Jista' l-Ministru jgħid, fid-dekasteru li hu responsabbli għalih kif ukoll bordijiet ta' tmexxija, kemm hemm persuni li għandhom aktar minn 65 sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li hemm disa (9) membri li għandhom aktar minn 65 sena u li ġew appuntati jew eletti biex iservu fuq diversi Bordijiet/Kumitati li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministeru tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Nursing Aides fid-dekasteru tiegħu li mhux qed jagħmlu xogħol skond il-job description tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li hawn 12 Nursing Aides fid-Diviżjoni tas-Saħħa li mhux qed jagħmlu xogħol skond il-job description taghħom.
Dawn jinsabu:
4 fil-Medical Stores
3 fis-sezzjoni tal-Patoloġija
1 fl-X-Rays Department
1 fir-Reception area
2 fil-Provision Stores
1 fl-istores
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni dipartimentali tal-persuna li isimha u l-ID card tagħha qed jintbagħtu separatament li mietet fis-16 ta' Jannar, 1999?
Jekk l-inkjesta tlestiet, x'passi ttieħdu? Il-familja qed tiġi nformata?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-investigazzjoni Dipartimentali rigward il-persuna li mietet fis-16 ta' Jannar, 1999 ġiet konkluża. Investigazzjonijiet Dipartimentali jsiru sabiex jiġi skrutinizzat is-servizz innifsu bil-għan li jsir titjib. Għalhekk loġikament wara kull inkjesta jsiru rakkomandazzjonijiet sabiex jitjieb is-servizz offrut lill-pazjenti. F'dan il-każ ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord qed jiġu mplimentati għall-benefiċċju ta' kull min jirrikorri għas-servizz tas-Saħħa pprovdut mill-Gvern.
Għandha ssir distinzjoni bejn l-informazzjoni li l-familjari għandhom dritt għaliha, bħal per eżempju f'dan il-każ l-aċċess għall-file mediku tal-pazjenta, u nformazzjoni li minħabba n-natura amministrattiva tagħha dan id-dritt awtomatiku ma jissustitwixxix. Il-familja f'dan il-każ qed tiġi aċċertata li għandha aċċess għall-file mediku kif ukoll tingħata l-għajnuna kollha sabiex l-informazzjoni mediku titwassal b'aktar faċilita'.
'
Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta d-Drug and Therapeutic Committee se japprova d-droga Ribaverin biex tingħata lil dawk il-każi tal-Hepatitis C li nstab li bid-droga Interferin ma marrux tajjeb? Billi hemm każ jew każi ta' applikazzjonijiet pendenti mill-bidu ta' din is-sena, jista' jgħid jekk dawn it-talbiet ġewx irrifjutati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Sa issa għad ma kien hemm l-ebda talba skond il-proċeduri stabbiliti biex il-mediċina Ribaverin tiġi kkunsidrata mid-Drugs & Therapeutics Committee.
Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta d-Drug and Therapeutic Committee se japprova d-droga Ribaverin biex tingħata lil dawk il-każi tal-Hepatitis C li nstab li bid-droga Interferin ma marrux tajjeb? Billi hemm każ jew każi ta' applikazzjonijiet pendenti mill-bidu ta' din is-sena, jista' jgħid jekk dawn it-talbiet ġewx irrifjutati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni dipartimentali tal-persuna li isimha u l-ID card tagħha qed jintbagħtu separatament li mietet fis-16 ta' Jannar, 1999?
Jekk l-inkjesta tlestiet, x'passi ttieħdu? Il-familja qed tiġi nformata?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nurses li jaħdmu l-ħabs fuq bażi ta' full time u part time? Kemm hemm nurses jaħdmu l-ħabs fuq bażi part time? F'kull każ, jista' l-Ministru jgħid min kienu n-nurses li ħadmu l-ħabs mill-1 ta' Lulju 1999 u t-30 ta' Ġunju 2000? F'kull każ, jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul gross ta' kull infermier?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fid-dipartiment tas-saħħa li qalgħu aktar minn żewġ transfers mis-6 ta' Settembru 1998 sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-transfers isiru dejjem skond l-esiġenzi tas-servizzi.
Infurmat li kien hemm ħaddiem wieħed fid-Diviżjoni tas-Saħħa li ġie trasferit aktar minn darbtejn mis-6 ta' Settembru 1998 sal-lum. Fil-fatt dan il-ħaddiem ġie trasferit tlett darbiet li minnhom darba kien mitlub minnu stess.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu l-ewwel appuntament ġdid li jingħata fid-dipartiment ta' l-out-patients tal-ġilda fl-isptar Boffa għal każijiet ta' skin tags?
Jista' l-Ministru jgħid meta hu l-ewwel appuntament ġdid li jingħata fid-dipartiment ta' l-out-patients tal-ġilda fl-isptar Boffa għal każijiet ta' skin tags?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li "skin tags" imkien fid-dinja ma huma kkunsidrati urġenti, infurmat li bħalissa pazjenti għat-trattament ta' "skin tags" qed jistennew għaxar (10) xhur.
Jista' l-Ministru jgħid min kien/u r-rappreżentant/i tal-klijent (f'dan il-każ il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi) skond il-ftehim bejn l-FSM u l-konsorzju Skanska li ġie ffirmat fi Frar ta' din is-sena rigward il-bini ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?

Infurmat li r-rappreżentanti tal-klijent skond il-ftehim ta' Frar 2000 bejn l-FMS u Skanska Malta J.V. rigward il-bini ta' Sptar Ġdid f' Tal Qroqq, huwa l-Perit Martin Attard Montalto.
Drug and Therapeutic Committee — Parkinson's Disease
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Drug and Therapeutic Committee approvatx id-droga Comtan (Entacapone 200mg) għall-każi ta' Parkinson's Disease, b'mod speċjali fejn id-droga sinemet u mediċini oħra ma jkunux qed ikunu effettivi biżżejjed? Jekk fin-negattiv meta mistenni li d-DTC tapprova l-Comtan?

Infurmat li d-Drugs and Therapeutics Committee ikkonsidra l-introduzzjoni tad-Drug Entacapone fil-meeting li kellu fit-12 ta' Ġunju 2000.
Wara li kkonsidra r-riżultati taż-żewġ studji prinċipali fuq din il-mediċina, ra li kien hemm inkonsistenza konsiderevoli fir-riżultati ta' dawn iż-żewġ studji. Għaldaqstant deherlu li għal issa ma kienx sejjer jirrakomanda l-introduzzjoni ta' din il-mediċina, pero ser jirrevedi din id-deċiżjoni sitt xhur oħra f'każ li jkun hemm aktar informazzjoni fuq l-effett ta' din il-mediċina.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fl-isptar San Luqa li huma fil-grad 15 jew inqas li għandhom il-permess li jidħlu bil-karozza fil-grounds ta' l-isptar San Luqa matul il-ġurnata? F'kull grad mill-grad 15 'l isfel kemm hemm persuni li għandhom dan il-permess?

Overtime Performed at the Ambulance Garage from January 1998 to June 2000
January '98 166.84 January '99 589.00February '98 416.00 February '99 228.00March '98 301.10 March '99 324.64April '98 726.92 April '99 550.74May '98 250.00 May '99 1116.30 June '98 130.00 June '99 1126.60July '98 96.00 July '99 2069.43August '98 189.75 August '99 3026.60September '98 1260.35 September '99 2837.79October '98 0.00 October '99 2880.52November '98 0.00 November '99 1852.00December '98 801.00 December '99 1711.00---------------------------------------- -----------------------------------------Grand Total 4337.96 Grand Total 18312.62 --------------------------------------- -----------------------------------------
Januar y '00 2261.00 February '00 2561.00March '00 2472.00April '00 2577.00May '00 2859.20June '00 2442.57----------------------------------------G rand Total 15172.77 ----------------------------------------