Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11372 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Apparati industrijali tat-tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kwotazzjonijiet għal xiri ta' apparat industrijali tat-tindif fl-isptarijiet? F'kull każ, minn min saru l-kwotazzjonijiet? Kemm kien il-valur ta' kull kwotazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L -informazzjoni qiegħda tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #11373 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Trattament ta' skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li żaru faċilitajiet ta' trattament bil-microwave ta' skart ta' l-isptarijiet barra minn Malta? Meta marru jaraw dan il-faċilitajiet? Min ħallas għal din iż-żjara barra minn Malta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Iż-żjara msemmija kienet parti minn fact finding mission tad-Dipartiment tas-Saħħa bi preparazzjoni għat-tibdiliet meħtieġa fis-sistema ta` clinical waste management li hemm bżonn li jiġu attwati lokalment sabiex jintlaħaq livell konformi ma` dawk fl-isptarijiet Ewropej. Iż-żjara saret f'Mejju li għadda mill-Infection Control Officer tad-Dipartiment kif ukoll mill-Ispettur sanitarju responsabbli mill-iskart kliniku. L-ispejjeż taż-żjara tħallsu mid-Diviżjoni tas-Saħħa. Tul iż-żjara saru laqgħat mad-Direttur tal-Hospital Infection Division tal-PHLS u diriġenti ta` waste management fl-isptarijiet Royal Brompton u Chase Farm Hospital ta` Londra. Id-delagazzjoni rat ukoll il-faċilita` ta` microwave waste disinfection ġewwa Enfield.
Leg 9 PQ #11461 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

FMSS — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' ħlas għal hospitality li sar mill-FMSS għas-sena 1995? Meta saret kull attivita'? Kemm kien l-infiq f'kull każ? Fejn saret kull attivita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ammont ta` ħlas għal hospitality fis-sena 1995 kien kif ġej:- 24-05-95 The Carriage Restaurant 53.17 16-06-95 Ponte Vecchio Restaurant 25.60 01-09-95 Villa Arrigo Ltd. 24.88 13-09-95 Ta` Grabiel Restaurant 54.70 13-09-95 The Arches 75.55 20-11-95 The Carriage 37.80 04-05-95 Petty Cash Various 13.17 --------- 284.87 ---------
Leg 9 PQ #11363 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fis-settur kollu tas-saħħa li fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena bejn Jannar 1999 u l-aħħar ta' Ottubru, 1999 qalgħu bejn paga, allowances, bonus u overtime bejn: Lm 8,000 - Lm 9,000 Lm 9,000 - Lm10,000 Lm10,000 - Lm11,000 aktar minn Lm11,000? Jista' l-Ministru jgħid f'kull każ x'kien il-grad ta' dawn il-ħaddiema?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #11364 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Health assistants

Question

Billi fid-Dipartiment tas-Saħħa, hemm health assistants li għandhom iċ-ċertifikat ta' nursing aides u li ma kkwalifikawx biex jieħdu l-promozzjoni skond l-arranġamenti miftiehma mal-unions jew wara sejħa fil-gazzetta tal-gvern, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li joħorġu applikazzjonijiet ta' promozzjonijiet għal nursing aides?

Response (DEGUARA, LOUIS)

M'hemmx ħsieb li joħorġu applikazzjonijiet ta` promozzjonijiet għal Nursing Aides peress li skond il-manpower plan preżenti il-kompliment intlaħaq.
Leg 9 PQ #11365 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Health promotion officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkomplu jsiru l-interviews għal Health Promotion Officers? Minn min hu nformat il-bord ta' l-interviews għal dan il-grad?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #11366 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Hospital Administrator

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu l-impjegat li qed jagħmel ix-xogħol ta' Hospital Administrator fl-iSptar Monte Carmeli? Xi ħlas extra u/jew benefiċċji qed jieħu dan l-impjegat tax-xogħol li qed jagħmel bħala administrator? Jekk fl-affermattiv, mil-liema vot qed isir il-ħlas?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-persuna li qed tagħmel ix-xogħol ta` Head of Finance and Administration ġewwa l-Isptar Monte Carmeli hi s-Sur Edward Borg. Ta` dan ix-xogħol din il-persuna mhix tieħu ħlas extra, iżda ġiet mogħtija l-awtorita` biex tuża karozza tad-Dipartiment.
Leg 9 PQ #11367 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Xiri ta' karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru kollu tas-saħħa? X'kienet l-għamla u t-tip ta' karozza u kemm kienet tiswa f'kull każ? Sa l-aħħar tas-sena kemm mistennija li jinxtraw aktar karozzi ġodda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema perjodu qed jirreferi.
Leg 9 PQ #11368 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Xiri ta' lift vans

Question

Jista' l-Ministru jgħid mil-liema kumpannija nxtraw il-lift vans li nxtraw second hand ikkondizzjonati aktar kmieni din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-'lift vans' li nxtraw aktar kmieni din is-sena nxtraw mingħand ASSCO GROUP LTD Yorkshire Palace 15 Argyle Street Kings Cross London WCIH 8EA UK Dawn inxtraw għas-somma ta' LM54,015.54 biex jitħaddmu minflok it-3 'lift vans' mikrija b'direct order u li kienu jiswew LM66 kuljum bejniethom. In-nefqa għal dawn il-'lift vans' minn meta nbdew jinkrew sakemm twaqqfu fit-28 ta' Mejju 1999 laħqet is-somma ta' LM45,166.70.
Leg 9 PQ #11092 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ser jesgħu karozzi l-faċilitajiet għall-parkeġġ ta' karozzi fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq? Kemm minn dawn il-parkeġġi huma għall-impjegati? Min se imexxi dawn il-parkeġġi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-faċilitajiet għall-parkeġġ ta` jesgħa 2020 karozza. 1162 minnhom huma għall-impjegati. Madanakollu dan huwa in-numru minimu u nkunu f`pożizzjoni li nagħtu aktar dettalji meta joħorġu ir-riżultati tat-Traffic Impact Assessment u jiġu ffinilizati d-diskussjonijiet mall-Planning Authority. Għadu prematur biex wieħed jiddeċiedi dwar it-tmexxija ta` dawn il-parkeġġi.
Leg 9 PQ #11093 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jiġi jiswa l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Dan huwa stadju ta` analiżi u diskussjoni u għalhekk huwa prematur li wieħed jagħti stima ta` kemm ser jiġi jiswa l-Isptar il-Ġdid f`tal-Qroqq.
Leg 9 PQ #11086 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi — Sptar il-Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta'l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq li ġew ippreżentati fl-aħħar jiem lill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-pjanti li ġew preżentati huma voluminużi (madwar 1,000 pjanta) u għadhom qed jiġu ikkunsidrati mit-tim tekniku tal-Fondazzjoni għas-servizzi Mediċi qabel ma jiġu approvati.
Leg 9 PQ #11087 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq kemm se jkun hemm sodod għall-pazjenti? Kemm minn dawn is-sodod huma day beds?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-ewwel fażi tal-proġett huwa ippjanat li jkun hemm madwar 650 sodda għall-`inpatients` `day beds`. In-numru finali ta` sodod akunti jiġu determinat iktar il-quddiem wara li jintemmu ir-riformi fis-settur ta` l-isptarijiet.
Leg 9 PQ #11088 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun hemm assenjati sodod lil kull speċjalita' u sub-speċjalita' individwalment fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq? F'kull każ, l-ammont tas-sodod ivarja mir-rapport ippreparat mill-Hospital Planners SDC, taħt l-amministrazzjoni Laburista preċedenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Għadu kmieni biex jiġi deċiż kif ser jkunu assenjati is-sodod lil kull speċjalita fl-isptar il-ġdid. Wara l-proċess ta` verifika u riforma li beda fl-isptar San Luqa, inkunu f`pożizjoni aħjar li niddeterminaw b`ċertezza l-allokazzjoni tas-sodod.
Leg 9 PQ #11089 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern preżenti hux ser jimxi fuq il-pjani tal-Gvern Laburista preċedenti biex l-infrastruttura ta' barra mill-foot print preżenti fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq jingħata wara sejħa ġdida għat-tenders?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Gvern preżenti qed jimxi fuq il-Memorandunm of Understandingiffirmat ma Skanska Malta J.V. f`Diċembru 1998.
Leg 9 PQ #11090 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jitlesta l-bini ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq? Meta mistenni li dan l-isptar ikun jista' jilqa' l-ewwel pazjenti fih? Kemm hu mistenni li jdum il-proċess kollu tat-trasferiment tax-xogħol kollu li jsir fl-Isptar San Luqa għall-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-bini ta` l-ewwel fażi ta` dan il-proġett hu mistenni li jkun lest fis-sena 2003, fejn l-ewwel pazjenti jintlaqghu minnufih. It-trasferiment tas-servizzi fl-ewwel fażi tal-proġett għandu jdum madwar sentejn.
Leg 9 PQ #11091 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema partijiet ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq mhux se jkun hemm arja kondizzjonata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-partijiet fl-Isptar il-Ġdid li mhux ser ikollhom arja kondizzjonata huwa kif imniżżel fid-dokument hawnhekk mehmuz. Madanakollu wieħed irid jinnota li dawn l-areas ser ikollhom il-ventilazzjoni neċessarja skond l-ASHREA standards. Dan ifisser li minkejja in-nuqqas ta` arja kondizzjonata f`dawn l-areas, l-atmosfera ser tkun xorta waħda komda.
Leg 9 PQ #10921 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Billi mhux l-ewwel darba li fil-Parlament f'din il-leġislatura tħabbar id-dħul ta' impjegati fid-Dipartiment tas-Saħħa, inkluż il-paga, allowances u overtime ta' individwi, jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar mill-1 ta'Ottubru, 1998 sa l-aħħar ta' Settembru 1999, min huma l-impjegati, l-ID Card u l-grad tagħhom fid-Dipartiment tas-Saħħa li f'xi xahar qalgħu aktar minn Lm100 overtime? F'kull każ kemm kien il-valur f'termini ta' flus ta' dan l-overtime?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tiġi miġbura u minħabba l-kunfidenzjalita sejra titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fil-format tas-soltu f`xi seduta oħra. Id-dettalji kif mitluba mill-Onor. membru sejrin jiġu mgħoddija lilu b`mod kunfidenzjali meta dawn jinġabru.
Leg 9 PQ #10922 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ħarġitx allowances minn Settembru 1998 sal-lum lil x'impjegati li jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministeru tas-Saħħa? Jekk fl-affermattiv, min huma dawn l-impjegati, il-grad tagħhom, kemm hu l-ammont ta' l-allowance, għal-liema raġuni f'kull każ toħroġ jew ħarġet din l-allowance?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bejn Settembru 1998 u illum il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ma ħarġet l-ebda allowance lill xi impjegati fid-dikasteru tal-Ministru tas-Saħħa ħlief lill-impjegati ta` l-istess Fondazzjoni, kif stipulat fil-kuntratti rispettivi tagħhom. Dawn il-kuntratti ġew impoġġija fuq il-mejda tal-kamra ma tweġiba għal-mistoqsija parlamentari numru 10137.
Leg 9 PQ #10923 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Secure Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid, ġurnata b'ġurnata mill-1 ta' Mejju, 1999 sa l-aħħar ta' Ottubru 1999, kemm kien hemm pazjenti fis-secure unit ta' l-Isptar Monte Carmeli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' pazjenti li kien hemm fis-`Secure Unit' tal-isptar Monte Carmeli ġurnata b'ġurnata mill-1 ta' Mejju, 1999 sa l-aħħar ta' Ottubru, 1999 huma kif jidher fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.