Legislature:
Category:
Reset
Active:

Naxxar — Pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux mistenni li jitwaħħlu traffic/pelican lights fil-pjazza tan-Naxxar? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li sa issa m`hemmx ħsieb li jitwaħħlu `pelican lights` fil-post issuġġerit mill-Onor. Interpellant. L-installazzjonijiet ta` `pelican lights` għandhom isiru skond il-bżonnijiet u l-prijoritajiet li hemm fit-toroq u l-lokalitajiet kollha tal-pajjiż.

Naxxar — Triq San Pawl - Pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux mistenni li jitwaħħlu traffic jew pelican lights fi Triq San Pawl, Naxxar, kantuniera ma' Triq Markiż Scicluna, Naxxar? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru. 14123.
Leg 9 PQ #13585 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Magħtab — Tjun

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 13202 dwar it-tajn fit-toroq fil-viċinanzi tal-miżbla tal-Magħtab minn inġenji li jużaw din il-miżbla, jista' l-Ministru jikkonsidra li t-tyres ta' dawn l-inġenji jinħaslu permezz ta' mezzi high pressure qabel joħorġu mill-miżbla sakemm jittieħdu miżuri oħra dwar il-futur tal-miżbla tal-Magħtab?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kif intqal fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13202, diġa' saru l-preparamenti biex tinxtara s-sistema tal-ħasil tat-tyres ta' dawn l-inġenji permezz ta' ilma ppressat. Biex issir sistema temporanja tinvolvi l-kostruzzjoni ta' tankijiet li jkunu jistgħu jżommu u jisseparaw l-ilma nadif mill-kwantita' ta' tajn li joħroġ mar-roti ta' l-inġenji kif ukoll dak li jinżel mal-wied ta' l-ilma tax-xita li joħroġ minn ġol-miżbla. Il-perjodu meħtieġ biex jinħarġu t-tenders għal dawn ix-xogħlijiet ma jippermettix li din is-sistema tkun tiffunzjona matul dan l-istaġun tax-xita.
Leg 9 PQ #13202 Sitting 232 2000-02-01 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Magħtab — Tjun

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi kollha neċessarji ħalli jispiċċa darba għal dejjem it-tjun fit-toroq tal-Magħtab li jwasslu saħansitra sat-Telgħa ta' Alla u Ommu u Naxxar, mit-trakkijiet u inġenji li jkunu ħerġin mill-miżbla tal-Magħtab? Jista' jara li jittieħdu dawn il-passi b'mod urġenti għax meta jinxef dan it-tajn, kullimkien qed jispiċċa taħt sħaba kbira ta' trab, ikkontaminat b'konsegwenza gravi għas-saħħa tar-residenti tal-Magħtab u ta' madwar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jekk fil-pjan għall-immaniġjar ta' l-iskart jiġi deċiż li l-miżbla tal-Magħtab għandha tibqa' tintuża, hemm disinji ppreparati biex tiġi żviluppata l-entratura ta' din il-miżbla fejn it-trakkijiet ikollhom ir-roti maħsula qabel joħorġu fit-toroq pubbliċi. Bħala miżura temporanja d-Dipartiment għandu numru ta' ħaddiema, li permezz ta' gaffa u għodda oħra, inaddfu kontinwament din l-entratura biex itaffu din il-problema. Ta' min jinnota li din is-sena kellna xita kontinwa li ma tagħtx ċans biex is-sitwazzjoni f'dan is-sit tiġi għan-normal. Il-Ministeru ta struzzjonijiet ħalli jintbagħtu aktar ħaddiema biex inaddfu dawn it-toroq.
Leg 9 PQ #13203 Sitting 232 2000-02-01 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

MDP — Ilma tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jintużax ilma baħar f'xi produzzjoni ta' xi prodotti tal-Malta Dairy Products? Jekk fl-affermattiv, mil-liema inħawi tal-kosta jinġieb dan l-ilma baħar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Iva, l-ilma baħar jintuża għall-produzzjoni ta'l-irkotta. Dan l-ilma jinġieb minn fuq il-moll ta` Marsalforn, minn sit approvat mid-Dipartiment tas-Saħħa. Jittieħdu kampjuni mill-ilma li jkun inġabar u jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-Malta Dairy Products qabel ma` dan jintuża għall-produzzjoni.
Leg 9 PQ #13103 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' ħatra ta' manager tat-tindif ta' l-isptarijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra il-Kuntratt mitlub.
Leg 9 PQ #13104 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Minsteru tas-Saħħa — Karozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inkritx jew ġietx leased karozza minflok il-karozza uffiċjali tiegħu? Mingħand min ġiet mikrija jew leased? Jista' jgħid jekk fil-fatt il-karozza hijiex mikrija jew leased? Kemm hu l-ħlas kuljum, jekk inhi mikrija jew leased? F'każ ta'leasing jew kiri, jista' l-Ministru jgħid għal kemm tul ta' żmien sar il-ftehim?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minflok il-karozza uffiċċjali tal-Ministru inkriet karozza mingħand I.M.L. Ltd bir-rata ta' Lm16 kuljum li għad irid jiġi deċiż flimkien ma' l-Insurances minn min se jitħallsu.
Leg 9 PQ #13105 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Karozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid mingħand min hija mikrija l-karozza Ford Mondeo li qed tintuża minn persuna fis-segretarjat? Kemm hi l-kirja kuljum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-karozza msemmija inkriet mingħand Peppin Garage ta' Ħal-Għaxaq bir-rata ta' Lm6.70 kuljum. Din qed tintuża minn membru tas-Segretarjat skond kif stipulat fir-regolamenti stabbiliti permezz taċ-ċirkulari MPO 52/72 ta' 28 ta' Ottubru 1998 u li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fit-2 ta' Novembru 1998.
Leg 9 PQ #13106 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Karozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi ħsara fiha u kemm hi l-istima tal-ħsara li għandha l-Alfa Romeo 155, numru JAB342? Fejn qed tissewwa? Inkriet karozza mid-Dipartiment tas-Saħħa jew mill-ministeru għall-perijodu ta' żmien li din il-karozza tkun qed tissewwa? Jekk fl-affermattiv, minn fejn inkriet? Kemm hi l-kirja ta' kuljum ta' din il-karozza mikrija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-ħsara fl-Alfa Romeo 155, numru JAB 432 żviluppat meta inqatgħet it-timing belt fit-Timing Mechanism u hi stmata mal-Lm1200. Il-karozza qed tissewwa għand UCIM Ltd. Sakemm tissewwa inkriet karozza mingħand Vince Garage ta' l-Imsida bir-rata ta' Lm5.00 kuljum.
Leg 9 PQ #13107 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Siġġiewi — Dawl

Question

Jista'l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li partijiet mis-Siġġiewi ta' kuljum qed tkun, f'xi ħin jew ieħor, bla dawl?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-interruzzjonijiet fid-distribuzzjoni tad-dawl fis-Siggiewi li kien hemm matul Jannar kienu dovuti ghal hsarat fuq is-sistema ta` Vultagg Gholi u minhabba ragunijiet ta` overloading. Is-sospensjoni tal-provvista minhabba Vultagg Gholi kienet darba u kien effetwat is-Siggiewi kollu, waqt li f`hames okkazjonijiet kien hemm sospensjoni f`partijiet differenti ta` dan ir-rahal minhabba overloading.
Leg 9 PQ #13201 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Magħtab — Miżbla - Tajn

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi urġenti ħalli t-tjun fit-toroq tal-Magħtab li joħroġ mill-miżbla permess ta' diversi inġenji jiġi mnaddaf ħalli jonqos kemm hu possibbli l-perikolu għas-saħħa tar-residenti tal-Magħtab u ta' madwar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minkejja li t-tindif tat-toroq ma jaqax taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru tas-Saħħa, xorta waħda saru spezzjonijiet fil-postijiet imsemmija. Dan biex jiġi żgurat jekk jeżistix periklu għas-saħħa pubblika. Il-Kunsill Lokali kkonċernat ġie mgħarraf bis-sitwazzjoni u mħeġġeġ jieħu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #13097 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment ta' l-Ortopedija — Impjegati

Question

Billi skond il-manpower plan 1998-2000 hemm żewġ vakanzi ta' konsulenti fid-Dipartiment ta' l-Ortopedija, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d-dipartiment tas-saħħa, jimla' dawn iż-żewġ vakanzi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Iva.
Leg 9 PQ #13098 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Podoloġisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment ta-saħħa għandux il-ħsieb li jimpjega fuq bażi każwali l-erbgħa podoloġisti li ggradwaw f'Novembru 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bħalma diġa' għidt fir-risposta tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12224, huma żewġ vakanzi biss fil-grad ta' Podoloġista. Dawn ser jimtlew fuq bażi permanenti wara li kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet fit-12 ta' Lulju 1999. Id-Diviżjoni tas-Saħħa m'għandha l-ebda ħsieb li timpjega xi Podoloġisti fuq bażi każwali.
Leg 9 PQ #13100 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Hospital Auxiliaries

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 12094, jista' l-Prim Ministru jgħid il-21 hospital auxiliary li ma jaħdmux la fid-dekasteru tal-ministeru tas-saħħa u lanqas fid-dekasteru tal-ministeru għall-politika soċjali, liema xogħol qed jagħmlu f'kull każ u f'liema dipartiment qegħdin?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-wieħed u għoxrin Hospital Auxiliary li ma jaħdmux la fid-dikasteru tal-Ministeru tas-Saħħa u lanqas f'dak tal-Politika Soċjali qegħdin fil-Ministeri/Dipartimenti li jidhru fil-lista li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat ukoll li l-Hospital Auxiliary li taħdem fl-Uffiċċju tal-President qed tagħmel xogħol ta' Cleaner filwaqt li dak li jaħdem fl-Uffiċċju tal-Kabinett qed jagħmel xogħol ta' Driver. Rigward liema xogħol qed jagħmlu d-dsatax-il Hospital Auxiliary l-oħrajn, nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri konċernati.
Leg 9 PQ #13101 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Hospital Auxiliaries

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm hospital auxiliaries fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u li mhux qed jagħmlu xogħol ta' tindif ta' l-isptarijiet jew jiffurmaw parti mill-kooperattiva tal-laundry? Jista' jgħid x'tip ta' xogħol qed jagħmlu f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jien infurmat li kien hemm 57 Hospital Auxiliaries jagħmlu xogħol mhux ta' tindif fi ħdan il-Ministeru peress li kien għadu ma nstab ħadd minflokhom. Dawn huma mqassmin kif ġej:- Post Numru Tip ta' xogħol __________________________________________ ____________________ Sptar Boffa 1 Receptionist Sptar Monte Carmeli 6 Maintenance 2 Barbiera 3 Switchboard 1 Ġardinar 1 Watchman Dipartiment tal-Kura Primarja 2 Reception/ Telephone Operator 1 Messaġġier Dipartiment tas-Saħħa Pubblika 2 Watchman Sptar San Luqa 2 Maintenance 6 Inċineratur 6 Messaġġier 13 Portering 3 Telephone Operator 2 Laundry 1 Barbiera 1 Kċina Ministeru/Head Office 4 Messaġġiera ___________________________________ _____________________________
Leg 9 PQ #13102 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Mosta - Skola primarja

Question

Jista' l-Ministru jara li tinstab soluzzjoni għall-istudenti ta'l-iskola primarja tal-Mosta (Grognet) li qegħdin fir-raba' sena u li t-teacher tagħhom aktar ma tmurx milli tmur?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dawk l-għalliema tar-raba' sena fl-iskola indikata li fallew kien biss minħabba raġunijiet ta' mard. Madanakollu nitlob lill-Onor. Membru sabiex jagħti informazzjoni aktar preċiża, possibilment b'mod kunfidenzjali, għaliex mhux ċar għal min qed tirreferi l-Mistoqsija. U dan sabiex ikunu jistgħu jittieħdu dawk il-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #11994 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sptar San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru mid-dipartiment tas-saħħa dwar artikolu li deher nhar il-Ħadd 5 ta' Diċembru 1999, f'paġna 2 dwar kadavru li ma ġiex aċċettat fl-isptar San Luqa u dak deskritt bħala abbuż fl-għoti ta' injezzjonijiet fuq kadavri?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-inċident partikulari ġie nvestigat u ġejt infurmat li l-kadavru ġie aċċettat. Il-kwistjoni nqalgħet għaliex il-kummissjunant ħa l-kadavru l-isptar San Luqa mingħajr ma ċċekkja jekk kienx hemm post fejn jitqiegħed. Naħseb li l-Onor. Interpellant japprezza li l-prijorita tingħata lil dawk li jmutu fl-isptar għaliex mhux possibbli li jittieħed fl-isptar il- kadavru ta' kull min imut barra mill-isptar. Dwar l-allegazzjonijiet ta' abbużi oħra, dawn għadhom qed jiġu nvestigati.
Leg 9 PQ #12092 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' mpjieg dirett li ngħatat il-manager inkarigata mit-tindif ta' l-isptarijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #12093 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Hospital Auxiliaries

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Hospital Auxiliaries fid-deskasteru li hu responsabbli għalih u li mhux qed jagħmlu xogħol ta' tindif ta' l-isptarijiet? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol qed jagħmlu f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.