Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19535 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar St. James — MRI scans

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru MRI scans fl-Isptar St. James sena, sena fl-1997, 1998, 1999 u 2000?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19070 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Skanska — Awditjar

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien qed jagħmel l-awditjar tal-claims ta' Skanska rigward il-bini ta' l-isptar il-ġdida f'Tal-Qroqq, bejn l-1 ta' Marzu 2000 u llum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19083 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Government Pharmaceutical Service

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħlasijiet pendenti fil-Government Pharmaceutical Service? Kemm għandu jieħu kull aġent li għandu jieħu ħlasijiet mill-G.P.S.? Kemm tħallas kull aġent mill-1 ta' Jannar 2000 sa l-1 ta' Settembru 2000?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19084 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi mħabbra r-riforma fis-settur tal-mediċini li kienet tħabbret fid-diskorsi tal-budget għal din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19085 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet ħalli ċ-ċentri tas-saħħa jitwalilhom il-ħin li fih jagħtu servizz komplut?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li t-taħdidiet ħalli ċ-ċentri tas-saħħa jitwalilhom il-ħin li fih jagħtu servizz għadhom għaddejjin.
Leg 9 PQ #19143 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm illum il-pilloli Bendrofluoride out of stock? Meta hu mistenni i din il-mdiċina terġa' tingħata lill-pazjenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19046 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Seclusion Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba saret ħsara fis-seclusion unit fl-Isptar Monte Carmeli u minn meta infetħet? Xi ħsara saret u kemm kien il-valur ta' ħsara f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19050 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Seclusion Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid li wara li pazjent weħlitlu idejh fit-toilet tas-seclusion unit fl-Isptar Monte Carmeli u li kellhom jinġiebu l-membri tal-protezzjoni ċivili ħalli jkissru t-toilet biex jeħilsulu idejh, jekk sarux toilets alternative ħalli din l-istorja ma tirrepetix ruħha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19055 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Seclusion Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba minn meta nfetħet is-seclusion unit fl-Istpar Monte Carmeli ddaħlu fiha pazjenti ta' anqas minn 16-il sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19063 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Protezzjoni Ċivili — Servizzi Mediċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjoni saret bejn id-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Federazzjoni għas-servizzi mediċi dwar il-pjani ta' protezzjoni għal kontra l-ħruq, fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq? Jekk fl-affermattiv, x'suġġerimenti saru min-naħa tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fuq dan is-suġġett?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ewwel konsultazzjoni saret ma` Skanska Ltd. għall-bidu tas-sena 1999 fejn ġew diskussi diversi punti fosthom: · water supplies for fire fighting · accessibility for fire vehicles and fire fighters · internal fire fighting equipment and compartments · arrival time and number of fire fighters to be on site Ninsab infurmat ukoll li saret konsultazzjoni oħra permezz ta` applikazzjoni nru. PA2498/99 tal-Planning Authority fl-10 ta` April, 2000 u applikazzjoni nru. PA4549/00 riċevuta reċentement fejn ser jingħataw ir-rakkomandazzjonijiet tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Leg 9 PQ #19066 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Federazzjoni għas-Servizzi Mediċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm riżenji jew kuntratti mhux imġedda fil-Federazzjoni għas-Servizzi Mediċi mill-1 ta' Jannar 2000 u llum? Min kienu u x'xogħol kienu qed jagħmlu dawk li rriżenjaw? Min kienu u x'xogħol kienu qed jagħmlu dawk li l-kuntratt tagħhom ma ġiex imġedded?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19025 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Boffa — Funds Allocations

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' l-Isptar Boffa kemm kienu l-funds allocations per line object 2000 (Health) item item (operation and maintenance) fil-bidu tas-sena 2000? Il-fund allocation ġew mibdula jew aġġustati sa fl-1 ta' Settembru 2000? X'bidliet saru? Kemm minn dawn il-fondi allokati intefqu sa l-1 ta' Settembru 2000? Kemm hu l-valur ta' kontijiet li sa l-1 ta' Settembru ma kenux imħallsa? Kemm hu l-valur tal-kontijiet ta' xogħol li diġa' sar jew inxtara u li l-Isptar Boffa għadu ma rċevix talbiet għall-ħlas? Fl-1 ta' Settembru 2000 kemm kien il-bilanċ ta' kull item (OFM) fil-fund allocations per line object għall-Isptar Boffa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

linformazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19028 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Fund Allocations

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' l-Isptar San Luqa kemm kienu l-fund allocations per line object 2000 (Health), item item (operational and maintenance) fil-bidu tas-sena 2000 Il- fund allocations ġew mibdula jew aġġustati sa l-1 ta' Settembru 2000? X'bidliet saru? Kemm minn dawn il-fondi allokati ntefqu sa l-1 ta' Settembru 2000? Kemm hu l-valur ta' kontijiet ta' xogħol li diġa' sar jew inxtara u li l-Isptar San Luqa għadu ma rċevix talbiet għall-ħlas? Fl-1 ta' Settembru 2000 kemm kien l-bilanċ ta' kull item (OFM) fil- fund allocations per line object 2000 għall-Isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

l-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19032 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Fund Allocations

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' l-Isptar Monte Carmeli kemm kienu l-fund allocations per line object 2000 (Health), item item (operational and maintenance) fil-bidu tas-sena 2000? Il-fund allocations ġew mibdula jew aġġustati sa l-1 ta' Settembru 2000? X'bidliet saru? Kemm minn dawn il-fondi allokati ntefqu sa l-1 ta' Settembru 2000? Kemm hu l-valur tal-kontijiet li sa l-1 ta' Settembru 2000 ma kenux imħallsa? Kemm hu l-valur ta' kontijiet ta' xogħol li diġa' sar jew inxtara u li l-Isptar Monte Carmeli għadu ma rċevix talbiet għall-ħlas? Fl-1 ta' Settembru 2000 kemm kien l-bilanċ ta' kull item (OFM) fil-fund allocations per line object 2000 għall-Isptar Monte Carmeli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19037 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Ħlas ta' Petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas għall-petrol u d-diesel għall-karozzi wżati fid-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Awissu 2000? Kemm hu l-valur ta' ħlas pendenti għall-petrol u diesel? Kemm tħalset kull pompa tal-petrol individwali li mingħandu nxtara l-petrol u d-diesel? Kemm hu d-dejn f'kull każ separat ma' kull pompa tal-petrol, tal-petrol u d-diesel li għalih għadu ma sarx ħlas?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19040 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Ħlas ta' Petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kull pompa tal-petrol, separatament, tħallsu għal xiri ta' petrol u diesel tul is-sena 1999? Kemm kien id-dejn fl-1 ta' Jannar 2000 ma' kull pompa tal-petrol, separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19042 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Awtorita' ta' l-Ippjanar — Garaxxijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-garaxxijiet li għandhom il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex fihom isir it-test tal-VRT?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar approvat s`issa għaxar applikazzjonijiet għal garaxxijiet li fihom jista` jsir it-test tal-VRT. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-garaxxijiet.
Leg 9 PQ #18368 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Media — Tapes

Question

Jista' l-Ministru jgħid, mill-1 ta' Jannar 2000 sal-lum, kemm intalbu, mid-dekasteru li hu responsabbli, kopji ta' tapes ta' items minn stazzjonijiet tar-radju u/jew televiżjoni? Minn liema stazzjonijiet intalbu? X'inhi r-raġuni li qed jintalbu dawn it-tapes? Kemm jitħallas kull stazzjon għal kull servizz? Kemm tħallas kull stazzjon mill-1 ta' Jannar 2000 sal-lum għal dawn is-servizzi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Divizzjoni tas-Saħħa Il- Communications Unit tad-Divizzjoni tas-Saħħa talab kopja waħda ta' tape ta' item minn stazzjon tar-radju. L-istazzjon kien is- Super One Radio Ir-raġuni tat-talba kienet biex id-Divizzjoni tas-Saħħa tkun tista' tirrispondi għal xi allegazzjonijiet li jkunu saru. Is- Super One Radio tħallas Lm5.75. Mill-01/01/00 ħallasna Lm5.75 għal dawn is-servizzi. Fondazzjoni għas-Servizzi Medici Mill-1 ta' Jannar sal-lum intalbu kopji ta 15 il-tape minn stazzjonijiet tat-televizjoni. Dawn intalbu minn Public Broadcasting Services, Super 1 TV u Net TV. Dawn it- tapes jintalbu biex jinżamm rekord ta' xi avveniment jew biex jiġi kkjarifikat xi rappurtaġġ. L-istazzjonijiet jitħallsu b'dan il-mod u tħallsu dawn it-totali: Super 1 TV (5 tapes b'Lm8.63) Lm43.15 Public Broadcasting Services (5 tapes b'Lm7.36) Lm36.80 Net TV (5 tapes b'Lm5.00) Lm25.00
Leg 9 PQ #18402 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dekasteru tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, fid-dekasteru li hu responsabbli għalih kif ukoll bordijiet ta' tmexxija, kemm hemm persuni li għandhom aktar minn 65 sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.