm kienet l-ispiża?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li: a. L-apparat u s-sistemi li jinsabu fit-Terminal Building tal-Gudja, li jaqgħu taħt ir-responsabbilta ta' l-M.I.A., ġew iċċekkjati kollha għall-Y2K. Dan l-apparat u sistemi ġew ċertifikati għall-Y2K kollha minbarra l-Building Management System u l-Access Control System. Ta' min jgħid li x-xogħol ta' upgrading għall-Y2K ta' dawn iż-żewġ sistemi mistenni li jkun lest fi żmien qasir. b. L-ebda sistema li taqa' taħt ir-responsabbilta' ta' l-M.I.A. ma għad trid tinbidel minħabba l-Y2K. c. Is-sistemi tat-Terminal Building tal-Gudja li jaqgħu taħt ir-responsa- bbilta' ta' l-M.I.A. li diġa' ġew upgraded biex ikunu kompatibbli għas- sena 2000 huma: Telephone Call Logging System, CCTV Recording System, Hand Recognition System u POS Novell Server. d. L-ispiża tax-xogħol imsemmi fil-paragrafu preċedenti kienet ta' madwar Lm7,000.

Luqa — Ċentru tal-Kontroll ta' l-Ajru

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7089 ċioe' peress li fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 5713 il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni ta wieħed x'jifhem li s-sistema tar-radar ġdid li kienet ġiet installata fiċ-ċentru l-ġdid tal-kontroll ta' l-ajru f'Ħal Luqa kienet mistennija li tibda topera f'Awissu 1998, jista' jgħid jekk din is-sistema fil-fatt toperax? Jekk fl-affermattiv, meta bdiet topera? Jekk fin-negattiv, x'inhuma r-raġunijiet li din mhijiex topera meta għaddew aktar minn sitt xhur meta kellha tibda topera? Meta hu ppjanat li din is-sistema tibda tintuża?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-sistema tar-radar il-ġdid li kienet ġiet installata fiċ-ċentru l-ġdid tal-kontroll ta' l-ajru f'Ħal-Luqa, taħdem iżda mhix topera kompletament. Dan minħabba kunsiderazzjonijiet ta' taħriġ, nuqqas ta' numru meħtieġ ta' kontrolluri u difetti fis-sistema u fl-apparat li wħud minnhom żviluppaw fil-perjodu tal-operational trials li saru fil-bidu tas-sena 1998. Din kienet sitwazzjoni li sab il-Bord tad-Diretturi preżenti fl-aħħar tas-sena 1998, u mill-ewwel bdiet tittieħed azzjoni biex dawn in-nuqqasijiet jiġu kkoreġuti fl-iqsar żmien possibbli. Huwa ppjanat li din is-sistema tiġi 'fully operational' qabel l-aħħar ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #7593 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Counselling għall-HIV/AIDS

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-persuna li kienet torganizza l-counselling għall-HIV/AIDS fid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa irriżenjatx minn mal-gvern? Jekk fl-affermattiv, meta rriżenjat? X'kienet ir-raġuni għal din ir-riżenja?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-individwu li kien jorganizza l-kampanji għal-HIV/AIDS fid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa rriżenja minn mal-Gvern fid-29 ta' Marzu 1999. Din il-persuna rreżenjat mingħajr ma tat raġuni. Jiena lest li nuri l-ittra tar-riżenja kunfidenzjalment lill-Onor. Interpellant jekk hu jixtieq li jikkonferma dan il-fatt.
Leg 9 PQ #7594 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Servizz ta' counselling

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li s-servizz li kien jingħata mid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa dwar counselling qabel l-ittestjar għall-HIV/AIDS m'għandux jingħata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-rispota tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #7595 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Hospital Surveillance Officer

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma d-duties tal-persuna, li isimha huwa anness separatament, li jaħdem bħala Hospital Surveillance Officer? X'roster jaħdem?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-persuna li qieghed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għandha grad ta' supervisor. Din il-persuna kienet ġiet trasferita taħt l-amministrazzjoni preċedenti barra mid-Dipartiment għall-Impjant tar-Reċiklaġġ. Illum reġghet qegħda tagħmel xogħolha ġewwa SLH, u s-servizzi tagħha qegħdin jintużaw skond l-eżiġenzi ta' superviżjoni.
Leg 9 PQ #7596 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Security guards

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li f'ċerti postijiet iddaħħal ix-shift ta' night on/night off għas-security guards? Liema huma l-postijiet? Min huma l-Hospital Surveillance Officers li qed jaħdmu dan ix-shift, x'inhi l-ID card number tagħhom u minn liema lokalita' ġejjin? Għaliex waqt il-ħin tax-xogħol jaħdmu pajżana?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-sistema tax-shift night in, night out qed titħaddem biss f'Ta'Qali Medical Stores. Is-Security Guards li qed jaħdmu dan ix-shift huma: Attard Carmelo ID 411753M Mosta Attard Mario ID 642361M Naxxar Galea Victor ID 130754M Zurrieq Borg John Mary ID 330949M Mosta Kull meta saret spezzjoni f'Ta'Qali Medical Stores, is-Security Guards imsemmija, dejjem kienu lebsin l-uniformi. Meta saru l-postings tas-Security Guards, kollha ġew infurmati li ser jinbidlilhom il-posting tagħhom kull sena.
Leg 9 PQ #7597 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Sptar Sir Paul Boffa — Inċident

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-pulizija dwar inċident li ġara nhar it-Tnejn 17 ta' Mejju, 1999 wara nofsinhar fl-Isptar Sir Paul Boffa fejn impjegat ta' l-isptar ġie msawwat u saret ħsara lill-proprjeta' pubblika minn qraba ta' pazjent?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-persuna nvoluta fl-inċident li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, ser tkun akkużata quddiem il-Qorti.
Leg 9 PQ #7587 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Kwotazzjonijiet/offerti

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kwotazzjonijiet jew tenders saru mill-5 ta' Settembru sal-lum u li għadhom għaddejjin fil-proċess normali tagħhom? Għal liema servizzi jew prodotti qegħdin isiru l-kwotazzjonijiet u/jew tenders? Liema minn dawn il-każi qed jiġu mmaniġjati mid-direttur tal-kuntratti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinvolvi ħafna xogħol sabiex tinġabar u d-Dipartiment ma jistax jaħli riżorsi umani għal dan l-iskop. Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi każ partikolari f'moħħu, hu mitlub li jidentifikah u d-Dipartiment ikun jista jinvestigah.