Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16363 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Blood Donor Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba kien bil-ħsara l-mobile blood donor unit mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum? Kemm ġie jiswa x-xogħol, inkluż spare parts eċċ biex tissewwa kull ħsara li żviluppatlu l-mobile blood donor unit? X'kienet il-ħsara f'kull każ? Jista' l-Ministru jassigura li ma kien hemm l-ebda każ ta' traskuraġni f'dawn il-ħsarat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-Mobile Blood Doner Unit kien bil-ħsara darba mill-1 ta` Jannar 2000 sal-lum. Dan kien fit-13 ta` April 2000. Il-ħsara ammontat għall-Lm1342.88 VAT inkluża. Il-ħsara kienet Tappets Mechanical Failure. Ma kien hemm ebda traskuraġġni li kkaġunaw dawn il-ħsarat.
Leg 9 PQ #16364 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm impjegati fl-Isptar Monte Carmeli għandhom aċċess għall-użu ta' mobile phone? Min huma u x'inhu l-grad tagħhom? Kemm inxtraw mobile phones fl-aħħar sitt xhur għal-użu ta' mpjegati fl-Isptar Monte Carmeli? Min kienu l-impjegati, u l-grad tagħhom, li ngħataw l-użu ta' mobile phone fl-aħħar sitt xhur? Min kienu l-uffiċjali fid-Dipartiment tas-Saħħa li approvaw ix-xiri ta' dawn il-mobile phones?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ġewwa l-Isptar Monte Carmeli hemm ħames persuni li għandhom aċċess għall-mobile phone. Dawn huma kif ġej: 1. Dr. Joe Saliba - Director of Psychiatry 2. Mr. Edward Borg - Assistant Director (Finance & Admistration) 3. Mr. Joe Borg - Manager Nursing Services 4. Mr. Victor Saliba - Operations Manager 5. Social Work Department F`dawn l-aħħar sitt xhur nxtara mobile phone wieħed u dan kien għall-użu ta` Social Work Department. Ix-xiri ta` dan il-mobile phone ġie approvat mill-Management team ta` l-Isptar Monte Carmeli. Ta` min jgħid li biex nxtara l-mobile phone ma ġie iffirmat ebda kuntratt billi dan juża s-sistema ta` top-up voucher. Din il-voucher jinxtara għall-prezz ta` Lm 10 u jservi 60 jum.
Leg 9 PQ #16426 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

FMS — Sptar ta' Tal-Qroqq

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu d-disinjaturi li ġew approvati mir-rappreżentanti ta' l-FMS jew mill-FMS stess biex jagħmlu l-pjanti kollha ta' l-isptar il-ġdid f'Tal Qroqq? Jekk dawn id-disinjaturi jiffurmaw parti mill-konsorzju Skanska, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-periti, inġiniera, uffiċċju u/jew kumpanniji li kienu approvati mill-FMS jew ir-rappreżentati tagħha biex ilestu d-disinji kollha ta' l-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Skond il-Kuntratt li ġie ffirmat fid-29 ta` Frar 2000 Skanska Malta J.V. huwa responsabbli biex jagħmlu l-pjanti kollha ta` l-isptar il-ġdid f`Tal-Qroqq. Il-Perit Joe Cassar huwa il-persuna responsabbli skond it-termini tal-liġi ta` Malta. Disinjaturi oħra jiġu approvati skond il-ħtieġa tax-xogħol.
Leg 9 PQ #16427 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa u li fl-aħħar xahar ġew trasferiti għad-dipartiment ta' l-emerġenza fl-isptar San Luqa? Jekk fl-affermattiv, kemm kien in-numru ta' dawn it-tobba? Kemm minn dawn it-tobba li ġew trasferiti, irriżenjaw jew ħarġu bil-maternity jew paternity leave?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-ebda tabib li kien jaħdem fiċ-Ċentri tas-Saħħa ma ġie `trasferit` għad-Dipartiment ta` l-Emerġenza fl-Isptar San Luqa fl-aħħar xahar. Iċ-ċaqlieq li sar kien parti mill-eżerċizzju ta` rotation u ħatriet fil-grad ta` SHO.
Leg 9 PQ #15692 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Portable computer

Question

Jista' l-Ministru jgħid min fid-dekasteru tiegħu għandu portable computer li jappartjeni lill-istess dekasteru u x'inhu l-grad tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Portable Computers li jaqgħu taħt il-Ministeru tas-Saħħa huwa mqassam kif jidher hawn taħt: Sezzjoni Nru. minn min jintuża _________________________________________ _____________________ Ministry 3 -Personal Assistant -Communications Co-Ordinator -Private Secretary _______________________________________ ________________________ Permanent Secretary`s Office 2 -Permanent Secretary -Internal Auditor _______________________________________ _________________________ Department of Coperative Services 1 -Director Corporate Services ______________________________________ ___________________________ Government Pharmaceutical Services 1 -Director _____________________________________ ____________________________ Health Division 19 -Director General -Director Policy and Planning -Consultant, Policy and Planning -Consultant, Policy and Planning -SMO Policy and Planning -Deputy Nursing Officer Policy & Planning -Director Health Promotion -Medical Officer Health Promotion -Principal Health Promotion Officer - Health Promotion -Senior Health Promotion Officer- Health Promotion -Scientific Nutrition Officer- Health Promotion -Scientific Nutrition Officer- Health Promotion -Director Nursing Services -Director Finance and Administration -Chief Engineer -Senior Engineer -Director Health Information -Senior Manager Health Information -Director National Blood Transfusion Centre __________________________________________ ______________________ Foundation for Medical Services 3 -President FMS -Chief Executive -Head Institutional Operations ______________________________________ __________________________ Zammit Clapp Hospital 1 -General Manager _________________________________________ _______________________
Leg 9 PQ #15130 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Naxxar — Birguma - Telephone box

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir telephone box fl-area ta' Birguma, Naxxar? Jekk fl-affermattiv, meta hemm il-ħsieb li din issir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Maltacom ser tiddiskuti din it-talba mal-Kunsill Lokali tan-Naxxar u, jekk hemm il-htiega u jekk ikun teknikament possibbli, titwahhal payphone mill-aktar fis possibbli.

Naxxar — Birguma - Bypass

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija titlesta l-Bypass f'Birguma, in-Naxxar li twassal mit-telgħa t'Alla u Ommu sax-Xwieki? Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-istess ħin hux se jingħataw wiċċ it-toroq l-oħra f'Ta' Birguma, Naxxar? Jekk fl-affermattiv, liema toroq se jingħataw wiċċ u meta mistenni li dan isir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed iħejji programm biex iwettaq ix-xogħol li baqa li jsir fit-triq Birguma w s-sejħa għall-offerti mistennija li toħroġ dalwaqt.
Leg 9 PQ #14872 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Naxxar — Birguma - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li fl-area tal-Birguma, Naxxar isir minn kollox biex jiġu mdawwla aktar it-toroq kollha ta' Birguma, Naxxar u dan billi jitwaħħlu bozoz ġodda u/jew jinbidlu wħud minn dawk eżistenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-talba sabiex jizdied id-dawl fiz-zona maghrufa bhala Birguma fin-Naxxar qed tigi kkunsidrata flimkien ma` talbiet ohra.

Naxxar — Telephone box

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir telephone box fl-area ta' Birguma, Naxxar? Jekk fl-affermattiv, meta hemm ħsieb li ssir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Naxxar — Birguma - Letter box

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li ssir letter box fl-area tal-Birguma n-Naxxar? Jekk fl-affermattiv, meta hemm ħsieb li ssir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li sa issa m`hemm ebda ħsieb li titwaħħal kaxxa ta` l-ittri ġdida fl-inħawi ta` Birguma fil-futur immedjat. Iżda jekk issir xi talba mill-Kunsill Lokali għaċ-ċaqlieq ta` waħda mill-kaxxi ta` l-ittri eżistenti, din it-talba tiġi kkunsidrata mill-Maltapost.
Leg 9 PQ #14875 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Naxxar — Ta' Birguma - Drenaġġ

Question

Billi f'diversi lokalitajiet f'Ta' Birguma, Naxxar, ir-residenti qed jagħmlu użu minn fosos għad-drenaġġ, jista' l-Ministru jgħid meta mistenni li jiġi mgħoddi s-servizz tad-drenaġġ f'din il-lokalita'?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li diġa' nfetaħ tender biex isir dan ix-xogħol. Minħabba li hemm bżonn tinbena Pumping Station ġdida, id-Dipartiment tad-Drenaġġ għamel 'expropriation plans' u applikazzjoni għall-bini tagħha lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. S'issa ma hemmx approvazzjoni la mid-Dipartiment ta' l-Artijiet u lanqas mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Hu maħsub li dan ix-xogħol jinbeda s-sena li ġejja.
Leg 9 PQ #14876 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Time keepers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fis-sezzjoni tat-time keepers fl-Isptar San Luqa? X'inhu l-grad ta' kull ħaddiem li preżentement jaħdmu f'din is-sezzjoni? Liema roster qed jaħdmu? Kemm ilhom jaħdmu dan it-tip ta' roster? X'inhi r-raġuni li r-roster inbidel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Wara li ħaddiem minn din is-sezzjoni ġie ttrasferit għal mal-Hospital Cleaning Services, bħalissa hemm erba` persuni jaħdmu fis-sezzjoni tat-`Time Keepers`. Il-grad tagħhom huma ta` Porter, Health Assistant, General Hand u Assistant Care Worker. Ir-roster approvat għal din is-sezzjoni huwa dak ta` MDEO (Morning-Day-Evening-Off). Pero sakemm il-ħaddiema jibqgħu erba` huwa diffiċli li jiġi osservat dan ir-roster u għalhekk temporanjament qed jitħaddem ir-roster DODO (Day In - Day out).
Leg 9 PQ #14721 Sitting 262 2000-03-14 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar ġdid

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-bini, mechanical u eletrical u l-pjanti ta' l-għamar eċċ li lestew s'issa l-konsorzju Skanska fuq l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minħabba is-sigurta` u n-natura u l-volum tat-tweġiba (madwar 1000 pjanta) l-Onorevoli Interpellant qiegħed jiġi mistieden jara l-pjanti kollha fl-uffiċini tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi.
Leg 9 PQ #10921 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Billi mhux l-ewwel darba li fil-Parlament f'din il-leġislatura tħabbar id-dħul ta' impjegati fid-Dipartiment tas-Saħħa, inkluż il-paga, allowances u overtime ta' individwi, jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar mill-1 ta'Ottubru, 1998 sa l-aħħar ta' Settembru 1999, min huma l-impjegati, l-ID Card u l-grad tagħhom fid-Dipartiment tas-Saħħa li f'xi xahar qalgħu aktar minn Lm100 overtime? F'kull każ kemm kien il-valur f'termini ta' flus ta' dan l-overtime?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #14715 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

FMS — Ftehim

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li ġie ffirmat fid-29 ta' Frar, 2000 bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u l-konsorzju Skanska?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minħabba li l-ftehim bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u l-Konsorsju Skanska iffirmat fis-29 ta` Frar 2000, huwa wieħed ta` natura kummerċjali, m'għandux jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Jien lest jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq li ngħaddilu kopja b'mod kunfidenzjali.
Leg 9 PQ #14716 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar - Sodod

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kull speċjalita' se jkollha assenjati lilhom sodod meta jiftaħ l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-pjan ta` migrazzjoni għadu qed jitfassal. In-numru ta` sodod li diġa` ġew assenjati huma kif ġej:- Intensive Care Unit - 12 High Dependency Unit - 8 Admission Wards - 48 Cardiac Unit - 59 Obstetrics - 60 Gynaecology - 44 PICU/NICU - 19 Paediatrics - 60 Infectious Disease - 24 Burns & Plastics Unit - 12 Psychiatry - 15 -------------------------------------------- TOTAL - 361 --------------------------------------------
Leg 9 PQ #14717 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Sodod

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kull speċjalita' u subspeċjalita' għandhom sodod illum fl-Isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-sodod akuti fl-Isptar San Luqa huma mqassmin kif ġej:- Ortopedija - 66 General Surgery - 186 Urology - 27 Cardiothoracic Surgery - 12 Burns - 6 Neurosurgery - 12 ENT - 33 Ophthalmic - 17 General Medicine - 240 Infectious Disease - 8 CCU - 17 Paediatrics (Medical) - 49 Paediatrics (Surgical) - 19 SCBU - 15 Obstetrics - 74 Gynaecology - 57 Psychiatry - 11 ITU - 13 ---------------------------------------------- TOTAL - 862 ----------------------------------------------
Leg 9 PQ #14718 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq, se jkun qed jiffunzjona bi 850 sodda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mal-ftuħ tiegħu l-Isptar il-Ġdid f'Tal Qroqq se jkollu l-possibilita` li jakkomoda għal 850 sodda. Fil-bidu l-isptar ser jibda b'650 sodda. Numru akbar jintuża 'pari passu' mal-migrazzjoni tas-servizzi.
Leg 9 PQ #14719 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' servizz ta' awditjar tax-xogħol infrastrutturali ta' l-isptar l-ġdid f'Tal-Qroqq, li kienet saret sejħa għalihom xi żmien ilu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Kuntratt li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant għadu fil-fażi ta` aġġudikazzjoni.
Leg 9 PQ #14720 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Konsorzju Skanska

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas il-konsorzju Skanska mis-6 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Kemm minnhom kienu jiffurmaw parti mill-claims li kienet qed tagħmel Skanska, liema claims kienu qed jintalbu minn Skanska f'Settembru 1998 u claims oħra li Skanska kienu qed jitolbu bejn is-6 ta' Settembru, 1998 u t-29 ta' Frar, 2000?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba tifforma parti minn kuntratt ta` natura kummerċjali, bħal ma jiġri f'ħafna pajjiżi, informazzjoni ta` din in-natura ma ssirx pubblika. Għal din ir-raġuni ma nħossx li l-informazzjoni mitluba għandha titpoġġa fuq il-Majda tal-Kamra.