Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-funtana li hemm fil-bitħa tal-Male Ward 2 ta' l-Isptar Monte Carmeli ilha abbandunata minn meta ġie inawgurat is-secure unit ta' l-istess sptar? Għaliex din il-funtana tinsab bla ilma u qed tiġi kkaġunata ħsara, minkejja l-ispiża li kienet saret biex issewwiet? Kemm kienet in-nefqa biex il-funtana reġgħet bdiet taħdem iktar kmieni din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninfurmak li l-informazzjoni għada qegħda tinġabar u t-tweġiba tingħata aktar tard.
Jista' l-Ministru jgħid fl-Isptar Monte Carmeli kemm hemm swali li għandhom l-arja kondizzjonata? Fl-istess sptar kemm hemm uffiċini li għandhom l-arja kondizzjonata? Meta hemm il-ħsieb li swali fl-isptar Monte Carmeli jkollhom l-arja kondizzjonata?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għada qed tinġabar. Risposta tingħata f`seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jkomplu jsiru l-interviews għall-health promotion officer? Minn min hu ffurmat il-bord ta' l-interviewers għal dan il-grad?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ġejt infurmat mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku li l-interviews għal ħatra ta' Health Promotion Officers saru u r-rapport tal-Bord ta' l-Għażla qed jiġi kkunsidrat.
Ma nħossx li hija etika f'dan l-istadju li nagħti nformazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Bord ta' l-Għażla.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda minn Diċembru 1998 sal-lum fid-dekasteru kollu tas-saħħa? X'kienet l-għamla u t-tip ta' karozza u kemm kienet tiswa f'kull każ? Sa l-aħħar tas-sena, kemm mistennija li jinxtraw aktar karozzi ġodda?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-dettalji li talab l-Onorevoli Interpellant huma skond it-tabella ta` hawn taħt:
Kemm inxtraw Għamla u tip
karozzi ġodda Prezz
Ministeru Xejn -
Servizzi Farmaċewtiċi Xejn -
tal-Gvern
Diviżjoni tas-Saħħa 1 Kia Klarus - LM7669
1 Mazda 323 - LM6884
Foundation for 1 Alfa Romeo 156 CBF 715
Medical Services (Exc. VAT) - LM12,915
1 Fiat Brava 1.9TD SEX FBJ807
(Exc. VAT) - LM7480
1 Fiat Brava 1.9TD SEX FBL216
(Exc. VAT) - LM7480
Sptar Zammit Clapp Xejn -
Kummissjoni Nazzjonali Xejn -
għas-Saħħa Mentali
--------------------------------
TOTAL 5
--------------------------------
Sa l-aħħar tas-sena mistennija li tinxtara karozza oħra mill-FMS.
Sptar Monte Carmeli — Settur forensiku - Speċjalisti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar 14-il xahar ġewx speċjalisti minn barra minn Malta ħalli jagħtu pariri dwar is-settur forensiku u swali oħra fl-Isptar Monte Carmeli? Jekk fl-affermattiv, min huma dawn l-ispeċjalisti? Xi kwalifiki għandhom? Xi ħlasijiet saru s'issa lil dawn l-ispeċjalisti? Jekk hemm xi kuntratt ma' dawn l-ispeċjalisti, jista' l-Ministru jpoġġi l-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm pazjenti fl-aħħar xahar, ġurnata b'ġurnata, ġew trasferiti bil-lejl mill-Male Ward 2 għal sala oħra fl-Isptar Monte Carmeli għax ma kellhomx sodod fejn jorqdu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kumpens se jingħata infermier li jaħdem f'San Vinċenz de Paule wara l-ħsara li saret fil-karozza tiegħu bi tfigħ ta' paint remover fil-car park tar-residenza San Vincenz (it-tieni każ fl-aħħar għaxar snin) fit-22 ta' Novembru, 1999 waqt li kien fuq il-post tax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Huwa veru li fit-22 ta' Novembru 1999 sar tfigħ ta' "paint remover" fuq karozza ta' impjegat li jaħdem San Vinċenz de Paule. Sar rapport lill-uffiċċjal tas-sigurta' u anke l-għassa ta' Ħal Luqa. M'hemm l-ebda ħsieb li dan l-impjegat jingħata xi kumpens.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-inventarju ta' l-uffiċini tas-segretarjat tal-Ministeru tas-Saħħa f'Casa Leone u f'Palazzo Castellania skond kif kienu fis-6 ta' Settembru, 1999?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' ħlas tal-hospitality li saret mill-FMSS għas-sena 1996?
Meta saret kull attivita'? Kemm kien l-infiq f'kull każ? Fejn saret kull attivita'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-ammont ta` ħlas għal hospitality fis-sena 1996 kien kif ġej:-
15-01-96 The Arches 159.15
24-01-96 Elia Borg Bonaci Ltd. 197.67
30-01-96 Il-Parapett 62.15
26-06-96 Villa Arrigo Snacks 31.00
17-08-96 Lo Squero 237.85
30-09-96 Ponte Vecchio Restaurant 75.65
30-09-96 Madliena Cottage 112.15
30-09-96 Ta` Maria Restaurant 29.15
----------
904.77
----------
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' ħlas għal hospitality li sar mill-FMSS jew mill-MFS għas-sena 1997?
Meta saret kull attivita'? Kemm kien l-infiq f'kull każ? Fejn saret kull attivita'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-ammont ta` ħlas għal hospitality fis-sena 1997 kien kif ġej:-
12-02-97 The Carriage Restaurant 30.10
10-03-97 Baruffo Restaurant 67.95
26-03-97 Ponte Vecchio Restaurant 23.95
01-07-97 Palio's Restaurant 33.75
10-07-97 Wedding Gift - Secretary 259.75
08-10-97 Madliena Cottage 120.25
26-11-97 M4 Shopping Centre 26.50
19-12-97 R & J Confectionery 242.00
19-12-97 R & J Confectionery 241.00
22-12-97 Corinthia San Gorg 45.70
----------
1090.95
----------
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' ħlas għal hospitality li sar mill-FMS għas-sena 1998? Meta saret kull attivita'? Kemm kien l-infiq f'kull każ? Fejn saret kull attivita'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-ammont ta` ħlas għal hospitality fis-sena 1998 kien kif ġej:-
20-02-98 Tulip Restaurant 50.85
16-03-98 Porto Del Sol 22.35
15-04-98 Il Formaio 2.60
09-06-98 Porto Del Sol 24.60
18-06-98 Corinthia Palace Ricksaw Restaurant 102.35
18-06-98 Corinthia Palace Caprice Bar 9.45
29-07-98 Palio's Restaurant 57.35
29-08-98 San Gorg Corinthia 57.00
06-11-98 Porto Palo 33.00
10-11-98 Porto Palo 43.00
20-11-98 Porto Del Sol 26.10
23-12-98 Gillieru Restaurant 103.40
25-12-98 St.Lucija 250.00
25-12-98 St.Lucija 200.00
----------
982.05
----------
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' ħlas għal hospitality li sar mill-FMS għall-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena? Meta saret kull attivita'? Kemm kien l-infiq f'kull każ? Fejn saret kull attivita'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-ammont ta` ħlas għal hospitality għall-ewwel għaxar xhur ta` l-1999 huwa kif ġej:-
02-02-99 Alstadt Restaurant 40.00
01-04-99 Santa Lucija Confectionery 160.43
24-04-99 Madliena Cottage 44.83
20-07-99 Terra Nuova Restaurant 21.74
31-07-99 Copperfield 115.20
31-07-99 La Dolce Vita St.Julians 111.74
31-07-99 Biagis Restaurant 76.20
31-07-99 Cafe Maroush 29.72
02-08-99 Nostalgia 104.35
07-08-99 Mellieħa Bay 394.48
12-08-99 Porto Palo 52.17
12-08-99 Barracuda Restaurant 52.17
13-08-99 Il Fornaio 4.04
23-08-99 Neriku 83.00
30-08-99 Giuseppi's Restaurant 72.22
31-08-99 Madliena Cottage 56.52
-----------
1418.81
-----------
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet n-nefqa mill-FMS f'kartolini għal Milied u f'post għalihom għal Milied ta' 1997 u ta' l-1998?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Din kienet in-nefqa fżkartolini u pustaġġ għas-snin 1997 u 1998.
1997 1998
------ ------
Spiża għax-xiri 36.00 36.00
Spiża għal stampar adizzjonali 23.00 12.49
Spiża Postali 7.66 15.00
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mill-FMSS u l-FMS sena b'sena mit-twaqqif tagħhom? X'tip u x'għamla huma f'kull każ? Kemm kienet in-nefqa f'kull każ? Kemm mistennija jinxtraw karozzi oħra sa l-aħħar tas-sena u kemm hemm vot f'kull każ? Kemm hemm karozzi li huma ordnati u li l-FMS qed tistenna li jingħataw lilha mill-aġent?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dawn huma l-karozzi li nxtraw mill-FMSS u l-FMS sena b'sena mit-twaqqif
tagħhom.
LM
-----------
22-12-93 Toyota Carina TFC 530 6269.75
22-12-93 Toyota Corolla TFC 529 6042.75
20-05-97 Rover 414 FMS 100 10,065.00
07-04-99 Alfa Romeo 156 CBF 751 (Exc. VAT) 12,915
20-07-99 Fiat Brava 1.9 TD SEX FBJ 807 (Exc. VAT) 7480
20-07-99 Fiat Brava 1.9 TD SEX FBL 216 (Exc. VAT) 7480
-----------
50,252.50
-----------
Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għandha l-ħsieb li tixtri karozza oħra sa l-aħħar tas-sena. Il-vot għad irid jiġi determinat.
Sa issa l-Fondazzjoni ma ordnat l-ebda karozza u għaldaqstant ma hiex tistenna karozzi mingħand aġenti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx ambulanzi għad-Dipartiment tas-Saħħa fl-aħħar ġimgħat?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn humiex ġodda jew second hand?
Kemm swew dawn l-ambulanzi?
Mil-liema kumpannija nxtraw l-ambulanzi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dan l-aħħar inxtraw sitt ambulanzi 'second hand' għad-Dipartiment tas-Saħħa.
Dawn li swew Stg 87000 inxtraw mingħand
ASSCO GROUP LTD
Yorkshire Palace 15
Argyle Street
Kings Cross
London WCIH 8EA
UK
Ġie deċiż li d-Diviżjoni tieħu dan il-pass minħabba l-bżonn urġenti li jinbidlu l-ambulanzi li kien hemm li kien ilhom mill-1981 u li kienu qdiemu ħafna.
Dawn se jservu sakemm jinxtraw il-ġodda.
Jista' l-Ministru jikkonferma li ħaddiem mill-iSptar Monte Carmeli nqabad jisraq is-cement mill-istess sptar?
X'passi ttieħdu f'dan il-każ? Kienu nvoluti l-pulizija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-Awtoritajiet ma rċevew ebda rapport li kien hawn xi serq ta` cement mill-Isptar Monte Carmeli.
Billi riċentement fil-ġurnali kien allegat li ħaddiem fid-Dipartiment tas-Saħħa ħa flus biex jirranġa transfer ta' persuna oħra fid-Dipartiment tas-Saħħa, jista' l-Ministru jgħid jekk xi ħadd minn dawn l-impjegati ġiex sospiż mix-xogħol?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li m'hemm ħadd sospiż mix-xogħol rigward il-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant.
Ngħarraf l-Onor. Interpellant li l-każ ġie mgħoddi mill-ewwel f'idejn il-Pulizija għall-investigazzjonijiet neċessarji. Il-prassi hi li jittieħdu aktar passi skond il-ħtieġa malli jiġi iffinalizzat r-rapport tal-Pulizija u jintbagħat lid-Dipartiment.