Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10924 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul ix-xahar ta' Ottubru 1999 min mill-impjegati fl-Isptar Monte Carmeli ngħata l-faċilita' li juża t-trasport tad-dipartiment minn u lejn id-dar? F'kull każ, kemm-il darba ngħata din il-faċilita' tul Ottubru 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-posizzjoni fix-xahar t' Ottubru 1999 kienet l-istess bħal dik mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari Numru 10074.
Leg 9 PQ #10074 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-Isptar Monte Carmeli min hu ntitolat biex jiġi provdut bi trasport mid-dar għax-xogħol u lura d-dar? Min fil-każ qed jingħata din il-faċilita' apparti dawk fir-risposta għall-ewwel parti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ħadd ma hu intitolat pero` għal raġunijiet ovvji u bħal ma jiġri fi sptarijiet oħra, fl-Isptar Monte Karmeli ġieli tinqala` s-sitwazzjoni fejn persuni li jagħmlu parti mill-management ikun aħjar li jingħataw trasport tad-dipartiment. Ġieli kellna każi iżolati fejn karozzi privati ġew vandalizzati. Bħalissa din il-faċilta` qed tingħata lill-Head, Finance and Administration. Hemm persuna oħra li għandha dmirijiet ta` natura klerikali li qiegħda titwassal id-dar wara x-xogħol. Din il-persuna għandha diżabilita` temporanja u qed tuża walking frame biex timxi. Fil-għodu titwassal għax-xogħol mil-familjari u wara nofsinhar titwassal lura d-dar bit-trasport ta` l-Isptar. Dan il-każ huwa għal kollox ġustifikabbli kemm mil-lat umanitarju, kif ukoll mil-lat ta` rijabilitazzjoni tal-persuna konċernata.
Leg 9 PQ #10795 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Hospital Surveillance Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija li ssir ir-rotation tal-Hospital Surveillance Officers, kollha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-rotation tas-Security Guards hija mistennija li ssir fil-bidu ta` Jannar 2000.

UE — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min kienet iffurmata kull delegazzzjoni li telgħet għal proċess ta' screening mal-Unjoni Ewropea? Meta telgħet kull delegazzjoni? Kemm kienet l-ispiża ta' kull delegazzjoni? Individwalment, xi ħlasijiet jew benefiċċji oħra saru lil kull membru tad-delegazzjonijiet talli attendew għal proċess ta'screening barra minn Malta?

Response (BORG, JOE)

Għar-rigward tal-ewwel tlett mistoqsijiet magħmula mill-Onorevoli Interpellant nirreferih għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 10785. Għar-rigward tar-raba mistoqsija, dan il-Ministeru ma` għamel ebda ħlasijiet u ma` ta l-ebda benefiċċji oħra lill-membri tad-delegazzjonijiet li attendew għal proċess ta` screening mħallsa minnu. Rigward Ministeri oħra, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeri konċernati.
Leg 9 PQ #10142 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Waste ta' l-isptarijiet

Question

Billi l-Ministru fl-aħħar ġimgħat semma l-użu tal-microwave bħala metodu li se jiddaħħal għat-trattament tal-waste ta'l-isptarijiet, jista' jgħid: (1) Din is-sistema hijiex intiża bħala t-trattament aħħari tal-hospital waste jew jekk hux parti minn proċess ieħor ta' trattament? (2) Jekk se jintuża bħala trattament aħħari fejn mistenni jintrema' l-prodott finali? (3) Liema sptarijiet kbar madwar id-dinja jużaw is-sistema tal-microwave bħala trattament finali? (4) Is-cytotoxics se jiġu pproċessati fis-sistema tal-microwave? (5) Mistenni li jkun hemm effluents fl-arja, jekk fl-affermattiv, kif se jiġu ttrattati? (6) Din is-sistema ta' microwave titlob ammont ta' ilma biex titħaddem? Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-volum kuljum? (7) Partijiet mill-iġsma se jingħaddu mill-istess proċess? Huwa etikament korrett li tintuża din is-sistema jekk il-prodott finali se jintrema' f'xi miżbla? 8) Kemm mistennija tkun l-ispiża rikorrenti biex titħaddem b'mod effiċjenti din is-sistema? 9) Għaliex intgħażlet din is-sistema meta f'pajjiżi Ewropej jużaw sistemi aktar effiċjenti u irħas biex jintrema' l-hospital waste?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-sistema tal-microwave hija intiża sabiex tipproċessa skart kliniku li jista jkun mikrobijoloġikament ikkontaminat u permezz ta' disinfettazzjoni termika jġibu fi stat li ma jkun ta' ebda periklu infettiv. Għaldaqstant il-proċess huwa wieħed aħħari fis-sens li skart kliniku wara li jiġi pproċessat jkun jistaż jista'jiġi mormi f'miżbla mingħajr ebda perikolu ambjentali. Is-sistema tal-microwave ġiet żviluppata ġewwa l-Istati Uniti sabiex tikkonforma mal-leġislazzjoni iebsa ta' `waste management' ta' dan il-pajjiż u tintuża f'madwar 50 faċilitajiet differenti mxerdin madwar il-pajjiż kollu. Dawn is-sistemi qed jinxterdu b'mod mgħaġġel f'pajjiżi oħrajn nkluż il-Ġappun u l-Ewropa fejn anke ġiet mogħtija is-`CE mark'. Is-sistema ma tipproduċix effluents fl-ambjent tant li ġewwa l-Ingilterra għaddiet mit-testijiet kollha tad-`Department of Environmental and Consumer Services, Enfield'. Il-volum tal-ilma li hemm bżonn huwa minimu. Ma hijiex l-intenzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa li appendiġi umani wara operazzjonijiet jgħaddu minn dan il-proċess u dawn ser ikomplu jiġu midfuna ġewwa ċimiterju. Is-sistema tal-microwave ma ipproċessax skart farmaċewtiku u ta' cytotoxics li madanakollu jikkostitwixxu anqas minn wieħed fil-mija tal-iskart domestiku. Sistemi alternattivi ta' proċessar ser jiġu żviluppati għal dan it-tip ta' skart. L-għażla ta' din is-sistema ġiet ibbażata fuq is-`safety record' ambjentali ta' dawn is-sistemi u l-ispejjeż kapitali u rikorrenti li, kontra l-impressjoni tal-onorevoli membru, huma ferm anqas mis-sistemi tradizzjonali tal-`incineration' jew `autoclaving' użati f'pajjiż Ewropej tant li numru ta' faċilitajiet fejn l-inċineraturi qed jitneħħew minħabba eta' jew riskju ambjentali qegħdin jaqilbu għall-microwave. Jekk l-Onor. interpellant huwa konvint li f'pajjiżi Ewropej jużaw sistemi kif jintrema l-`Hospital Waste' b'mod iktar effiċjenti u irħas, nitolbuh jikkomunikahom lid-Dipartiment.
Leg 9 PQ #10136 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx konsulenti fil-kirurġija, mediċina, pedjatrija, ginekoloġija, obstetrija u patoloġija jew f'xi sub-speciality f'dawn id-dipartimenti li għandhom concession li ma jaħdmux is-Sibt ħlief meta jmisshom għassa ta' 24 siegħa, jew li l-ġranet li normalment jaħdmu ma jinkludix is-Sibt ħlief meta jkunu għassa? Min huma? X'inhuma r-raġunijiet li s-Sibt ma jaħdmux? X'inhuma l-ħinijiet li normalment suppost jaħdmu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #10137 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-impjegati b'kuntratt definit jew indefinit li qed jaħdmu llum mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' kull wieħed minnhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Sabiex il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi tkun f'pożizzjoni li taqdi l-missjoni fdata lilha bis-serjeta', ingħatat il-fiat sabiex issaħħaħ in-nuqqasijiet li kienu ilhom jinħassu fl-istruttura organizzattiva. Għal dan il-għan ġew impjegati numru ta' professjonisti u oħrajn, skond il-kuntratti li se jitpoġġew f'seduta oħra fuq il-Mejda tal-Kamra. L-`organisational chart' (li tista' tinbidel skond l-esiġenzi tas-servizzi), u l-lista sħiħa ta' impjegati wkoll se jitpoġġew f' seduta oħra fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #10138 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx impjegati ħaddiema fl-Isptar Zammit Clapp mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, f'liema grad ġew impjegati u kemm ħaddiema ġew impjegati? Kemm minnhom ġew imħaddma fulltime jew part-time? Qabel ġew imħaddma xi ħaddiema, deher xi avviż fuq il-Gazzetta tal-Gvern jew f'xi ġurnal lokali jew fuq xi forma oħra ta' media? Jekk fl-affermattiv, fejn u meta deher jew instema' l-avviż? Xi proċeduri ntużaw dwar l-għażla ta' dawn il-ħaddiema? Jekk saru l-interviews, minn min saru? Fl-Isptar Zammit Clapp x'inhi l-proċedura li qed tintuża fl-għażla ta' ħaddiema minn barra? X'inhu l-isem u l-ID card ta' dawk il-ħaddiema li mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-lum ġew impjegati fl-Isptar Zammit Clapp?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mis-7 ta' Settembru 1998 sa llum ġew impjegati disgħa u għoxrin (29) ħaddiem kif jidher fuq il-lista mehmuża li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Sitta u għoxrin ħaddiem ġew impjegati fuq bażi part-time u tlieta fuq bażi full-time. Avviżi għal dawn il-postijiet dehru skond il-lista li wkoll qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-ħaddiema intgħażlu b'intervista minn Bord nominat mill-`Hospital Management Committee'. Il-proċedura li qed tintuża fl-għażla hija hekk: L-ETC tiġi mitluba għal lista ta' kandidati biex jiġu intervistati minn bord maħtur apposta. Jekk ħadd mill-kandidati ma jikkwalifika, l-ETC tintalab permess sabiex issir sejħa fil-ġurnali. L-isem u l-ID Card tal-impjegati huma dawk kif jidhru fil-lista annessa.

Impjiegi — Sptar Zammit Clapp

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il tabla saret lill-ETC biex jiġu ngaġġati ħaddiema fl-iSptar Zammit Clapp mill-FMS jew mill-bord ta' tmexxija jew mill-management ta' l-isptar imsemmi? Jekk fl-affermattiv, meta saru dawn it-talbiet u għal-liema gradi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika il-perjodu taż-żmien li qed jirreferi għalih.
Leg 9 PQ #10140 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Sptar San Luqa — Waste Speċjali

Question

Billi l-Ministru tas-Saħħa semma s-sistema ra' microwave għall-Isptar San Luqa, kif se taffetwa din id-deċiżjoni tal-waste tal-biċċerija u ta' l-ajruport li kienu ġew identifikati bħala waste speċjali li jenħtieġ trattament speċifiku? X'inhuma l-pjanijiet tal-gvern f'dan is-settur?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Minħabba n-natura ta' l-iskart tal-biċċerija u dak ta' l-ajruport, jidher li jkun aktar għaqli li dan l-iskart jiġi trattat separatament minn dak ta' l-isptar. Deċiżjoni dwar l-immaniġġjar ta' l-iskart tal-biċċerija u dak ta' l-ajruport għad trid tittieħed.
Leg 9 PQ #10141 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Saħħa — Hospital waste

Question

Jista'l-Ministru jgħid jekk il-policy li d-Dipartiment tas-Saħħa se juża s-sistema ta' microwave għall-hospital waste, hijiex skond ir-riżultat tal-Waste Subject Plan ikkummissjonat lil Aspinol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ir-rapport ikkummissjonat lil Aspinwall isemmi l-microwaving bħala waħda mis-sistemi li jistgħu jintużaw fil-każ ta' skart mill-isptarijiet.

Impjiegi — Ħaddiema bis-sensja

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7598?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-lokalitajiet ta' dawk li ġew issensjati bejn Ottubru 1998 u Marzu 1999. M'hix prattika tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ li tippublika l-ismijiet ta' ażjendi privati li jkunu tterminaw xi mpjegati.
Leg 9 PQ #10070 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid: 1) meta hu jew individwi fis-segretarjat tiegħu siefru fuq xogħol uffiċjali; 2) fejn marru barra minn Malta; 3) x'kienet ir-raġuni tas-safra; 4) min ħallas għal kull safra; 5) ma' min iltaqgħu b'mod uffiċjali; 6) x'riżultati jew ftehim saru f'dawn is-safriet; u 7) minn min kienet tifforma kull delegazzjoni

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #10071 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum, il-Permanent Secretary kif ukoll kull direttur fid-dipartiment tas-Saħħa: 1) kemm-il darba siefru fuq xogħol uffiċjali; 2) fejn siefru; 3) x'kienet ir-raġuni tas-safra; 4) min ħallas għal kull safra; 5) ma' min iltaqgħu b'mod uffiċjali; 6) x'riżultati jew ftehim saru f'dawn is-safriet; u 7) minn min kienet ifformata kull delegazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #10072 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżeriżi tal-Gvern — Mediċini

Question

Peress li l-pilloli Vitamin B complex fl-ispiżeriji tal-gvern ilhom out of stock għal xhur sħaħ, jista' l-Ministru jgħid meta mistenni li dawn il-vitamini jinxtraw ħalli l-pazjenti jinqdew?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment għandu kuntratt għax-xiri ta` li jiskadi fit-8 ta` Ottubru 1999. Reċentement, ġejna nfurmati mill-kuntrattur li t-talba tagħna biex jissuplixxina b'konsenja ta` din il-vitamina ma tistax tiġi milqugħa minħabba li l-prodott ma kienx aktar manifatturat mid-ditta konċernata. Għalhekk id-dipartiment mill-ewwel ħa l-passi neċessarji biex jipprova jixtri din il-mediċina b'mod ieħor. Iżda l-ebda offerta li ġiet mitfugħa ma` kienet skond l-ispeċifikazzjonijiet. Konsegwentament, id-Dipartiment bħal issa għandu nuqqas ta` din il-vitamina. Proprju llum ġejna nfurmati mill-kuntrattur li sab sors alternattiv u għalhekk hu previst li din il-vitamina għandha tkun f'idejna fi ftit ġranet oħra.
Leg 9 PQ #10073 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pharmacy technicians

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pharmacy technicians jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa? Id-Dipartiment tas-Saħħa kemm għandu bżonn ta' individwi biex jagħmlu xogħol ta' storekeeping u procurement fil-medical stores? F'kull każ xi grad irid ikollhom? X'inhuma l-pjanijiet tal-gvern rigward min jista' jiddispensa l-mediċini fl-ispiżeriji tal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru totali ta` impjegati fil-gradi ta` Pharmacy Technician, Senior Pharmacy Technician u Principal Technician huma 93. Id-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtici tal-Gvern bħal issa għaddej b'taħdidiet mal-Pharmacy Technicians biex tiġi stabbilita struttura ġdida għalihom. Il-pjanijiet tal-gvern huma bbażati fuq il-liġi Maltija (simili għall-Liġijiet Internazzjonali).
Leg 9 PQ #10074 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-Isptar Monte Carmeli min hu ntitolat biex jiġi provdut bi trasport mid-dar għax-xogħol u lura d-dar? Min fil-każ qed jingħata din il-faċilita' apparti dawk fir-risposta għall-ewwel parti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għal din il-mistoqsija qiegħda tinġabar, għalhekk ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8932 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Vettura

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn meta nxtrat il-karozza F.M.S. 100, kemm intnefqu flus f'petrol xahar b'xahar sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Karozza FMS (100) inxtrat fl- 20 ta` Mejju 1997. In-nefqa tal-petrol xahar b'xahar hija skond kif ġej: DATE AMOUNT MONTHLY TOTAL in LM in LM _____________________________________________ 23rd May 1997 10.00 10.00 10th June 1997 5.00 20th June 1997 5.00 10.00 1st July 1997 10.00 10th July 1997 5.00 15.00 10th Sep 1997 7.00 18th Sep 1998 10.00 24th Sep 1998 10.00 27.00 2nd Oct 1998 10.70 23rd Oct 1998 8.00 18.70 9th Nov 1998 8.00 17th Nov 1998 8.00 23rd Nov 1998 5.00 27th Nov 1998 8.00 29.00 4th Dec 1998 9.00 15th Dec 1998 8.00 19th Dec 1998 10.55 28th Dec 1998 14.00 41.55 4th Jan 1999 11.00 7th Jan 1999 7.00 12th Jan 1999 9.00 27.00 5th April 1999 7.00 9th April 1999 10.00 28th April 1999 10.00 27.00 7th May 1999 10.00 14th May 1999 7.00 20th May 1999 7.00 24.00 2nd June 1999 10.00 19th June 1999 5.00 21st June 1999 6.00 23rd June 1999 5.00 25th June 1999 7.00 33.00 3rd July 1999 10.00 15th July 1999 10.00 20.00
Leg 9 PQ #8933 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid min jagħmel użu mill-karozza JAB342 u kemm intnefqu f'petrol xahar b'xahar mill-1 ta' Ottubru, 1998 sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li n-nefqa tal-petrol mill-karozza JAB 342 mill-1 ta` Ottubru 1998 sa llum kienet kif ġej: 1998 Ottubru 23.50 Novembru 35.25 Diċembru 49.04 1999 Jannar 42.00 Frar 57.75 Marzu 56.88 April 70.00 Mejju 56.75 Ġunju 51.31 Rigward min qed juża` din il-karozza, li hija it-tieni karozza tal-Ministru, nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li kien ta l-Prim Ministru għad-domanda numru 5477 li kien għamillu hu stess.
Leg 9 PQ #9051 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Towing ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-karozza JAB 342 ġiet ittowjata nhar il-Ħadd 11 ta' Lulju, 1999? Jista' jikkonferma li l-imsemmija karozza ġiet rilaxxata l-Ħadd stess? Jista' jikkonferma li ma sarx ħlas tal-multa qabel il-karozza ġiet rilaxxata? Jista' jikkonferma li sa nofsinhar tal-lum it-Tlieta 13 ta' Lulju, 1999 il-multa kienet għadha ma tħallsitx? Jekk fl-affermattiv, x'passi se jittieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-karozza li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġiet irmunkata fil-11 ta' Lulju 1999 u ġiet rilaxxata wara li sar magħruf li din kienet tappartjeni lill-Dipartiment tal-Gvern. Infurmat ukoll li l-multa tħallset nhar l-14 ta' Lulju 1999 fuq irċevuta numru 137916.