B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru. 24224, jista' l-Ministru jikkonferma li l-kumpanniji lokali li jipproduċu prodotti mediċinali u li ngħataw liċenzji jilħqu l-livelli ta' GMP practices skond kif stabiliti mid-WHO u mill-Unjoni Ewropea?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Huwa kkonfermat illi l-kumpaniji lokali li jipproduċu prodotti mediċinali, u li ngħataw liċenzji, jilħqu l-livelli ta` GMP practices skond kif stabilit mid-WHO u mill-Unjoni Ewropea.
B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru. 24223, jista' l-Ministru jgħid jekk inħarġux iżjed liċenzji lill-kumpanniji lokali li jipproduċu prodotti mediċinali?
Jekk fl-affermattiv, lil min inħarġu dawn il-liċenzji u minn min?
Minn irrakkmanda l-ħruġ ta' dawn il-liċenzji u fuq liema bażi jew kriterji ngħataw dawn ir-rakkmandazzjonijiet?
Hemm xi kumpannija tal-prodotti mediċinali li f'April 2001 u bħalissa qed topera mingħajr il-liċenzji meħtieġa u għal liema raġuni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li din is-sena ġew il-liċenzjati erba` (4) kumpaniji lokali li jipproduċu prodotti mediċinali. Dawn il-liċenzji nħarġu mis-Superintendent tas-Saħħa Pubblika wara li l-kumpaniji għamlu tibdiliet neċessarji kif ġie rikjest mid-Dipartiment tas-Saħħa wara konsultazzjoni mal-"Medicine Control Agency, UK". Il-kumpaniji nkwistjoni huma:
Pharmamed Ltd
Pharmamed Parenterals Ltd
Regenera Ltd
Eurocosmetics Ltd
Għall-aħħar domanda jista` l-Onor. Interpellant jgħid għal liema kumpanija qed jirreferi?
B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru. 26865, jista' l-Ministru jgħid xi kwalita' ta' xogħol u kemm studenti qed ikunu impjegati f'kull każ għall-perijodu tas-sajf 2001?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta` studenti li qed ikunu mpjegati fid-Diviżjoni tas-Saħħa għall-perjodu tas-Sajf 2001 huwa kif ġej:
M.D. 164
B.Pharm 100
B.Ch.D 25
Nurses 224
Midwives 3
Radiographers 9
Speech Therapist 6
Occupational Therapist 26
Medical Laboratory Technologist 14
Physiotherapist 29
----------
600
----------
Dawn l-istudenti ser ikunu allokati fuq xogħol li għandu x'jaqsam mal-kors ta` studju li qed jagħmlu taħt superviżjoni tal-kapijiet tas-sezzjonijiet relattivi fejn ser jaħdmu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mill-fondazzjoni għas-servizzi mediċi minn Settembru 1998 sal-lum? X'tip ta' karozzi huma? Minn fejn inxtraw? Kemm kienet tiswa kull karozza?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li minn Settembru 1998 sal-lum il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi xtrat 7 karozzi. Id-dettalji huma kif ġej:
No.
Data
Tip ta` Karozza
Aġ
enzija
Valur (LM)
1
7 ta` April 1999
Alfa Romeo 156
UCIM Co. Ltd.
12,800
2
2 ta` Lulju 1999
Fiat Brava 1.9 TD
UCIM Co. Ltd.
7,400
3
2 ta` Lulju 1999
Fiat Brava 1.9 TD
UCIM Co. Ltd.
7,400
4
3 ta` Frar 2000
Citroen Berlingo 1.9
Continental Cars Ltd.
6,580
5
5 ta` April 2000
VW Golf 1.9 SDI
Continental Cars Ltd.
8,335
6
26 ta` April 2000
VW Passat
Continental Cars Ltd.
12,500
7
28 ta` Frar 2001
Peugoet 206
Michael Attard Ltd.
7,115
TOTAL
62,130
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu mid-dipartiment tas-saħħa wara li pazjenta ta' 75 sena - isimha qed jintbagħat separatament - mietet f'sala tal-mediċina fl-isptar San Luqa kawża ta' peritonite, minkejja li kienet fl-imsemmijja sala għal diversi jiem mingħajr ma ntalbet konsulta ma' kirurgu fl-istess sptar u minkejja li kemm-il darba nġibdet l-attenzjoni mill-qraba ta' din il-pazjenta li żaqqa kienet qed tintefah?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27142 qiegħda tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fuq l-ordni ta' min qed jitħallew riklami fuq l-imwejjed tal-waiting room ta' l-out-patients tad-dermatoloġija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtiequ ninfurmaw lill-Onorevoli Interpellant li fil-'waiting room' ta` l-'outpatients' tad-dermatoloġija hemm diversi fuljetti u posters illi l-mira tagħhom hija waħda ta` 'health education' biex jedukaw il-pazjenti dwar prevenzjoni u kura ta` mard tal-ġilda, kif ukoll mard sesswali. Ħafna minn dawn il-pubblikazzjonijiet huma ġentilment sponsorjati minn kumpaniji farmaċewtiċi. Għalkemm xi pubblikazzjonijiet minn dawn fihom il-'logo' tal-'isponsor', l-awtoritajiet ta` l-isptar joqgħodu attenti illi fejn id-disinn tal-pubblikazzjoni jista` jservi ta` reklam b'tali mod li l-'health education message' huwa dilwit, dawn il-pubblikazzjonijiet ma jitħallewx jiġu eżebiti fil-'waiting areas'.
B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru. 24200, jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol ta' refurbishment fil-GPS ingħata kollu b'direct orders u mhux b'tenders wara sejħa pubblika għall-offerti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'mediċini għall-użu tad-dipartiment tas-saħħa, kemm fl-isptarijiet kif ukoll fl-ispiżeriji tal-gvern? Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu, jew beħsiebu jieħu, biex tiġi kkontrollata l-ispiża tal-mediċini dejjem tiżdied ta' mediċini mixtrija mill-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema skop ġiet stallata shower fis-sular ta' fuq tal-medical stores fi Gwardamanga? Min approva din l-ispiża? Minn liema vot ittieħdu l-finanzi? Kemm hi l-ispiża totali? Min kien il-kuntrattur li ngħata din l-offerta? Din l-offerta ngħatat b'direct order , jew wara sejħa għall-offerti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ġiet organizzata Utilities Room żgħira fl-ewwel sular tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern għat-tlett cleaners nisa li jaħdmu fid-Dipartiment wara diversi talbiet min-naħa tagħhom. L-iskop kien biex dawn il-cleaners ikollhom kamra għalihom fejn iqegħdu l-affarijiet personali tagħhom flimkien ma` affarijiet oħra li jintużaw fix-xogħol tagħhom. Is-shower, li tinstab ġo din il-kamra, tintuża biss mill-cleaners. Wara li dawn ikunu għamlu d-dmirijiet tagħhom ta` kuljum, jagħmlu użu mis-shower biex jinħaslu.
L-ispiża totali (jiġifieri l-għamar għall-kċina u s-shower) kienet ta` LM2290 u l-finanzi nħarġu mill-vot tar-Repair and Upkeep. L-offerta saret wara sejħa ta` sealed quotations għal Utilities Room (li tinkludi l-għamara kif ukoll is-shower), li ġew mitfugħa ġol-yellow tender box f'data stipulata, li tinsab fir-Reception Area tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern. L-ispiża ġiet approvata mid-Direttur tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern. Il-kuntrattur kien Cut Components.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema skop ġiet stallata kċina ġdida fis-sular ta' fuq tal-medical stores fi Gwardamanga? Min approva din l-ispiża? Minn liema vot ittieħdu l-finanzi biex saret din il-kċina? Kemm hija l-ispiża totali biex saret il-kċina? Min kien/u l-kuntrattur/i li ngħata jew ngħataw din l-offerta? Din l-offerta/i ngħataw b'direct order jew wara sejħa għall-offerti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta li tajt għad-domanda Nru 27059.
Jista' l-Ministru jgħid x'kuntatti hemm, jekk hemm, bejn id-diviżjoni tas-saħħa u l-Universita' ta' Malta rigward assistenza f'materji li jirrigwardaw il-qasam farmaċewtiku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni mpjegati mal-GPS? Kemm hemm fosthom li f'Marzu 2001 u fil-preżent jinsabu fuq paid jew unpaid study leave? Min huma dawn il-persuni u xi grad jokkupaw? Fiex jikkonsistu dawn l-istudji jew korsijiet u x'inhu t-tul taż-żmien ta' kull kors? Dawn il-persuni qed ikomplu l-istudji tagħhom fuq inizjattiva personali jew fuq talba tad-dipartiment tas-saħħa, jew fuq talba ta' l-Universita' ta' Malta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħafna każi ta' pazjenti infettati bl-MRSA qed jitħallew fis-swali minflok jintbagħtu fis-sala li kienet infetħet apposta għal każi similsi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawk il-persuni li jaħdmu fil-garaxx ta' l-ambulanzi u li ddaħħlu jaħdmu meta ma kenux duty meta hawn Malta kellna l-vista pastorali tal-Qdusija Tiegħu l-Papa, il-ħin maħdum ma ngħatax bħala overtime iżda bħala time-in-lieu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-persuni li jaħdmu fil-'garage' u li ddaħħlu jaħdmu meta ma kienux duty meta hawn Malta kellna l-vista pastorali tal-Qdusija Tiegħu l-Papa, tħallsu 'time in lieu' skond iċ-ċirkulari maħruġa mill-uffiċċju tal-Prim Ministru datata 8 ta` Mejju 2001.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus għat-trasport mid-dipartiment tas-servizzi farmaċewtiċi matul is-snin 1998, 1999 u s-sena 2000, sena sena? Kemm ingħataw kuntratti għat-trasport matul dawn is-snin, kemm sewa kull kuntratt u lil min ingħataw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 24197, fejn jien qed nirriferi għall-ispezzjonijiet tal-GMP li jsiru minn żmien għal żmien minn esperti barranin lill-kumpanniji lokali li jipproduċu prodotti mediċinali?
Minn dakinhar li staqsejt il-mistoqsija sal-lum inbidlu ċ-ċirkostanzi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Sena
Min għ
amel l-ispezzjoni
Spiż
a Totali
1998
State Drug Inspectorate, Iceland
LM 1,430
1999
Medical Products Agency, Sweden
LM 4,017
2000
Medicine Control Agency, UK
LM 14,928
L-aħħar spezzjonijiet tal-GMP saru s-sena li għaddiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma d-ditti jewconsortia li tefgħu t-tenders għal proġett ta' waste management strategy nazzjonali? Saret xi short list minn dawk li applikaw? F'liema stadju waslet l-aġġudikazzjoni ta' dawn it-tenders?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li kienu ntefgħu disa' (9) offerti meta għalqet is-sejħa u waħda (1) minn dawn l-offerti kienet iddikjarata mhux valida għaliex ma kelliex il-Bid Bond neċessarju. L-offerti għadhom qegħdin jiġu aġġudikati minn Board maħtur apposta u għadu ma sar l-ebda "short listing".