Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Maltacom hux qed tipprovdi mobile text phone?
Jekk fl-affermattiv, x'inhi l-proċedura biex l-persuna b'diżabilita' ta' smiegħ, tista' tagħmel biex takkwista mobile text phone?
Jekk fin-negattiv, meta hemm il-ħsieb li l-Maltacom jew il-Go Mobile jdaħħlu il-mobile text phone f'Malta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx impjegati fid-dekasteru li hu responsabbli għalih li ntbagħtu d-dar, ma jattendux għax-xogħol għal diversi jiem u xorta waħda jitħallsu l-paga u xorta waħda jitħallsu l-paga u jingħataw l-allowances kollha, inkluż il-ħlasijiet extra tal-ħdud?
Jekk fl-affermattiv, x'wassal li jittieħdu dawn il-paswsi, minflok ma jitħallew jidħlu għax-xogħol u jaħdmu f'post differenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ma jeżistu ebda impjegati fid-Diviżjoni tas-Saħħa li ntbagħtu d-dar, ma attendewx għax-xogħol għal diversi jiem u xorta waħda jitħallsu l-paga u jingħataw l-'allowances' kollha inkluż il-ħlasijiet extra tal-ħdud.
Jekk l-Onor. Interpellant jaf b'xi każ partikolari, nitolbu jinfurmani.
Kummissjoni għall-Persuni b'Diżabilita' — Mobile text phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk xi dipartiment, fid-dekasteru tal-politika soċjali jew il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b'Diżabilita', jipprovdix mobile test phones għall-persuni b'diżabilita' ta' nuqqas smiegħ?
Jekk fl-affermattiv, x'proċedura trid tintuża biex wieħed japplika għal mobile text phone?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartimenti fid-dikasteru tal-Politiku Soċjali u l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni f'Diżabilita' ma jipprovdux Mobile Text Phones għall-Persuni b'Diżabilita b'nuqqas tas-smigħ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fid-dekasteru tas-saħħa li fl-aħħar sena kellhom il-fakulta' li jieħdu t-tfal tagħhom fl-uffiċċju tagħhom fuq il-post tax-xogħol li jaħdmu fih?
Jista' l-Ministru jgħid min huma dawn il-ħaddiema?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema l-oħra fid-dekasteru tas-saħħa hux se jingħataw l-istess opportunita'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma kien hemm l-ebda ħaddiem li ingħata l-fakulta' li jieħu t-tfal tiegħu fuq il-post tax-xogħol. Jekk l-Onor. Membru jaf b'xi każ partikolari, nitolbu jinfurmani.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji b'mod urġenti ħalli ma tirrepitx ruħha s-sitwazzjoni tas-snin li għaddew fil-viċinanzi tal-Magħtab fejn it-toroq jimtlew tjun u trabijiet meta dan jibda jinxef, u li jwasslu san-Naxxar, Mosta, Salini u Baħar iċ-Cagħaq?
Billi kien hemm suġġeriment li t-tyres jitnaddfu bil-pressa ta' l-ilma qabel l-inġenji jitilqu Magħtab, skond suġġeriment li kont għamilt xhur ilu u li kien hemm il-wegħda fir-risposta parlamentari li kellu jinxtara l-apparat, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xiri ta' dan l-apparat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Tajt struzzjonijiet biex jittieħdu l-passi neċċessarji ħalli jitnaqqas dan l-inkonvjent.
Il-proċess tas-sistema tal-ħasil tat-'tyres' għandu jibda hekk kif jitlesta xogħol ta' zvilupp tad-daħla ta dan is-sit fil-Magħtab.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji ħalli jitneħħa l-konkos li ntefa' minn xi individwu responsabbli bi spralli fi Triq l-Ingilterra, Naxxar ma' Triq il-Ġermanja, Naxxar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjonli għaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsil Lokali nteresat.
Jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' l-Isptar San Luqa kemm kienu l-fund allocations per line object 2000 (Health), item item (operational and maintenance) fil-bidu tas-sena 2000?
Il-
fund allocations
ġew mibdula jew aġġustati sa l-1 ta' Settembru 2000? X'bidliet saru?
Kemm minn dawn il-fondi allokati ntefqu sa l-1 ta' Settembru 2000?
Kemm hu l-valur ta' kontijiet ta' xogħol li diġa' sar jew inxtara u li l-Isptar San Luqa għadu ma rċevix talbiet għall-ħlas? Fl-1 ta' Settembru 2000 kemm kien l-bilanċ ta' kull
item (OFM)
fil-
fund allocations per line object 2000
għall-Isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej:
21-UTILITIES 2110 Fuel (non Trans)
Lm110,000
2130 Electricity
Lm47,500
2140 Water
Lm47,500
2160 Communications Serv.
Lm40,000
22-Materials & Supplies 2110 Oper. Mat. & Supp.
Lm160,000
2220 Clean. Mat. & Supp.
Lm30,000
2230 Uniforms
Lm80,000
2240 Sundry Mat. & Supp.
Lm380,000
2250 Spare-parts
Lm160,000
2260 Protective clothing
Lm30,000
23 - Repair & Upkeep 2330 Office Furniture
Lm80,000
2340 Plan & Equip.
Lm250,000
2360 Sundry Repairs
Lm70,000
2370 Other rep. & upkeep
Lm70,000
24 - Rent 2420 Rent Govt. property
Lm239,850
26 Office Service 2610 Printing
Lm27,000
2620 Stationery
Lm48,700
2630 Subscription
Lm1,800
2650 Postage
Lm6,000
2670 Other office service
Lm1,000
27 - Transport 2710 Maint. to vehicles
Lm10,000
2720 hire of transport
Lm2,000
2730 hire of self-drive
Lm2,000
2750 Fuel
Lm10,000
29 - Information Services 2910 P.R. Agency Costs
Lm100
2940 Advertising
Lm200
30 - Contractual Services 3040 Waste disposal
Lm500
3060 Other contr. services
Lm529,500
31 - Profess. Services 3190 Other Support Service
Lm119,000
32 - Training 3230 Course Subs. Emp.
Lm20,000
3240 Fees training abroad
Lm10,000
3250 Fees local training
Lm2,000
33 - Hospitality 3310 Entertainment
Lm200
34 - Incidental Expenses 3410 Incidental Expenses
Lm500
TOTAL: Lm2,585,350
Jista' l-Ministru jgħid kemm illum il-pilloli Bendrofluoride out of stock? Meta hu mistenni i din il-mdiċina terġa' tingħata lill-pazjenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-pilloli Bendrofluazide 5mg kienu 'out of stock' mill-ispiżerija tal-Isptar tal-Gvern mill-22/08/00,
minħabba li l-Kuntrattur lokali abbanduna l-Kuntratt li kellu mad-Dipartiment tas-Saħħa.
Is-Servizzi Farmaċewtici tal-Gvern kellhom għal din ir-raguni jimportaw l-mediċina dirett mill-Ingilterra. L-istokk wasal fil-14/09/00, ġie ċċertifikat tajjeb fil-15/09/99 u beda jitqassam fil-18/09/00.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm riżenji jew kuntratti mhux imġedda fil-Federazzjoni għas-Servizzi Mediċi mill-1 ta' Jannar 2000 u llum?
Min kienu u x'xogħol kienu qed jagħmlu dawk li rriżenjaw?
Min kienu u x'xogħol kienu qed jagħmlu dawk li l-kuntratt tagħhom ma ġiex imġedded?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-1 ta' Jannar sal-lum kien hemm kuntratt itterminat qabel għalqet il-probation u sebgħa riżenji mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi mħabbra r-riforma fis-settur tal-mediċini li kienet tħabbret fid-diskorsi tal-budget għal din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li t-'Task Force' bejn il-Ministeru tas-Saħħa u dak tal-Politika Soċjali lesta r-rapport 'A Review on Entitlement to free Medicines' fi Frar, 2000. Dan ir-rapport bħal issa qiegħed jiġi ikkunsidrat mill-awtoritajiet kompetenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' injury on duty fl-Isptar Monte Carmeli fuq nurses, nursing aides u health assistants mill-5 ta' Mejju, 1999 sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta' każi ta' "injury on duty" fl-Isptar Monte Carmeli fuq nurses. nursing aides u health assistants mill-5 ta' Mejju 1999 sal-lum kien tmienja (8), wieħed (1) u wieħed (1) rispettivament.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji ħalli l-istudenti mill-inħawi tal-Mosta u n-Naxxar u li jattendu l-iskola Sir Adrian Dingli f'Pembroke ma jibqgħux ikollhom joħorġu fis-6.30 a.m. biex jaqbdu l-private biex twassalhom l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li minn informazzjoni miġbura mill-uffiċjal inkarigat mit-trasport ta' l-istudenti fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jirriżulta li ebda private ma tibda qabel is-7.00am. 127 student mill-inħawi tan-Naxxar, fejn hemm 3 privates, jirkbu fis-7.30a.m.
248 student mill-inħawi tal-Mosta, fejn hemm 6 privates, jirkbu hekk:
1) Blata l-Għolja : 7.30a.m.
2) Triq il-Kbira : 7.45a.m.
3) Zokrija : 7.30a.m.
4) Santa Margerita : 7.30a.m./7.45a.m. ( żewġ privates)
5) Football Ground : 7.50a.m.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ħarġitx allowances fl-1999 u fl-2000 lil xi mpjegati li jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministeru tas-Saħħa?
Jekk fl-affermattiv, min huma dawn l-impjegati u x'inhu l-grad tagħhom, kemm hu l-ammont ta' l-allowance, għal-liema raġuni f'kull każ ħarġet jew se toħroġ din l-allowance?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-F.M.S. ma ħarġitx allowances lill-impjegati li jaħdmu fid-dekastru tal-Ministeru tas-Saħħa kemm fl-1999 u kemm fl-2000.
Wara li Dr Anthony Vassallo, spiċċa minn advisor, jista' l-Ministru jgħid min qed jgħin fl-iscreening tar-regolamenti tal-EU u fit-tfassil ta' liġijiet dwar is-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-iscreening tar-regolamenti tal-EU qiegħed isir mill-uffiċċju tad-Direttur Ġenerali (tas-Saħħa).
Dwar it-tfassil ta' liġijiet dwar is-Saħħa dan qed isir mill-uffiċċju legali tad-Dipartiment kif ukoll min kumpanija ta' Avukati li hija ngaġġata għal dan il-għan.
Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet u x'passi ttieħdu ħalli l-overtime li sploda fil-garaxx ta' l-ambulanzi, jiġi kkontrollat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda splużjoni fl-ammont ta' l-overtime fil-garaxx ta' l-ambulanzi. Hija ħaġa normali li fix-xhur tas-sajf l-overtime fil-garaxx ta' l-ambulanzi jiżdied imħabba diversi fatturi:
1) Żieda fil-bżonnijiet tad-dipartimenti u ta' sections oħra.
2) Żieda fix-xogħol imħabba fit-turisti.
3) Numru ta' ħaddiema jieħdu il-leave tagħhom.
Id-dipartiment jagħmel kull sforz biex jiżgura li l-overtime maħdum ikun ġustifikat. Kull kas ta' sick leave jiġi investigat kuljum.
Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, mill-1 ta' Ottubru, 1999 sal-31 ta' Awissu, 2000 min huma l-impjegati, l-ID Card u l-grad tagħhom fid-Dipartiment tas-Saħħa li f'xi xahar qalgħu aktar minn Lm100 overtime? F'kull każ kemm kien il-valur f'termini ta' flus ta' dan l-overtime?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, mill-1 ta' Ottubru, 1999 sal-31 ta' Awissu, 2000 min huma l-impjegati, l-ID Card u l-grad tagħhom fid-Dipartiment tas-Saħħa li f'xi xahar qalgħu aktar minn Lm100 overtime? F'kull każ kemm kien il-valur f'termini ta' flus ta' dan l-overtime?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet mal-Malta Islamic Welfare Fund biex jibnu ċimiterju f'Malta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fejn għandha x'taqsam id-Diviżjoni tas-Saħħa infurmat li l-applikazzjoni dwar sit għal bżonn tal-komunita` Islamika bħala Ċimiterju, ġiet ikkunsidrata mill-"General Services Board", fejn ġie deċiż li ma hemm l-ebda oġġezzjoni għal din l-applikazzjoni fir-rigward ta` Saħħa Pubblika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm separatament daħlu pazjenti fl-Isptar Zammit Clapp fl-1999 u fl-2000 (sal-31 ta' Awissu 2000)?
Kemm minnhom daħlu direttament mill-komunita' jew istituzzjonijiet oħra fl-istess żmien?
Fl-istess żewġ perjodi kemm ġew rifjutati pazjenti, li kienu fl-Isptar San Luqa, milli jmorru fl-Isptar Zammit Clapp?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li fl-Isptar Zammit Clapp-
fl-1999 daħlu 1030
fl-2000 (sal-31 t'Awissu ) daħlu 666
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba jaħdmu mal-gvern illum?
X'inhu l-grad tagħhom, kemm minnhom huma nisa u kemm hemm irġiel?
Kemm hemm tobba barranin jaħdmu mal-gvern bħalissa?
X'inhu l-grad tagħhom, kemm minnhom huma nisa u kemm hemm irġiel?
Kemm hemm tobba barranin jaħdmu mal-gvern bħalissa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta' tobba jaħdmu mal-Gvern illum huma ħames mija u sitta u tmenin (586).