Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18400 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Garaxx ta' l-Ambulanzi — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-overtime, xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 1998 sa' Ġunju 2000, fil-garaxx ta' l-ambulanzi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Overtime Performed at the Ambulance Garage from January 1998 to June 2000 January '98 166.84 January '99 589.00February '98 416.00 February '99 228.00March '98 301.10 March '99 324.64April '98 726.92 April '99 550.74May '98 250.00 May '99 1116.30 June '98 130.00 June '99 1126.60July '98 96.00 July '99 2069.43August '98 189.75 August '99 3026.60September '98 1260.35 September '99 2837.79October '98 0.00 October '99 2880.52November '98 0.00 November '99 1852.00December '98 801.00 December '99 1711.00---------------------------------------- -----------------------------------------Grand Total 4337.96 Grand Total 18312.62 --------------------------------------- ----------------------------------------- Januar y '00 2261.00 February '00 2561.00March '00 2472.00April '00 2577.00May '00 2859.20June '00 2442.57----------------------------------------G rand Total 15172.77 ----------------------------------------
Leg 9 PQ #18401 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dekasteru tas-Saħħa — Patoliġisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma, u l-ID Card No., tal-patoliġisti li qed jaħdmu full time jew part time fid-dekasteru tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba dwar il-Patoloġisti fid-Divizjoni tas-Saħħa hija kif ġej:No. I.D. No. Name Status Grade 1 0408353M Agius Lawrence Full-Time Consultant 2 0013286M Ali Sarfraz Full-Time Senior Registrar 3 0108261M Aquilina Alexander Full-Time Senior Registrar 4 0615562M Barbara Christopher Full-Time Senior Registrar 5 0269163M Buhagiar Gerald C Full-Time Consultant 6 0449163M Busuttil David P Full-Time Registrar 7 0037964M Caruana Paul Full-Time Principal Medical Officer 8 0204648M Cuschieri Paul Full-Time Consultant 9 0011661M Degaetano James Full-Time Consultant10 0574845M Deguara Joseph Full-Time Chairman (Clinical)11 0394555M Ellul Bridget Full-Time Consultant12 0654144M Cilia Vincenti Albert P/T >20Hrs Consultant13 0077648M Felice Alexander P/T >20Hrs Consultant14 0010712A Grochouska Alicja On Contract Consultant (Expatriate)
Leg 9 PQ #18403 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

San Pawl il-Baħar — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru biex jiġi kkonfermat jekk drenaġġ li qed ifur għand diversi djar fi Triq San Ġorġ, San Pawl il-Baħar, hux ġej minn farm li hemm fl-istess triq? X'passi ttieħdu biex tiġi solvuta din is-sitwazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

No response available.
Leg 9 PQ #18403 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

San Pawl il-Baħar — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru biex jiġi kkonfermat jekk drenaġġ li qed ifur għand diversi djar fi Triq San Ġorġ, San Pawl il-Baħar, hux ġej minn farm li hemm fl-istess triq? X'passi ttieħdu biex tiġi solvuta din is-sitwazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika kien irċieva żewġ ilmenti dwar drenaġġ li kien qiegħed ifur ġo basements ta' djar fi Triq San Ġorġ, San Pawl il-Baħar. Dawn l-ilmenti kienu ġew investigati minn uffiċċjali ta' dan id-Dipartiment bejn is-16-3-00 u t-8-6-00, u ġie kkonfermat li dan ma kienx ġej minn farm li hemm fl-istess triq. Wara testijiet li saru ġo residenti privati, ġew ordnati t-tiswijiet meħtieġa, u l-każijiet ġew solvuta. Wieħed irid iżid li għal dawn l-aħħar ħames ġimgħat, l-ispettur tad-distrett ma rċieva l-ebda lmenti simili.
Leg 9 PQ #18404 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ward 2

Question

Jista' l-Ministru jgħid ġurnata b'ġurnata fl-aħħar xahrejn kemm pazjenti fil-ward 2 ta' l-Isptar Monte Carmeli kellhom jorqdu f'sala oħra bil-lejl?

Response (DEGUARA, LOUIS)

No response available.
Leg 9 PQ #18404 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ward 2

Question

Jista' l-Ministru jgħid ġurnata b'ġurnata fl-aħħar xahrejn kemm pazjenti fil-ward 2 ta' l-Isptar Monte Carmeli kellhom jorqdu f'sala oħra bil-lejl?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #18369 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Fish Farm — Permessi

Question

Jista' l-Ministru gjgħid meta ħareġ il-permess li tinbena fish farm 'il barra mill-ponta tal-Qawra? Għal liema tip ta' ħut inbniet din il-fish farm? X'tip ta' ikel hemm permess li jiġi mitmugħ il-ħut li se jitkabbar f'din il-fish farm?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-permess li qed jirreferi għalih kien inħareġ mill-Awtorita ta' l-Ippjanar fit-18 ta' Mejju 2000. Din id-deċiżjoni kienet ingħatat pubbliċita fil-"media" lokali kollha. Dan il-proġett jinvolvi trobbija ta' tonn. Dan it-tonn jintema vopi, sawrell, kavalli u tutli friski meta jkun hemm għall-bejgħ fil-pixkerija u tal-friża meta ma jkunx hemm għażla oħra.
Leg 9 PQ #18370 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Magħtab — Miżbla

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu jew qed jittieħdu biex il-miżbla tal-Magħtab ma tibqax testendi lejn il-kosta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li biex ma tintużax aktar art lejn il-kosta, l-iskart qiegħed jiġi depożitat fuq dak eżistenti biex jintuża l-ispazju vertikali.
Leg 9 PQ #18371 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati — Kuntratti

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti lijiġu mġiegħla jiffirmaw dawk il-ħaddiema fiċ-ċivil li jintgħażlu biex iservu bħala permanent secretary, direttur ġenerali, direttur?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Mill-1992 'il quddiem il-ħatriet ta' Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali, Diretturi u issa anki ta' Assistenti Diretturi isiru fuq bażi ta' Performance Agreement u dan jidħlu għalih għax ikunu jridu u mhux għax ikunu mġiegħla. Ma jidhirlix li hu prudenti li nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn l-Agreements.
Leg 9 PQ #18372 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Sick Leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk skond ir-riforma taċ-ċivil, il-ġranet li nma jittieħdux bħala sick leave fl-aħħar erbgħa snin qabel jirtiraw mix-xogħol jistgħu jiġu meħuda bħala ġurnata leave għal kull jumejn sick leave li ma jkunux ittieħdu? Jekk fl-affermattiv, din tapplika għas-suldati, għall-pulizija u għall-membri tal-protezzjoni ċivili?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Skond iċ-ċirkolari OPM/38/98 maħruġa fit-18 ta' Diċembru 1998, hemm żewġ skemi ġodda li jittrattaw fuq akkumulazzjoni ta' Sick Leave. Dawn huma: Skema ta' Accumulation of Sick Leave Uffiċjali pubbliċi li m'humiex intitolati għal-sick leave ta' 182 ġurnata jistu jġorru nofs is-sick leave li ma jkunux utiliżżaw fl-aħħar erbgħa snin sabiex jużawhom f'każ ta' mard serju jew jekk ikollhom bżonn jidħlu l-isptar. Skema ta' Pre-Retirement Leave Uffiċjali pubbliċi li jirtiraw bl-eta jistgħu jieħdu massimu ta' tlett xhur leave bi ħlas bħala Pre-Retirement Leave li jridu jittieħdu fuq bażi kontinwa u mmedjatament qabel ma jirtiraw. Dawn it-tlett xhur jinħadmu fuq is-sick leave b'paga sħiħa li l-uffiċjali ma jkunux utiliżżaw minn mindu daħlu mal-gvern. L-uffiċjali jistgħu jġorru għal dan l-iskop mhux aktar minn ħmistax il-ġurnata Pre-Retirement Leave għall kull sena kalendarja fuq bażi ta' ġurnata Pre-Retirement Leave għal kull jumejn Sick Leave bi ħlas sħiħ li ma jkunux utiliżżaw. Dawn l-iskemi tal-Pre-Retirement Leave u tal-Accumulation of Sick Leave japplikaw biss għal uffiċjali pubbliċi. Għalhekk is-suldati ma jibbenefikawx minn dawn l-iskemi.
Leg 9 PQ #18374 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Unions — Azzjonijiet Industrijali

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-lista ta' azzjonijiet industrijali li ttieħdu minn kull union jew għaqda tal-ħaddiema versus id-dipartiment tas-saħħa? Jista' jgħid kemm f'kull każ damu dawn l-azzjonijiet industrijali? Jista' jgħid kemm-il avviż ta' azzjoni industrijali minn kull għaqda tal-ħaddiema rċieva d-dipartiment li fl-aħħar wassal biex tiġi solvuta s-sitwazzjoni qavel ittieħdu l-azzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Diviżjoni tas-Saħħa ma żżommx statistika dwar l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #18374 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Unions — Azzjonijiet Industrijali

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-lista ta' azzjonijiet industrijali li ttieħdu minn kull union jew għaqda tal-ħaddiema versus id-dipartiment tas-saħħa? Jista' jgħid kemm f'kull każ damu dawn l-azzjonijiet industrijali? Jista' jgħid kemm-il avviż ta' azzjoni industrijali minn kull għaqda tal-ħaddiema rċieva d-dipartiment li fl-aħħar wassal biex tiġi solvuta s-sitwazzjoni qavel ittieħdu l-azzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Diviżjoni tas-Saħħa ma zzommx statistika dwar l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #17370 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Mobile blood donor unit — Użu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ntużat il-mobile blood donor unit mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum? Kemm kien hemm ġranet li l-mobile blood donor unit ma ntużatx?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li mill-ewwel ta` Jannar 2000 sal 25 ta` Ġunju l-`Blood Mobile Unit` intużat għal tnejn u sebgħin (72) ġurnata. Ma ntużatx għal mija u ħames (105) ġurnata.
Leg 9 PQ #17367 Sitting 335 2000-07-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Bereġ — Ħinijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk pazjenti jistgħux jiġu rrifjutati li tabib jarahom minħabba li jkun sar il-ħin minkejja li dawn il-pazjenti jkunu fil-berġa qabel il-ħin ta' l-għeluq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minħabba li kemm it-tabib kif ukoll in-nurse ikunu iridu jattendu Berġa oħra wara li jiskadi il-ħin tal-Berġa li jkunu fiha ma jkunx dejjem possibli għalihom li jaraw il-pazjenti kollha li jkunu jattendu il-Berġa f'xi ġurnata partikolari. Meta jissuċċedu dawn iċ-ċirkostanzi in-nurse u t-tabib javżaw il-pazjenti minn qabel li jista ikun preżenti sabiex dak li jkun ma jistennix ta` xejn. Ovvjament dan jeskludi każi urġenti u dawn it-tabib jarahom dejjem.
Leg 9 PQ #17368 Sitting 335 2000-07-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Riżultati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet meta pazjent jingħata r-riżultati tad-demm li pazjent ikun ħa f'ċentri tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li r-riżultati ta` l-investigazzjonijiet tad-demm li pazjent ikun ħa fiċ-Ċentru tas-Saħħa jingħataw bejn it-8a.m. u l-5p.m., imma il-pazjent irid jattendi mhux wara t-3p.m.
Leg 9 PQ #17369 Sitting 335 2000-07-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Ħinijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hix proċedura li pazjenti li jkunu f'ċentru tas-saħħa siegħa qabel l-għeluq ta' dak iċ-ċentru tas-saħħa jiġu rrifjutati li jarahom it-tabib minħabba li jkun sar il-ħin u jkun għad hemm numru ta' pazjenti fil-waiting room?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Pazjenti li jattendu fiċ-Ċentru tas-Saħħa jiġu avżati li jista` jkun li ma jkunx possibli li t-tabib jarahom meta jkun stmat illi hemm iżjed pazjenti milli huwa possibli illi t-tabib jara sal-ħin ta` l-għeluq. Din id-deċiżjoni tittieħed mis-Senior Medical Officer jew it-tabib delegat. F'ċerti ċirkostanzi dan jista` jissuċċedi anke siegħa qabel il-ħin ta` l-għeluq. Fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha hemm avviżi li jispjegaw din il-proċedura sabiex dak li jkun ma jistennix għal xejn. Każi urġenti huma esklużi u t-tabib jarahom f'kull ħin.
Leg 9 PQ #17367 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Bereġ — Ħinijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk pazjenti jistgħux jiġu rrifjutati li tabib jarahom minħabba li jkun sar il-ħin minkejja li dawn il-pazjenti jkunu fil-berġa qabel il-ħin ta' l-għeluq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #17368 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Riżultati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet meta pazjent jingħata r-riżultati tad-demm li pazjent ikun ħa f'ċentri tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #17369 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Ħinijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hix proċedura li pazjenti li jkunu f'ċentru tas-saħħa siegħa qabel l-għeluq ta' dak iċ-ċentru tas-saħħa jiġu rrifjutati li jarahom it-tabib minħabba li jkun sar il-ħin u jkun għad hemm numru ta' pazjenti fil-waiting room?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #17370 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Mobile blood donor unit — Użu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ntużat il-mobile blood donor unit mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum? Kemm kien hemm ġranet li l-mobile blood donor unit ma ntużatx?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.