Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #24197 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Prodotti Farmaċewtiċi — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kull sena minn min saru u kemm ġew jiswew l-ispezzjonijiet li saru fis-snin 1998, 1999, 2000 lill-kumpanniji lokali li jipproduċu prodotti farmaċewtiċi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jista` l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku għal liema spezzjonijiet qed jirreferi.
Leg 9 PQ #24198 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tad-Dentistrija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'applikazzjonijiet hemm pendenti biex joħorġu fil-gazzetta tal-Gvern fid-dipartiment tad-dentistrija? Kemm hemm applikazzjonijiet li bħalissa qegħdin fil-proċess ta' interview? Kemm hemm applikazzjonijiet li ġew ipproċessati u li fil-preżent qegħdin għall-approvazzjoni tal-P.S.C. biex jinħarġilhom l-appointment?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li hemm żewġ sejħiet għall-applikazzjonijiet pendenti fid-dentistrija. Waħda hija għad-Dipartiment tad-Dentistrija u l-oħra fid-Dipartiment għall-Ħarsien ta’ l-Anzjani. Dawn iż-żewġ sejħiet għadhom qegħdin jiġu kkunsidrati. Hemm sejħa għall-applikazzjonijiet oħra li għadha kif ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern u li għaliha għadhom qegħdin jintlaqgħu l-applikazzjonijiet. Ma hemmx sejħiet għall-applikazzjonijiet li l-proċess ta’ l-għażla tagħhom tlesta u li qegħdin għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku biex jinħarġu l-“appointments” .
Leg 9 PQ #24199 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Medical Stores — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li bejn Settembru 1998 u l-aħħar tas-sena 2000 intnefqu biex jiġi refurbished il-bini tal-medical stores fi Gwardamanga (inkluż infrastruttura, soft furnishings, għamara, computers, eċċ.) Jista' l-Ministru jgħid minn liema vot jew voti ttieħdu dawn il-finanzi u min awtorizza din l-ispiża? Kemm kien l-ammont li tħallas sa l-aħħar tas-sena 2000? Fl-aħħar tas-sena 2000 kemm kien l-ammont ta' flus li kienu għadhom ma tħallsux?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għada qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #24200 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Medical Stores — Refurbishing

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn Settembru 1998 u l-aħħar tas-sena 2000 kemm mix-xogħol ta' refurbishing li sar fil-bini tal-medical stores fi Gwardamanga ħareġ wara sejħa ta' tender? Kemm mix-xogħol sar b'direct order? Kemm mix-xogħol sar wara li ntalbu quotations?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għada qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #24082 Sitting 508 2001-03-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Security Guards — Interviews

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni qagħdu għall-eżami bil-miktub tas-security guards fl-isptarijiet? Kemm għaddew mill-eżami? Min kienu? Meta mistenni li jsiru l-interviews? Dawk kollha li isimhom kien imniżżel ma' dawk li għaddew mill-eżami bil-miktub, huma mistennija li jintalbu joqgħodu għall-interview? Jekk le, għaliex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Billi s-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet ta' Security Guards fid-Diviżjoni tas-Saħħa qed tiġi pproċessata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #24083 Sitting 508 2001-03-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tobba Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma u xi speċjalita' għandhom tobba barranin li għandhom permess jaħdmu f'Malta fil-privat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tobba barranin għandhom bżonn ta' Liċenzja u "work permit" biex jaħdmu f'Malta fil-privat. Billi dawn id-dokumenti ma jinħarġux mill-Ministeru tas-Saħħa, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #24076 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar — File

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnu l-file ta' l-isptar tal-persuna li l-partikoalritajiet dwaru qed jintbagħtu separatament li kien miet kawża ta' aċċident tat-traffiku u li l-file in kwestjoni huwa bżonjuż minħabba l-proċeduri fil-qorti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-file in kwestjoni għadu qiegħed jiġi mfittex għaliex sa issa għadu ma nstabx.
Leg 9 PQ #24077 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tal-Pharmaceutical Services

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-ħaddiema fid-dipartiment tal-pharmaceutical services li qed jaħdmu reduced hours? X'inhu l-grad ta' kull ħaddiem li għandu din il-konċessjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-ħaddiema fid-Dipartiment tal-Pharmaceutical Services li qed jaħdmu "Reduced Hours" huma kif ġej hawn taħt: Borg Jacqueline - Senior Pharmacy Technician Briscol Barbara - Senior Pharmacy Technician Catania Michelle - Clerk Formosa Antonia - Assistant Director Saliba Ruth - Clerk Sammut Maria Assunta - Executive Officer Zammit Rita - Pharmacy Technician
Leg 9 PQ #24078 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżeriji tal-Gvern — Shalaton Drops

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar xahrejn kien jeżisti nuqqas ta' Shalaton drops fl-ispiżerija tal-gvern? F'liema perijodu kien jeżisti dan in-nuqqas?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-mediċina Latanoprost eye drops (Xalaton) kienet nieqsa mill-ispiżerija tal-Out Patients ta' l-Isptar San Luqa fil-perjodu 1 Frar sa 28 ta' Frar 2001.
Leg 9 PQ #24079 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Sir Paul Boffa — Reati Kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' reati kriminali bejn Ottubru 1998 sallum fl-isptar Sir Paul Boffa? Meta u x'tip ta' reati kienu? X'passi ttieħdu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Ottubru 1998 u Frar 2001, il-Pulizija kellha 6 rapporti ta` reati kriminali fl-Isptar Paul Boffa. It-tagħrif dwarhom hu kif ġej:- Data Reat Passi meħuda 01.05.99 Impjegat instab li kellu fil-pussess tiegħu oġġetti żgħar tal-ikel wara li kien ħareġ mill-post tax-xogħol Tressaq il-Qorti u ġie liberat 17.05.99 Raġel kellu argument vjolenti ma` impjegati ta` l-isptar Tressaq il-Qorti u nstab ħati 09.08.99 Ħarba ta` priġunier Għad mhux konkluż 22.11.99 Impjegat kellu argument ma` uffiċjal ta` l-isptar Tressaq il-Qorti u nstab ħati 03.10.00 Rapport dwar serq ta` file minn pazjenta Għad mhux konkluż 01.12.00 Pazjenta allegat li impjegat ta` dan l-isptar kien għamel ġesti oxxeni u krudelta` mentali fil-konfront tagħha Għad mhux konkluż

Part-timers — Injury on duty

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk persuna li taħdem part-time hix intitolata għal injury on duty? Jekk fl-affermattiv, xi drittijiet tkun intitolata għalihom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond Artiklu 3 ta' Avviż Legali 61/86, impjegat part-time ikollu dritt għal injury leave, kemm il-darba dan l-impjieg ikun l-impjieg prinċipali tiegħu, skond kif imfisser fl-istess Avviż Legali, u l-impjegat ikun jaħdem għal mhux anqas minn għoxrin siegħa fil-ġimgħa. Impjegat part-time li jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet, ikollu dritt għal perijodu ta' injury leave, pro rata ta' l-anqas perijodu ta' injury leave li jkunu ntitolati għalih l-impjegati full-time li jaħdmu ma' l-istess prinċipal u suġġett għall-istess kundizzjonijiet.
Leg 9 PQ #24081 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

ITU

Question

Jjista' l-Ministru jgħid x'ihi r-raġuni li fl-aħħar xhur qed ikun hemm ta' spiss nuqqas ta' flixoride inhaler fl-ispiżeriji tal-gvern Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji speċjalment wara li kien hemm każi ta' pażjenti jbatu bl-ażma li spiċċaw l-ITU minħabba li ma ngħatawx il-flixoride inhaler?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-kuntratt għax-'xiri' ta' Flixotide inhaler dam biex jinħareġ għaliex kien hemm il-problemi bl-offerti mitfugħa. Il-kuntratt ingħata f'Novembru 2000 b' 'delivery' ta' tnax-il ġimgħa. Il-kuntrattur ta lill-GPS kwantitajiet żgħar bejn id-19/12/00 u t-08/02/01. Il-konsenja kollha kellha tasal sat-22/02/01. Peress li għadha ma waslitx il-GPS kellu jibda proċeduri biex jixtru 'on the account of'.
Leg 9 PQ #23988 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Callipers

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux veru li l-persuna li tieħu l-qisien tal-callipers ilha ma tiġi Malta minn Settembru 2000? Billi dawn il-callipers jintużaw minn tfal b'diżabilita' ħalli jkunu jistgħu jimxu, suppost li jinbidlu kull sitt xhur, u billi dawn il-callipers jiġu jiswew bejn Lm1200 u Lm1500 kull calliper, jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li persuna tinġieb ħalli tieħu l-qisien ta' dawn il-callipers?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23988 qiegħda tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

San Vincenz de Paule

Question

Rigward il-blokk il-ġdid fl-SVPR, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: (1) x'sar f'dan il-blokk wara ħruġ ta' tenders; (2) x'sar f'dan il-blokk wara li ntalbu quotations; (3) x'sar f'dan il-blokk bis-sistema ta' direct order?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Wara l-ħruġ tat-tenders mid-Dipartiment tal-kuntratti, dawn ġew evalwati u ħarġu il-Letter of Acceptances mid-Direttur tal-kuntratti. Meta u jekk kien hemm il-bżonn li jintalbu quotations, dawn ukoll ġew evalwati u ntagħżlet l-orħos offerta. Kien hemm ukoll direct order ta' LM31,476 lill-Korporazzjoni Enemalta għas-Sub-Station.
Leg 9 PQ #23990 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Premju tal-Ktieb

Question

Rigward il-premju tal-ktieb, jista' l-Ministru jgħid jekk fis-sena 2000 ġewx ippremjati dawk li ppubblikaw kotba fl-1998? Jista' jgħid meta ser joħorġu l-applikazzjonijiet ħalli jingħataw il-premju tas-sussidji dawk li ppubblikaw kotba fl-1998 u fis-sena 2000 rispettivament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'Novembru 2000 ġew ippremjati kotba li ġew ippubblikati fl-1998. Qed jittieħdu passi biex jiġi organizzat il-premju tal-kotba li ġew ippubblikti fl-1999 u fl-2000.
Leg 9 PQ #24069 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Operazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija li ssir l-operazzjoni tal-vini verilużi tal-persuna li isimha u l-indirzz qed jintbagħt separatament li ilha tistenna biex issirilha l-operazzjoni minn Awissu 1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tad-domanda parlamentari numru 13567.
Leg 9 PQ #24070 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Baħar iċ-Ċagħaq

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa ħalli tiġi mdawwla Triq Qalet Marku, Baħar iċ-Ċagħaq?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #24075 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Spina Bifida

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfal f'Malta u Għawdex li jbatu bl-ispina bifida? Kemm minnhom ġew invistati fil-klinika tal-ispina bifida? X'inhi l-proċedura li tintuża biex tfal bl-ispina bifida jiġu mgħajta ħalli jiġu nvistati fil-klinika tal-ispina bifida? Kemm ilha miftuħa l-klinika tal-ispina bifida?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat illi l-istatistika kif mitluba ma tinżammx. Kemm ilu jinżamm ir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Anomaliji Konġeniti, bejn is-sena 1993 u s-sena 2000 ġew irreġistrati li twieldu 24 tarbija bi spina bifida fil-gżejjer Maltin. Sal-lum it-tfal bi spina bifida jiġu eżaminati u segwiti fuq bażi regolari fl-Outpatient Clinic tal-Pedjatrija Ġenerali fl-Isptar San Luqa. B'żieda ma' dan minn xi tlitt snin 'l hawn qegħda ssir sessjoni madwar dabra kull sitt xhur li fiha bejn 8 u 10 t'itfal li jsofru minn spina bifida jiġu assessjati minn team multidixxiplinarju ta' tobba speċjalisti, infermiera, fiżjoterapisti u occupational therapists. F'dawn is-sessjonijiet speċjali jiġi deċiż pjan ta' kura speċifika għal kull każ.
Leg 9 PQ #22397 Sitting 489 2001-02-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Institutional Health Care — Item 8

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-kontijiet pendenti u/jew m'għadhomx imħallsa taħt Item 8 (Institutional Health Care) fl-1 ta' Jannar 2001?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt dwar il-Mistoqsija Parlamentari Nru.22360.
Leg 9 PQ #22407 Sitting 489 2001-02-07 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Institutional Health Care MCH — Item 10

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-kontijiet pendenti u/jew ma għadhomx imħallsa taħt Item 10 (Institutional Health Care MCH) fl-1 ta' Jannar 2001?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt dwar il-Mistoqsija Parlamentari Nru.22360.