Legislature:
Category:
Reset
Active:

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema mal-korporazzjoni tal-ETC? Meta saret sejħa għall-kull każ biex persuni japplikaw għall-vakanzi fl-E.T.C.? F'kull każ x'inhu l-isem u l-ID Card ta' dawk li ġew ingaġġati mal-E.T.C.? F'kull każ x'inhu l-grad li qed jokkupaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal-liema perjodu qiegħed jitlob l-informazzjoni.

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kunsulenzi mill-Maltacom fl-aħħar sena? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti ta' dawk li ngħataw konsulenza mal-Maltacom fl-aħħar sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill- Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #24484 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Government Pharmaceutical Services

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma, il-grad tagħhom u l-posizzjoni li jokkupaw dawk il-ħaddiema fil-Government Pharmaceutical Services fid-dekasteru tas-Saħħa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #24485 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'permessi ħarġu mill-Awtorita' tal-Ippjanar fl-aħħar sena għal xogħol fl-isptar San Luqa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn Jannar tas-sena 2000, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ħarġet permess PA 5728/00 li jipproponi estensjoni b`ħames kmamar għall-faċilitajiet eżistenti fil-livell ta` isfel fuq in-naħa ta` wara tal-bini minflok il-bitħa li hemm eżistenti. Dan ix-xogħol ġie propost mill-aġenzija Sedqa għad-Detox Outpatients Facilities fl-Isptar San Luqa. Kien hemm ukoll żewġ permessi maħruġa għall-antenna li huma PA 3583/00 u PA 4166/00.

Trasport — Inġenji Kbar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema fid-dekasteru tiegħu li jsuqu trakk, jew passenger van jew inġenji kbar oħra u li m'għandhomx il-liċenzja biex ikunu jistgħu jagħmlu dan?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dan il-Ministeru w id-Dipartimenti u l-Awtoritajiet li jaqgħu taħtu m'għandhomx ħaddiema li jsuqu trakk, passenger van jew inġenji oħra mingħajr il-liċenzja meħtieġa.
Leg 9 PQ #24231 Sitting 514 2001-03-14 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Vetturi Impressed

Question

Billi tneħħew il-vetturi impressed minn mal-gvern, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu ħalli l-ħaddiema jibqgħu jiġu provduti trasport sal-post tax-xogħol? Barra minn hekk, jista' l-Ministru jispjega kif qed jiġu mqassma inġenji tal-gvern ħalli jinġabar it-terrapien u l-alka li tinġabar? Jista' jgħid jekk hux qed jinkrew inġenji mingħand il-privat biex isir dan ix-xogħol? Jekk fl-affermattiv, kemm qed jonfoq kull xahar għall-kiri ta' dawn l-inġenji?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninstab infurmat li għalkemm id-Dipartiment tat-Turiżmu m’għandu l-ebda obbligu jipprovdi trasport lill-ħaddiema tiegħu sal-post tax-xogħol, ittieħdu l-passi meħtieġa sabiex ikun provdut trasport minn Bieb il-Belt sal-bajjiet u x-xtut tan-naħa ta’ fuq ta’ Malta peress li m’hemmx trasport pubbliku adegwat sa dawn il-postijiet tax-xogħol. Rigward it-tqassim ta’ trakkijiet, irrid ngħid li peress li l-għadd ta’ vetturi hu limitat dawn qed ikunu mibgħuta jagħmlu xogħol skond il-ħtieġa. Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li min meta saret il-bidla, ma nkrew ebda inġenji mingħand il-privat biex isir ix-xogħol imsemmi aktar 'l fuq.
Leg 9 PQ #24220 Sitting 513 2001-03-13 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

GPS — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-GPS preżentement huwa n-numru ta' ħaddiema f'kull kategorija u grad, separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qiegħda tinġabar. Tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #24222 Sitting 513 2001-03-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Government Pharmaceutical Srevices — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proċedura qed tintuża mill-Government Pharmaceutical Service u/jew mid-dipartiment tas-saħħa biex jinxtraw mediċini, direttament minn barra, u li ma jiġux provduti jew ikkwotati mill-aġenti lokali? X'ċertifikati jintalbu? Kien hemm każi fejn fl-aħħar sena nġiebu mediċini minn barra u li ma kellhomx iċ-ċertifikati li s-soltu jintalbu meta toħroġ sejħa għall-offerti għall-mediċini?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment tas-Saħħa għandu obbligu li jipprovdi l-mediċini li hemm fuq il-Formularju kif ukoll dawk approvati għall-pazjenti speċifiċi. Għal din ir-raġuni d-Dipartiment, fuq ftehim mall-Ministeru tal-Finanzi, kellu jsib mod kif hu jimporta dawk il-mediċini li: A: ma jikkwotawx għalihom l-aġenti lokali; B: id-dipartiment ikollu kuntratt għalihom ma' kuntrattur lokali imma dan ma jonorax il-kuntratt; C: ma hawn l-ebda aġent lokali għalihom. F'dawn il-każijiet id-Dipartiment tas-Saħħa jimporta l-mediċini dirett jew mingħand wieħed mill-'approved wholesalers' barrani jew dirett mingħand il-manifattur. Għal dawn il-każijiet id-Dipartiment għandu ftehim speċifiku mar-'Responsible Qualified Person' tal-'wholesaler' barrani jew tal-manifattur u l-importazzjoni tkun awtorizzata mis-Superintendent tas-Saħħa Pubbika.
Leg 9 PQ #24223 Sitting 513 2001-03-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Kumpanniji tal-mediċini

Question

Mill-aħħar spezzjoni li saret lill-kumpannija lokali tal-mediċini, jista' l-Ministru jgħid x'liċenzji ħarġu lil dawn il-kumpanniji?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li wara l-aħħar spezzjoni li saret lill-kumpaniji lokali tal-mediċini, nħarġet liċenzja lil kumpanjia waħda.
Leg 9 PQ #24224 Sitting 513 2001-03-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Kumpanniji Farmaċewtiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-aħħar spezzjonijiet li saru lill-kumpanniji farmaċewtiċi, jekk il-liċenzja hijiex ser taħroġ lil dawn il-kumpanniji kollha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-liċenzji jingħataw lill-kumpanniji farmaċewtiċi meta jiġi ssigurat li dawn qegħdin joperaw skond sistemi ta' 'Good Manufacturing Practices'.
Leg 9 PQ #24225 Sitting 513 2001-03-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċini — Importaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena nħarġux il-liċenzi meħtieġa lill-importaturi kollha tal-mediċini? Jekk fin-negattiv, x'inhi r-raġuni li dawn għadhom ma ħarġux?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li din is-sena, sal-lum il-liċenzji meħtieġa lil importaturi tal-mediċini, għadhom ma nħarġux. Ir-raġuni ta` dan hija minħabba li qiegħed isir xi tibdil fuq il-kundizzjonijiet annessi ma din il-liċenzja.
Leg 9 PQ #24226 Sitting 513 2001-03-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Inġenji Kbar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema fid-dekasteru tiegħu li jsuqu trakk, jew passenger van, jew inġenji kbar oħra, u li m'għandhomx il-liċenzja biex ikunu jistgħu jagħmlu dan?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartimenti konċernati biex jinvestigaw dan il-kaz.
Leg 9 PQ #24201 Sitting 512 2001-03-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus dovut liċ-ċittadini bħala ħlas lura ta' flus imħallsa żejda minnhom permezz ta' l-income tax?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sat-28 ta' Frar, l-ammont kien ta' Lm17,825,725.
Leg 9 PQ #24203 Sitting 512 2001-03-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax — Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qiegħed jieħu sabiex jara li l-flus li matul is-snin tħallsu żejda, jitħallsu lura fl-iqsar żmien possibli? Sa meta huwa mistenni li dawn il-flus imħallsa żejda f'income tax ser jingħataw lura mill-gvern liċ-ċittadini?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kull sena l-Gvern jipprovdi somma ta’ flus fl-Estimi Ġenerali biex ikunu jistgħu jitħallsu r-refunds tat-taxxa dovuti sas-sena ta’ stima 1998. Għal din is-sena, l-istess bħalma kien hemm għas-sena 2000, hemm ivvotati Lm3 miljuni. Bħalma sar is-sena l-oħra fejn tħallsu Lm1.77 miljun f’refunds aktar mill-flus ivvotati fl-Estimi Ġenerali, din is-sena wkoll jittieħdu l-istess passi jekk jinqabżu l-miri tad-Dipartiment mid-dħul tal-Income Tax, biex b’hekk l-ammonti dovuti f’refunds ikunu jistgħu jitħallsu f’inqas żmien.
Leg 9 PQ #24212 Sitting 512 2001-03-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Saħħa - Performance Agreement

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fid-dekasteru tas-saħħa, min huma u x'inhu l-grad tagħhom, dawn il-ħaddiema taċ-ċivil li huma fuq performance agreement?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #24214 Sitting 512 2001-03-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tad-Dentistrija

Question

Skond il-manpower plan li skada fl-aħħar tas-sena 2000, jista' l-Ministru jgħid liema postijiet fid-dipartiment tad-dentistrija għadhom vakanti? Jista' jgħid meta huwa mistenni li l-vakanzi għal kull grad li hemm f'dan is-settur ser jimtlew jew joħorġu l-applikazzjonijiet ħalli jimtlew?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Skond il-manpower plan li skada fl-aħħar tas-sena 2000, il-postijiet vakanti fid-dipartiment tad-denistrija huma kif ġej: Consultant 2 Senior Registrar 1 Dental Surgeon 8 Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili tal-post ta` Senior Registrar ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta` Marzu 2001. Id-Diviżjoni tas-Saħħa qed tieħu l-passi meħtieġa beix joħorġu s-sejħiet l-oħra.
Leg 9 PQ #24215 Sitting 512 2001-03-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Pharmaceutical Services

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fid-dipartiment tal-pharmaceutical services li qed jaħdmu reduced hours jew fuq responsability lease? Min huma, u x'inhu l-grad tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Dwar kemm hemm persuni fid-Dipartiment tal-Pharmaceutical Services li qed jaħdmu reduced hours nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Nru 24077. Nżid ukoll li m'hemmx persuni fl-imsemmi dipartiment li huma fuq 'responsibility leave'.
Leg 9 PQ #24218 Sitting 512 2001-03-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Government Pharmaceutical Services

Question

Billi skond l-estimi 2001, jidher li mill-1 ta' Jannar 2001, il-Government pharmaceutical service inqasam, jista' l-Ministru jgħid liema oqmsa preżentement jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-GPS?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bħala misura ġdida ġie deċiż illi għas-sena 2001 l-ammont globali li s-soltu jintuża għal-mediċini u għas-surgical materials jaqgħu taħt id-direttorat tal-Finanzi u Amministrazzjoni. L-oqsma kollha l-oħra baqgħu kif kien qabel.
Leg 9 PQ #24195 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġux xi direttivi jew struzzjonijiet mill-gvern, ministeri jew dipartiment oħra tal-gvern lid-dipartiment ta' l-Inland Revenue, sabiex statements (TX51/52) li juru li ċittadin għandu jagħti lill-gvern f'sena partikolari jinħarġu, filwaqt li oħrajn ta' l-istess ċittadin, iżda ta' snin oħra li juru li għandu jieħu, ma jinħarġux? X'passi se jieħu l-Ministeru sabiex jara li l-istatements msemmija jibdew jinħarġu kollha f'daqqa sabiex kull ċittadin ikollu stampa ċara ta' x'inhu l-bilanċ tiegħu skond id-dipartiment tat-taxxi tal-ġurnata li fiha jinħarġu l-istatements?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma nħarġu l-ebda direttivi jew struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni sabiex lis-statements TX51/52 (kontijiet għall-assessments tat-taxxa) ta’ xi individwi partikolari ma joħorġux f’daqqa. Fil-biċċa l-kbira tal-każi, individwu jkollu assessment wieħed u għalhekk joħroġ mingħajr diffikultajiet. F’dawk il-każi fejn individwu jkollu aktar minn statement wieħed x’joħroġ għax ikunu nħadmu diversi assessments f’daqqa, jista’ jagħti l-każ li xi wħud jinżammu mill-kompjuter minħabba xi diskrepanzi jew minħabba li xi assessments ikunu jridu jiġu ivverifikati manwalment. Biex ma jinżammx il-proċess kollu, is-sistema kompjuterizzata tad-Dipartiment dejjem ħasbet biex dawk lis-statements li ma jkollhomx bżonn ikunu iċċekkjati manwalment, joħorġu. Kif jaf l-Onororevoli Interpellant, mill-1999 is-sistema tal- assessments inbidlet meta daħlet is- Self Assessment System u għalhekk mhux se jkun hemm aktar il-ħtieġa li joħroġ iżjed minn statement wieħed f’xi ħin.
Leg 9 PQ #24196 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Imgħaxijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ġust li bħalma ċittadin irid iħallas imgħax fuq flus li jkollu jagħti lill-gvern bi dritt, hekk ukoll ċittadin li għandu jieħu flus mingħand il-gvern għandu wkoll bi dritt, jitħallas imgħax speċjalment jekk dawn il-flus qed jinżammu milli jitħalsu lura permezz ta' burokrazija li qed titħaddem għal raġunijiet finanzjarji tal-gvern, u mhux għax l-informazzjoni hija nieqsa?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern preżenti jirrealizza li hu ġust li, min għandu jieħu lura flus li jkun ħallas lil dipartiment u li ma kienux dovuti minnu, dan għandu jkun kumpensat b'imgħax meta jissodisfa ċerti kriterji. Hekk, per eżempju, l-liġi tal-VAT u l-emendi li saru rigward rifużżjonijirt ta' "Income Tax" mis-sena 2000 'il hawn jaħsbu għal tali eventwali. Iżda l-Onorevoli Interpellant japprezza li jkun diffiċli li wieħed imur lura wkoll fuq snin passati. Li qed jiġri, iżda, per eżempju fl-"Income Tax", bis-sistema li ntroduċa l-Gvern, darba jinqatgħu l-arretrati, arretrati ġodda ma jiġux ikkrejati. Fl-istess ħin, tajjeb jingħad li, fuq arretrati antiki ta' "Income Tax" li taxpayer għandu jagħti lill-Gvern, ma jiġux mitluba imgħaxijiet, kemm-il darba l-individwu iżomm mal-ftehim li permezz tiegħu jintrabat li jħallas l-arretrati dovuti lid-Dipartiment.