Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8473 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

FMS — Tibdil fl-istruttura ta' l-isptar f'Tal-Qroqq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet saru lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, jew f'isimha, għal tibdil fl-istruttura ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Liema minnhom ġew milqugħa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-applikazzjonijiet li saru lil-Awtorita ta` l-Ippjanar għall-Proġett ta` l-Isptar il-Ġdid mis-7 ta` Settembru 1998 sal-llum huma kif skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Dawn l-applikazzjonijiet qed jiġu kkonsidrati mill-Awtorita ta` l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #8845 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Tal-Qroqq - Sptar il-ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm s'issa hemm sulari approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal Blokk D fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq? Meta kienu approvati dawn il-pjanti mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Saru xi talbiet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal estensjoni ta' iżjed sulari fi Blokk D? Meta saru? Ġew approvati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għall-iżvilupp tal-isptar il-ġdid, PA 3717/94, ġiet approvata mill-Awtorita` tal-Ippjanar, fit-28 ta' Lulju 1994. Il-Blokk D in kwestjoni ġie approvat fuq erba` sulari 'l fuq mill-livell tal-art. Fis-sena 1998, ġiet sottomessa applikazzjoni PA 135/98, għal żieda ta' żewġ sulari fuq il-Blokk in kwestjoni. L-Awtorita` ta' l-Ippjanar approvat żieda ta' sular wieħed fuq dan il-Blokk, fid-29 ta' Jannar 1998. Għalhekk il-Blokk D, preżentament, huwa approvat għal ħames sulari 'l fuq mill-livell ta' l-art ta' madwaru.
Leg 9 PQ #8846 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Tal-Qroqq - sptar ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm s'issa hemm sulari approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal Blokk B fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq? Meta kienu approvati dawn il-pjanti mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Saru xi talbiet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal estensjoni ta' iżjed sulari fi Blokk B? Meta saru? Ġew approvati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għall-iżvilupp tal-isptar il-ġdid, PA 3717/94, ġiet approvata mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar, fit-28 ta' Lulju 1994. Il-Blokk B in kwestjoni ġie approvat fuq żewġ sulari 'l fuq mill-livell tal-art. Ninsab infurmat ukoll li fit-28 ta' Mejju 1999, ġiet sottomessa applikazzjoni, PA 2744/99, għal żjieda ta' sular ieħor fuq il-Blokk in kwestjoni. Din l-applikazzjoni qegħda tiġi pproċessata mill-Awtorita`.
Leg 9 PQ #8847 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentri/istituzzjonijiet ta' tagħlim

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn stabbilimenti li għandhom liċenzja biex joperaw bħala ċentri jew istituzzjonijiet ta' tagħlim (apparti skejjel tal-knisja) u f'isem min huma reġistrati? Kemm hawn minn dawn imsemmija li għadhom jistennew il-liċenzja? Min huma? Meta applikaw? Għal liema raġuni l-applikazzjoni ta' dawn għadha pendenti? Jista' xi ħadd mill-applikanti jopera waqt li qiegħed jistenna l-liċenzja? Jekk fin-negattiv, x'passi ttieħdu jew se jittieħdu jekk dawn joperaw bla liċenzja?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #8442 Sitting 132 1999-07-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Out-patients - Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jirrisponda l-mistoqsija parlamentari numru 7806?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma hemm l-ebda ħsieb jew raġuni li jinbidel ir-roster tal-impjegati li jaħdmu fid-Dipartiment ta' l-Out-Patients fl-Isptar San Luqa.
Leg 9 PQ #8444 Sitting 132 1999-07-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ssptar Monte Carmeli — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jirrispsondi l-mistoqsija parlamentari numru 7589?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni dwar kemm intbagħtu pazjenti għal X-Ray ġimgħa b'ġimgħa fl-aħħar sena mill-Isptar Monte Carmeli hi skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #8446 Sitting 132 1999-07-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Dijabetiċi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7591?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant huwa kif ġej: Sessjonijiet ta' Gruppi Numru Data ta'bidu Numru ta'nies mistiedna Numru li attendew ________________________________________ _________________________ 1 7 Marzu 1998 57 18 2 7 Mejju 1998 56 13 3 17 Settembru 1998 57 10 4 20 Jannar 1999 55 33 ______________________________________________ ___________________ Is-Sessjonijiet 1,2,3 ħadu parti fihom dawn l-individwi: Mr Joe Sant Deputy Nursing Officer Mr G. Xuereb Dietitian Mrs P. Camilleri u Mrs C. Delicata Gobey Podologists Is-Sessjoni 4 ħadu parti fihom dawn l-individwi: Dr J. Azzopardi Konsulent Mrs Moira Grixti Deputy Nursing Officer Mr J. Sammut Dietician Mrs P. Camilleri u Mrs C. Delicata Gobey Podologists Ta' min jinnota li fir-raba sessjoni il-proporzjon ta' nies li attendew kien it-tripplu ta' dak ta' qabel minħabba sforzi aħjar li qegħed isiru biex jitħajru iktar nies jattendu. Sessjonijiet fuq bażi individwali. __________________________________ Kull pazjent li jiżviluppa id-dijabete ta' Tip 1 jiġi struwit fuq bażi ndividwali flimkien mal-familja tiegħu fuq id-dijabete. 41 persuna bbenifikaw minn dan is-servizz f'dan iż-żmien. Ta' min jinnota li hemm kooperazzjoni sħiħa bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Għaqda Maltija kontra d-Dijabete f'dik li hi edukazzjoni tal-pazjenti. Din ta' l-aħħar torganizza sessjoni edukattiva għall-membri tagħha darba fix-xahar. L-individwi li jikkontribwixxu għal dawn is-sessjonijiet ta' tagħlim huma fil-biċċa kbira tagħhom impjegati li jaħdmu fil-klinika tad-dijabete. L-Għaqda toħroġ ukoll magażin edukattiv li għandu ċirkulazzjoni ta' 900. Diversi membri tad-dipartiment jieħdu sehem regolari fuq programmi edukattivi li jixxandru fuq il-mezzi tax-xandir.
Leg 9 PQ #8436 Sitting 131 1999-07-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Mosta — Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li appuntament għal vista ta' l-għajnejn fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta huwa ta' madwar ħames xhur?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nikkonferma illi l-appuntament għal vista ta' l-għajnejn fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta huwa ta' madwar sitt xhur. Dan irriżulta minħabba n-nuqqas ta' optometrists li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Kura Primarja. Dawn naqsu minħabba riżenji u mard u ma kienx possibli li jiġu sostitwiti u bħalissa għandna biss Optometrist waħda li tagħmel tlett sessions fil-ġimgħa u żewġ Optometrists part-time li bejniethom jagħmlu tlett sessions oħra fil-ġimgħa biex ikopru iċ-Ċentri tas-Saħħa kollha.
Leg 9 PQ #8437 Sitting 131 1999-07-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Tal-Qroqq - Sptar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet saru fl-aħħar disa' xhur għal tibdil fl-istruttura ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq? Liema minnhom ġew approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #8438 Sitting 131 1999-07-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Tal-Qroqq - Sptar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm permessi ta' għoli ta' sulari fil-Blokk C fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Mill-pjanti oriġinali meta ħarġu l-ewwel permessi, kien hemm permessi oħra għal żieda fis-sulari fi Blokk C? Jekk fl-affermattiv, meta ħarġu l-permessi għal żieda fis-sulari fi Blokk C?

Response (BORG, TONIO)

L-għoli approvat fuq il-blokk C ivarja minn sular għal żewġ sulari. L-applikazzjoni għal dan il-permess PA 5115/93 ġiet approvata fit-28 ta' Marzu, 1994. Fuq dan il-blokk in kwestjoni ma nħariġx l-ebda permess ieħor għal żieda fis-sulari.
Leg 9 PQ #8439 Sitting 131 1999-07-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Art Studio

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitwaqqaf art studio fl-Universita' ta' Malta ħalli l-istudenti ta' l-arts fl-Universita' jkollhom fejn jipprattikaw l-arti u mhux kif qed jiġri bħalissa fejn isibu biss il-qalb ġeneruża tal-lecturers li jieħdu lill-istudenti fl-istudios tagħhom jew f'xi skola privata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-korsijiet fl-arti fl-Universita` huma indirizzati lejn studju akkademiku fl-Istorja u fl-Apprezzament ta' l-Arti viżiva aktar milli lejn taħriġ fl-arti prattika. Dawn il-korsijiet iwasslu għal gradi ta' Baċillerat, Masters u Dottorat u huma organizzati mill-Art Unit fi ħdan il-Fakulta` ta' l-Arkitettura. Korsijiet limitati fl-Arti prattika huma organizzati mill-Art Unit għall-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni u huma indirizzati għal 'student teachers'. Huma f'dawn il-korsijiet li tinqala' l-ħtieġa li l-istudenti jżuru studios ta' artisti stabbiliti għat-taħriġ neċessarju. Għalkemm it-twaqqif ta' studio fuq il-Campus huwa desiderabbli iżda hemm prioritajiet oħrajn.

Gozo Channel — No Smoking - Avviż

Question

Jista' l-Ministru jgħid it-tħabbira ta' l-avviż "No Smoking" fuq il-vapuri tal-Gozo Channel kemm ġiet tiswa? Lil min isir il-ħlas? Isir xi ħlas għal kull darba li ssir din it-tħabbira fuq il-vapuri tal-Gozo Channel? Lil min jitħallsu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-tħabbira msemmija fuq il-vapuri tal-Gozo Channel kienet audio recorded b'lingwi differenti u saret fl-1993. Ix-xogħol fuq dan ir-recording, li kien jinkludi żewġ tapes, ġie jiswa Lm120 u l-pagament sar lill-independence Print. Ma jsir l-ebda ħlas kull darba li ssir it-tħabbira peress li din hija rrekordjata.
Leg 9 PQ #8441 Sitting 131 1999-07-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

B'Kara — Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nurses, nursing aides u health assistants li jaħdmu fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Birkirkara u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-nurses, nursing aides u health assistants li jaħdmu fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' B'Kara huma: 1. Joseph Galea, Nursing Officer li jaħdem roster B (7.00am - 6.00pm), B, off. Is-Sur Galea huwa i/c mill-Amministrazzjoni taċ-Ċentru tas-Saħħa. 2. Joseph Sacco, Health Assistant, li jaħdem roster A (7.00am - 8.00pm), off, A, off. Dan jagħmel reception duties u tindif tal-post. 3. Health Assistant miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta bir-roster jaħdem/tahdem fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' B'Kara mit-8.00am sal-11.00am fl-off ta' Joseph Sacco u jagħmel/tagħmel reception duties. 4. Staff Nurse, Mrs Said, tassisti lit-tabib fil-klinika kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00am u l-11.00am. Background Info: Mario Saliba, Hospital Auxiliary, jaħdem fis-Sezzjoni tal-Podoloġija waqt il-ħin tal-ftuħ tal-klinika mit-Tnejn sas-Sibt. George Pace, Hospital Auxiliary, jaħdem fl-ispiżerija taċ-Ċentru tas-Saħħa mit-Tnejn sas-Sibt waqt il-ħinijiet tal-ftuħ (7.30am - 2.30pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa, u s-Sibt mis-7.30pm sas-1.00pm).
Leg 9 PQ #8430 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi — Spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jagħti analisi ta' l-ispejjeż sena b'sena mill-1 ta' Jannar, 1993 sa Ottubru 1996 fil-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għal: (1) secretarial fees (apparti impjegati fulltime tal-FMS); (2) consultancy fees; (3) professional fees; (4) public relations? Min kienu l-persuni jew kumpanniji jew assoċjazzjonijiet li ħadu xi forma ta' ħlas taħt kull sezzjoni? Kemm kien il-ħlas għal kull persuna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qiegħda tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #8431 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, mill-1 ta' Jannar sal-lum, tatx xogħol lill-individwi għal xogħol segretarjali, konsulenza, professjonali jew ta' public relations lill-indiviwi li mhux impjegati jew għandhom kuntratt ma' l-istess fondazzjoni? Jekk fl-affermattiv, min kienu? X'xogħol ġie offrut lilhom? X'kien il-ħlas tax-xogħol li sar f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ix-xogħol li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi tat lill-individwu mill-ewwel ta` Jannar sa llum hu kif ġej: Individwu Isem Ammont Tip ta` Kumpanija (Lm) xogħol __________________________________________________ _ Professional ITS Limited 40.00 Sage Support Services Nobel Mantrich 994.00 ISO 9002 Cert. Public Relations Marika Fsadni 150.00 Promotional Brochure and New Corporate Image
Leg 9 PQ #8432 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Kunsill tas-Saħħa

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri preżenti tal-Kunsill tas-Saħħa f'Għawdex u l-ID Card number tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant rigward il-membri preżenti tal-Kunsill tas-Saħħa f'Għawdex hija mogħtija hawn taħt: Isem Numru tal-Karta tal-Identita' Chairman - Il-Professur Maurice N Cauchi 80436(G) D/Chairman - Is-Sur Paul Buttigieg 26366(G) Segretarju - Is-Sur Emanuel Grech 79650(G) Membri - It-Tabib Salvino Galea MD 43632(G) Is-Sur Saviour Sciberras 83040(G) It-Tabib Patrick Sciberras MD 20864(G) It-Tabib Teddy George Farrugia MD 69551(G) Is-Sur Anastasio Degiorgio 32357(M) Is-Sur Louis Attard 94546(G) Is-Sur Noel Formosa 30671(G) Is-Sur Joe Xuereb 375985(M)
Leg 9 PQ #8433 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Fondazzjoni tas-Servizzi Mediċi — Membri tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'pagi, allowance u benefiċċji oħra qed jiġu offruti lil kull membru preżenti tal-bord tal-Fondazzjoni tas-Servizzi Mediċi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Skond l-istatut eżistenti tal-F.M.S. il-membri ma jirċevux rinumerazzjoni. Għalhekk ma ġewx offruti l-ebda pagi, allowance u benefiċċji oħra lill-membri tal-Bord tal-Fondazzjoni tas-Servizzi Mediċi.
Leg 9 PQ #8434 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru li għalih huwa responsabbli, mill-1 ta' Mejju, 1999 sal-lum? X'tip huma? Kemm ġew jiswew? Għal użu ta' min inxtraw?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' karozzi ġodda li nxtraw mill-1 ta' Mejju 1999 sal-lum huwa kif ġej: ________________________________________ _________________________ Dept. Kemm inxtraw X'tip Kemm ġew Għall-użu ta' karozzi ġodda huma jiswew min inxtraw mill-1/5/99 sal-lum ________________________________________________ _________________ F.M.S. 2 Fiat Brava LM14,960 Impjegati ġodda: 1.9 TD SX Dr Kenneth Grech Perit Martin Attard Montalto ________________________________________________ _________________ Diviżjoni tas-Saħħa 1 KIA Klarus LM7669 Direttur Generali ________________________________________ _________________________
Leg 9 PQ #8435 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Trade fair grounds

Question

X'xogħol sar mill-privat fl-istand tas-saħħa fit-trade fair grounds bi preparazzjoni għat-Trade Fair Internazzjonali li qed issir bħalissa? F'kull każ kemm ġiet tiswa l-provvista ta' dan ix-xogħol?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.