Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19040 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Ħlas ta' Petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kull pompa tal-petrol, separatament, tħallsu għal xiri ta' petrol u diesel tul is-sena 1999? Kemm kien id-dejn fl-1 ta' Jannar 2000 ma' kull pompa tal-petrol, separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hi kif ġej: Isem tal-Pompa Ammount LM Industrial Motors Ltd. 18,359.85 Miss Ltd. 9,502.00 Carlo Cini Ltd. 267.00 V & J Grima Ltd. 757.05 V.C. Service Station 526.35 Polidano Service Station 527.00 A & D Borg Tyre Service 13.05 C. Abela Auto Station 3.48 Charles Vella & Sons Ltd. 4.35 Jameno Ltd. 4.35 Kappara Service Station 3.48 Manoel Island Service Station 32.03 Natu 39.80 Pardi Ent. Ltd. 6.09 Michael Attard Ltd. 4.35 Paul & Rocco 3,529.69 Paul & Rocco (Marsa) 8.70 Tyre Services Ltd. 6.74 Velga Bros. Ltd. 5.00 Sundries 35.66 TOTAL 33,636.02
Leg 9 PQ #19529 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, mill-1 ta' Ottubru, 1999 sal-31 ta' Awissu, 2000 min huma l-impjegati, l-ID Card u l-grad tagħhom fid-Dipartiment tas-Saħħa li f'xi xahar qalgħu aktar minn Lm100 overtime? F'kull każ kemm kien il-valur f'termini ta' flus ta' dan l-overtime?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab fuq il-listi annessi u qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #20315 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema rata ta' taxxa jiġu ntaxxati għal xogħol part-time ma' xi korporazzjoni parastatali, il-ħaddiema li bħala mpjieg prinċipali dawn jaħdmu maċ-Ċivil?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul minn impjieg part-time ma’ xi korporazzjoni jew parastatali, ta’ ħaddiema li jkollhom impjieg full-time mal-Gvern huwa ntaxxat bir-rati normali tat-taxxa.
Leg 9 PQ #20316 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sptar Boffa - Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' mediċini li huma neqsin fl-Isptar Boffa u fl-ispiżerija ta' l-Isptar Boffa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-lista ta` mediċini li huma neqsin fl-Isptar Boffa u fl-ispiżerija ta` l-istess sptar, huma kif ġej fil-lista indikata hawn taħt: ITEM Alphakeri Bath Oil Aserbine Cream Calcipotriol Cream Calcium Effervescent Chlopropamize Inj. Dapsone 100mg Tabs. Dithranol 0.1% Cream Dithranol 0.25% Cream Dobutamine Inj. Ferrous Sulphate Tabs. Hydroxychloroquine 200 mg Tablets Labetalol Inj. Mesalazine 400 mg Tabs. Methylsallcylate Ointment Miconazole & Hydrocortisone Cream Oxybutinin 5mg Tabs. Pentamidine Inj. Permethrin Solution Silver Nitrate Pencil Spironolactone 25mg Tablets Tretinoin Cream White Petroleum Jelly White Soft Paraffin 225g White Soft Paraffin 453g White Soft Paraffin 85g
Leg 9 PQ #20317 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ta' Qali - Huts - Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadhomx jingħataw permessi biex jinfetħu huts ġodda ta' l-artiġġjanar f'Ta' Qali? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid xi proċeduri wieħed għandu juża ħalli jkun jista' jiftaħ hut f'Ta' Qali?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma diġa` ħabbar il-Gvern, il-lok tal-villaġġ ta` l-artiġjanat ġo Ta` Qali huwa s-suġġett ta` Development Brief illi qiegħed ikun finalizat b`kollaborazzjoni bejn l-Awtorita` ta` l-Ippjanar u s-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi. Id-Development Brief ser jindika l-proċess ta` kif wieħed ikun jista` jistabilixxi ruħu f`dan il-villaġġ.
Leg 9 PQ #19535 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar St. James — MRI scans

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru MRI scans fl-Isptar St. James sena, sena fl-1997, 1998, 1999 u 2000?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' pazjenti li ntbagħtu għall-MRI Scans mid-Dipartiment tas-Saħħa f'St. James Hospital kien:- 1997 - 225 1998 - 328 1999 - 485 2000 - 162 ________________ TOTAL - 1200 _________________ Minn mindu bdew isiru l-MRI Scans fl-Isptar San Luqa fil-11 ta' April ta' din is-sena sat-3 ta' Ottubru saru 832 proċeduri ta' MRI Scans - jiġifieri jekk pazjent kellu bżonn Scan ta' rasu u ieħor ta' dahru jitqiesu bħala żewġ proċeduri.
Leg 9 PQ #19787 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta u min kien/u l-aġent/i, direttur/i ġenerali tas-saħħa fil-perijodu tul din is-sena li d-Direttur Ġenerali tas-Saħħa kien bil-leave jew indispost?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba dwar meta d-Direttur Ġenerali kien bil-leave jew indispost matul din is-sena hija kif ġej: Perjodu Aġent Direttur Ġenerali 2 t'April 2000 - 6 t'April 2000 Dr. John M.Cachia 12 ta' Mejju 2000 - 19 ta' Mejju 2000 Dr. John M. Cachia 28 ta' Mejju Dr. John M. Cachia 5 ta' Ġunju 2000 - 9 ta' Ġunju 2000 Dr. John M. Cachia 30 ta' Ġunju 2000 - 21 ta' Lulju 2000 Dr. John M. Cachia 11 ta' Settembru 2000 - 15 ta' Settembru 2000 Dr. Malcolm Micallef L-Aġent Direttur Ġenerali dejjem jintagħżel skond is-seniority.
Leg 9 PQ #19718 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delegazzjoni Għolja Militari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn min hija ffurmata d-delegazzjoni għolja militari li qed iżuru Malta bħalissa u li mistennija tagħmel laqgħat ma' uffiċjali lokali ta' l-Armata għada? X'inhi r-raġuni li din id-delegazzjoni qiegħda f'Malta? Hija ko-inċidenza li għada se jibdew isiru eżerċizzji minn membri ta' l-Armata f'Għajn Tuffieħa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bħalissa f’Malta hawn delegazzjoni militari mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. L-għanijiet taż-żjara huma biex isiru bdil ta’ fehmiet u biex jiġu diskussi modi ta’ koperazzjoni bejn il-militar taż-żewġ pajjiżi. Id-delegazzjoni tinkludi sitt uffiċjali. Bħalissa bħala parti mill-eżerċitazzjoni msejjaħ “Terra Ferma” hawn Malta kontinġent ta’ l-Armata Taljana, li hu magħmul minn 5 uffiċjali u 43 suldat. Dan il-kontinġent ġie apposta għal taħriġ u eżerċizzju mal-Forzi Armati Maltin. Uffiċjal għoli Taljan ser iżur Malta nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Ottubru 2000 biex isegwi l-eżerċizzju flimkien mal-Kmandant tal-Forzi Armati Maltin. Il-fatt li ż-żjara mid-delegazzjoni Ċiniża ħabtet eżatt fl-istess ġranet li fihom il-Forzi Armati qegħdin jagħmlu eżerċizzju flimkien ma’ suldati Taljani fl-inħawi msemmija hu ko-inċidenza.
Leg 9 PQ #19779 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Skanska — Awditjar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19070, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi ftehim ma' Skanska Malta J.V. ħalli l-awditjar tal-claims ta' Skanska jiġu posposti sakemm tintgħażel kumpannija ta' awditjar, ladarba din il-kumpannija ta' awditjar se tevalwa l-claims li saru minn Marzu ta' din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma sar l-ebda ftehim f'dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #19780 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Aġenti tal-Mediċina

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi partijiet minn mistoqsijiet parlamentari numri 19083 u 19577 li forsi bi żvista tħallew barra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Lista bid-dettalji mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #19782 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Fond Allocations

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi partijiet minn mistoqsija parlamentari numru 19028 li forsi bi żvista tħallew barra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19784 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Federazzjoni għas-Servizzi Mediċi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi partijiet minn mistoqsija parlamentari numru 19066 li forsi bi żvista tħallew barra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-1 ta' Jannar 2000 sal-lum kien hemm kuntratt itterminat qabel għalqet il-probation u sebgħa riżenji mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Riż enji Poż izzjoni Rene H. Formosa Vice President Martin Attard Montalto Head Engineering Operations Frank Cortis Architect & Civil Engineer Catald Muscat Assistant Quantity Surveyor Norman Alexander Quantity Surveyor Anthony Dakin Messenger Officer hand Catherine Mercieca Secretary Probation Euphrasia Cassar Manager Cleaning Services
Leg 9 PQ #19786 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19658, jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx xi ħaddiem fl-Isptar Boffa li fil-każ tiegħu ttieħdet id-deċiżjoni li ma jattendix ix-xogħol u xorta jieħu l-paga kollha, inklużi l-allowances kollha marbuta mal-kariga tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-każ li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant qiegħed jiġi nvestigat mill-pulizija u saħansitra għadejja inkjesta maġisterjali.
Leg 9 PQ #19711 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għargħur - Skola Karmnu Sant

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji ħalli jissewwew jew jinbidlu s-soqfa tas-sala ta' xi skejjel ta' l-iskola primarja Karmnu Sant fil-Għargħur billi dawn għandhom ħsara konsiderevoli filwaqt li s-saqaf tas-sala ilu miftuħ għal diversi xhur?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f-dawn il-ġranet il-kuntrattur ingħata l-ordni biex ikompli x-xogħol fuq is-saqaf ta' l-iskola primarja Karmnu Sant fil-Għargħur. Ix-xogħol dam wieqaf għal tul ta' żmien minħabba li kellha tintalab awtorizzazzjoni għal nefqa akbar fuq il-proġett. Dan kien meħtieġ għaliex il-ħsara fis-saqaf kienet akbar minn dak previst. Meta issaqfet is-sala l-ewwel darba fl-1986 il-planki ma kienux tal-qies meħtieġ u tpoġġew ħażin. Din kienet il-kawża li ħafna mill-planki inqasmu u b'hekk saru perikolużi. Il-perit inkarigat mill-iskejjel mill-iskejjel statali għalhekk ordna li jinbidel is-saqaf kollu tas-sala. Għalhekk in-nefqa għal dan ix-xogħol għoliet konsiderevolment. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ser tieħu l-passi kollha neċessarji biex ix-xogħol li ser ikompli jsir, b'ebda mod ma jaffetwa t-tagħlim jew is-safety ta' l-istudenti.
Leg 9 PQ #19666 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tobba

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi partijiet mill-mistoqsija parlamentari numru 19534 li bi żvista ma kienx hemm risposta għalihom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba dwar it-tobba li jaħdmu mal-gvern illum hija kif ġej: FULL-TIME GRADE FEMALES MALES TOTAL Director General 0 1 1 Director (Clinical) 0 4 4 Chairman (Clinical) 0 6 6 Consultant 6 83 89 Principal Medical Officer 9 5 14 Senior Registrar 8 39 47 Senior Medical Officer 4 9 13 Registrar 14 24 38 Senior House Officer 46 71 117 Medical Officer 47 84 131 Houseman 20 47 67 Total 527 PART-TIME Grade Consultant 0 4 4 Medical Officer 3 8 11 Total 15 LOCAL UNDER CONTRACT Grade Consultant 0 2 2 Senior Registrar 0 2 2 Total 4 EXPATRIAT UNDER CONTRACT Grade Consultant 2 2 4 Senior Registrar 28 8 36 Total 40 GRAND TOTAL 586
Leg 9 PQ #19668 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-partijiet mill-mistoqsija parlamentari numru 19532, li bi żvista ma kienx hemm risposta għalihom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-Isptar Zammit Clapp - fl-1999 daħlu 1030 fl-2000 (sal-31 t'Awissu) daħlu 666 1999 2000 (sal-31 t'Awissu) Dirett mill-komunita' 359 225 Dirett mill-komunita' via Day Hospital 99 80 Mill-Isptar San Luqa 545 334 Minn Sptarijiet oħra tal-Gvern 4 3 Minn Sptarijiet Privati 23 24 TOTAL 1030 666 Pazjenti li kienu l-Isptar San Luqa u li kienu ġew rrifjutati milli jidħlu l-Isptar Zammit Clapp: - Fl-1999 - 175 Fl-2000 - 100
Leg 9 PQ #19669 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Garaxx ta' l-Ambulanzi — Overtime

Question

Billi l-overtime fil-garaxx ta' l-ambulanzi sploda tul is-sena kollha u mhux biss skond kif intqal fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 19528, jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru u x'passi ttieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #19669 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Garaxx ta' l-Ambulanzi — Overtime

Question

Billi l-overtime fil-garaxx ta' l-ambulanzi sploda tul is-sena kollha u mhux biss skond kif intqal fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 19528, jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru u x'passi ttieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

No response available.
Leg 9 PQ #19070 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Skanska — Awditjar

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien qed jagħmel l-awditjar tal-claims ta' Skanska rigward il-bini ta' l-isptar il-ġdida f'Tal-Qroqq, bejn l-1 ta' Marzu 2000 u llum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minn Marzu sal-lum ċertifikazzjoni 'interim' tax-xogħolijiet qed isiru 'in-house' mill-istaff tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Madankollu, l-awditjar irid isir isir mill-istess kumpanija li tirbaħ it-tender, imsejjaħ mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, għal servizz ta' 'Cost Controller' li jkopri l-perjodu kollu minn meta ġie ffirmat il-Kuntratt 'Design and Build ma' Skanska Malta J.V., jiġifieri minn Marzu 'il quddiem.
Leg 9 PQ #19083 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Government Pharmaceutical Service

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħlasijiet pendenti fil-Government Pharmaceutical Service? Kemm għandu jieħu kull aġent li għandu jieħu ħlasijiet mill-G.P.S.? Kemm tħallas kull aġent mill-1 ta' Jannar 2000 sa l-1 ta' Settembru 2000?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-ammont ta' ħlasijiet pendenti fil-Government Pharmaceutical Service sal-20 ta' Settembru 2000 għall-xiri ta' mediċini, apparat u 'disposable' (Surgical Materials & Devices/Prosthetic Orthotics) kien stmat li jlaħħaq madwar Lm4,107,937.