Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12094 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Hospital Auxiliaries

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fil-grad ta' Hospital Auxiliaries li mhux qed jaħdmu fid-dekasteru tas-saħħa u tas-social policy?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' Hospital Auxiliaries li jaħdmu f'dipartimenti barra l-Ministeri tas-Saħħa u tal-Politika Soċjali huwa ta' wieħed u għoxrin (21).

Impjiegi — Hospital Auxiliaries

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fil-grad ta' Hospital Auxiliaries fid-dekasteru tiegħu u li mhux qed jagħmlu xogħol ta' tindif ta' sptarijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-Ministeru għall-Politika Soċjali hemm 109 Hospital Auxiliaries li huma maqsumin kif ġej: RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAULE 97 li minnhom 44 ma jagħmlux xogħol ta' tindif ta' sptarijiet. DIPARTIMENT GĦALL-ĦARSIEN TA' L-ANZJANI (ESKLUŻ SVPR) 7 li minnhom 4 ma jagħmlux xogħol ta' tindif ta' sptarijiet. Il-5 l-oħra ma jagħmlux xogħol ta' tindif ta' sptarijiet u jinsabu kif ġej: Wieħed fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari; Wieħed fil-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'; Wieħed fl-'Adult Training Centre' ta' Marsascala; Wieħed fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali; u Wieħed fid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja.
Leg 9 PQ #11994 Sitting 207 1999-12-14 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sptar San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru mid-dipartiment tas-saħħa dwar artikolu li deher nhar il-Ħadd 5 ta' Diċembru 1999, f'paġna 2 dwar kadavru li ma ġiex aċċettat fl-isptar San Luqa u dak deskritt bħala abbuż fl-għoti ta' injezzjonijiet fuq kadavri?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #11995 Sitting 207 1999-12-14 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Karozzi uffiċjali — Multi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-multi għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku minn karozzi uffiċjali tas-segretarjati tal-ministeru jew segretarji parlamentari jħallashomx l-individwu mill-vot tal-ministeru jew segretarju parlamentari jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħthom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li mhix il-policy li multi għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku minn karozzi uffiċjali tas-segretarjati jitħallsu mill-vot tal-Ministeru jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu, pero' kull każ jiġi trattat skond iċ-ċirkustanzi.
Leg 9 PQ #11718 Sitting 202 1999-12-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Settur forensiku - Speċjalisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar 14-il xahar ġewx speċjalisti minn barra minn Malta ħalli jagħtu pariri dwar is-settur forensiku u swali oħra fl-Isptar Monte Carmeli? Jekk fl-affermattiv, min huma dawn l-ispeċjalisti? Xi kwalifiki għandhom? Xi ħlasijiet saru s'issa lil dawn l-ispeċjalisti? Jekk hemm xi kuntratt ma' dawn l-ispeċjalisti, jista' l-Ministru jpoġġi l-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Saru kuntatti ma' l-Edenfield Centre Adult Forensic Mental Health Service f'Manchester matul din is-sena rigward training ta' staff kemm fil-forensika kif ukoll fis-Secure Unit. Il-psikjatra illi magħha sar kuntatt hija Dr Josianne Holloway, Managing Consultant f'dan iċ-ċentru. Dr Holloway hija konsulenta psikjatra mħarrġa u appuntata fil-branka tal-psikjatrija forensika. Din, f'Awissu 1999, waqt li kienet Malta għas-spejjeż tagħha, żaret l-ipstar u ltaqgħet ma' diversi professjonisti. Permezz ta' Dr Holloway, għamilna kuntatt ukoll mas-Sur Paul Tarbuck li huwa Director of Forensic and High Dependency Services fil-John Denmark Unit f'Manchester. Dan l-individwu huwa mill-professjoni tan-nursing u kien iċ-chairman tar-Royal College of Nursing Forensic Mental Health Nurses Group l-Ingilterra. Għandu interess fil-kura tal-Mentally Disordered Offender. Dan ukoll, waqt li kien Malta f'Ottubru 1999, għas-spejjeż tiegħu żar l-isptar. Sa issa, Dr Holloway, bl-għajnuna ta' diversi membri oħra tal-Edenfield Centre, issottomettiet diversi proposti ta' training illi qegħdin jiġu kkunsidrati. Ma saru l-ebda ħlasijiet u ma jeżisti l-ebda kuntratt. Kwalunkwe' deċiżjonijiet fir-rigward ta' dan il-proġett jittieħdu mid-Diviżjoni tas-Saħħa skond il-proċeduri illi normalment jintużaw.
Leg 9 PQ #11719 Sitting 202 1999-12-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Trasferiment ta' pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm pazjenti fl-aħħar xahar, ġurnata b'ġurnata, ġew trasferiti bil-lejl mill-Male Ward 2 għal sala oħra fl-Isptar Monte Carmeli għax ma kellhomx sodod fejn jorqdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma ġiex ittrasferit l-ebda pazjent minn MW2 minħabba nuqqas ta' sodod fejn jorqdu ġewwa din is-sala. Kien hemm pazjent wieħed biss li matul Novembru 1999 kellu jintbagħat jorqod f'ward oħra barra Ward 2. Dan sabiex jiġi assigurat illi f'Ward 2, li hija l-ward akuta ta' l-irġiel, ikun hemm sodod vojta disponibbli f'każ ta' ammissjoni urġenti.
Leg 9 PQ #11722 Sitting 202 1999-12-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Pazjenti

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm hemm sodod f'kull sala ta' l-irġiel u tan-nisa, inkluża is-secure unit u s-sala numru 10 irġiel, fl-Isptar Monte Carmeli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'risposta għal mistoqsija parlamentari Nru. 11722 in-numru tas-sodod huwa dan li ġej:- MW2 - 27 FW2 - 40 Secure Unit - 4 MW3A - 52 F3 - 11 MW3B - 42 FW5A - 43 MW5 - 35 FW5B - 47 MW6 - 37 FW6 - 35 MW7 - 29 FW7 - 38 MW8 - 20 FW8 - 40 JW - 20 FW10 - 30 YPU(M) - 5 HWH(F) - 18 HWH(M) - 17 YPU(F) - 4 Xi 'single rooms' fl-ex MW10 jintużaw għall-priġunieri.
Leg 9 PQ #11723 Sitting 202 1999-12-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Funtana

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-funtana li hemm fil-bitħa tal-Male Ward 2 ta' l-Isptar Monte Carmeli ilha abbandunata minn meta ġie inawgurat is-secure unit ta' l-istess sptar? Għaliex din il-funtana tinsab bla ilma u qed tiġi kkaġunata ħsara, minkejja l-ispiża li kienet saret biex issewwiet? Kemm kienet in-nefqa biex il-funtana reġgħet bdiet taħdem iktar kmieni din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-funtana li hemm fil-bitħa tal-MW2 ġiet imbattla mill-ilma fl-ewwel Ġimgħa ta` Ottubru ta` din is-sena. Dan sar biex tkun tista` titnaddaf mit-trab u l-weraq li waqa` fiha matul is-sajf. Reġgħet imtliet bl-ilma ftit ġranet wara u għadha mimlija sal-lum. Għall-ħabta ta` Mejju ta` din is-sena kienu mbiddlu xi pajpijiet minn din il-funtana u l-ispiża totali laħqet is-somma ta` LM10.46c.
Leg 9 PQ #11724 Sitting 202 1999-12-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pazjenti ta' l-Isptar Monte Carmeli jixorbux mill-ilma tat-tankijiet ta' fuq il-bjut?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-pazjenti ta` dan l-isptar jixorbu mit-tankijiet ta` l-ilma li hemm fuq il-bejt kif ilu jsir għal ħafna snin. Dawn it-tankijiet jiġu mnaddfa perjodikament u kollha għandhom għatu. Barra minn hekk, jiġi meħud kampjun ta` l-ilma regolarment mill-Health Inspector biex ikun aċċertat li l-ilma jkun tajjeb għax-xorb. Naċċerta lill-Onor. Interpellant li l-ilma hu tajjeb għax-xorb.
Leg 9 PQ #11725 Sitting 202 1999-12-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Arja kondizzjonata

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-Isptar Monte Carmeli kemm hemm swali li għandhom l-arja kondizzjonata? Fl-istess sptar kemm hemm uffiċini li għandhom l-arja kondizzjonata? Meta hemm il-ħsieb li swali fl-isptar Monte Carmeli jkollhom l-arja kondizzjonata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Hemm żewġ swali li fl-Isptar Monte Carmeli għandhom arja kondizzjonata. Dawn huma l-FW2 fejn l-arja kondizzjonata kienet ġiet installata fl-1994 u s-secure unit ġewwa l-MW2 fejn l-arja kondizzjonata saret fil-bidu tas-sena 1999. Hemm ukoll 3 uffiċini li għandhom l-arja kondizzjonata. Fil-mument qiegħed isir xogħol ta` upgrading f'ħafna swali għalhekk għadu mhux magħruf meta se nkunu f'qagħda li nkunu nistgħu nagħmlu Air Conditions fis-swali kollha.
Leg 9 PQ #11859 Sitting 200 1999-12-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Karozzi tal-Gvern — Petrol/diesel

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-regoli dwar għoti ta' petrol jew diesel lill-karozzi tal-gvern? Mil-liema pompi tal-petrol huma obbligati li jingħataw il-fuel il-karozzi tal-gvern inkluż dawk ta' segretarjati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-għoti ta' petrol/diesel lill-karozzi tal-Gvern huwa regolat mill-Estacode u minn ċirkularijiet li joħorġu mill-Ministeru tal-Finanzi. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-aħħar Ċirkulari (Nru MFC Circular 5/98) li ħarġet f'dan ir-rigward, kif ukoll estratt relevanti mir-regolamenti ta' l-Estacode. Id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi, inkluż is-segretarjat privat tiegħi, ma għandhomx obbligu li jieħdu l-petrol/diesel minn xi pompa partikolari. Fil-każ tal-Forzi Armati, il-petrol/diesel jinxtara direttament mill-Korporazzjoni Enemalta, ħlief għal unleaded petrol li jingħata mill-pompa tal-Gvern f'Ħal Kirkop. Fir-rigward ta' xiri ta' fuel mill-Ministeri oħra nitlob lill-Onorevoli Nterpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri konċernati.
Leg 9 PQ #11860 Sitting 200 1999-12-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Supritendent

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta reġa' ġie mpjegat il-persuna li llum tokkupa l-post ta' supritendent ta' l-iSptar San Luqa? L-impjieg ta' din il-persuna qiegħed taħt id-Dipartiment tas-Saħħa jew taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi? Jekk taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li ngħatat din il-persuna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-persuna konċernata ġiet impjegata fil-grad ta` Principal Medical Officer (Institutional Health) fi ħdan id-Diviżjoni tas-Saħħa wara sejħa għall-applikazzjonijiet li ġiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta` l-1 ta` Ġunju 1999. Bdiet fil-kariga ta` Amministratur Mediku ta` l-Isptar San Luqa fit-2 ta`
Leg 9 PQ #11861 Sitting 200 1999-12-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Manager Customer Services

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa għall-post ta' Manager Customer Services? Dan il-post huwa taħt id-Dipartment tas-Saħħa jew taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi? Jekk taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-kuntratt li ngħata l-Manager Customer Services?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma ħarġet l-ebda sejħa għall-post ta' Manager Customer Services la mid-Dipartiment u lanqas mill-FMS.
Leg 9 PQ #11835 Sitting 199 1999-12-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

FSM — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hi l-persuna li qed tieħu ħsieb it-tindif u li ġiet offruta kuntratt mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi? Din il-persuna ġiet impjegata mill-ETC, jew wara sejħa għall-ingaġġ fil-ġurnali, jew inkella b'mod divers? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' din il-persuna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema post ta` tindif qiegħed jirreferi.
Leg 9 PQ #11836 Sitting 199 1999-12-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Hospital Auxiliaries

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm hospital auxiliaries li mhux qed jagħmlu xogħol ta' tindif, eskluż dawk li jaħdmu fil-laundry? Dawn il-hospital auxiliaries se jitħallew fejn huma, jew hemm xi ħsieb li jintbagħtu kollha jagħmlu xi tindif ta' l-isptarijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #11721 Sitting 198 1999-12-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Fiżjoterapisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom ma jitħallsu ta' l-"on call duty" il-fiżjoterapisti li jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa, sptar, sptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-servizz ta' fiżjoterapija on-call jiġi offrut biss mill-Isptar San Luqa. Il-ħtiġijiet ta' sptarijiet oħra jiġu moqdija mill-Isptar San Luqa. Dwar ħlas ta' on-call duties kien hemm problemi ta' natura amministrattiva li issa ġew riżolti. Ninsab infurmat li l-ħlas ta' l-on-call duties li hemm pendenti jitħallas mal-paga ta' Diċembru 1999.
Leg 9 PQ #11363 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fis-settur kollu tas-saħħa li fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena bejn Jannar 1999 u l-aħħar ta' Ottubru, 1999 qalgħu bejn paga, allowances, bonus u overtime bejn: Lm 8,000 - Lm 9,000 Lm 9,000 - Lm10,000 Lm10,000 - Lm11,000 aktar minn Lm11,000? Jista' l-Ministru jgħid f'kull każ x'kien il-grad ta' dawn il-ħaddiema?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif jidher fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #11372 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Apparati industrijali tat-tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kwotazzjonijiet għal xiri ta' apparat industrijali tat-tindif fl-isptarijiet? F'kull każ, minn min saru l-kwotazzjonijiet? Kemm kien il-valur ta' kull kwotazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Membru li wara li nkiseb permess mingħand il-Ministeru tal-Finanzi kien hemm tlett kumpaniji li bagħtu l-offerta tagħhom, waqt li oħra ma rrispondietx. L-offerti mibgħuta kienu skond kif ġej: Forestals Ltd Lm06,498 Interpower Ltd Lm17,400 Bonnici Stores Ltd Lm18,129 C & H Bartoli Ltd ma kkwotawx. Minn dawn il-kumpaniji msemmija, Forestals Ltd. u Bonnici Stores Ltd. ma kkwotawx għall-makkinarju kollu.
Leg 9 PQ #11473 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp — Hospitality

Question

Jista' l-Minstru jgħid kif intnefaq il-vot tal-hospitality fl-Isptar Zammit Clapp xahar b'xahar fl-aħħar sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-Isptar Zammit Clapp intefqu Lm 1001.00 għal `party' tal-Milied f'Diċembru 1998.
Leg 9 PQ #11722 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Pazjenti

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm hemm sodod f'kull sala ta' l-irġiel u tan-nisa, inkluża is-secure unit u s-sala numru 10 irġiel, fl-Isptar Monte Carmeli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għada qed tinġabar. Risposta tingħata f`seduta oħra.