Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #27393 Sitting 582 2001-07-17 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Pazjenta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli pazjenta, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi trasferita mill-Isptar Monte Carmeli għar-residenza San Vincenz fil-psychogeriatric ward?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta' natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Leg 9 PQ #27396 Sitting 582 2001-07-17 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħruq ta' Annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba, fl-aħħar sena, annimali morda minflok inħarqu fl-inċineratur tal-biċċerija ġew mgħormija fil-miżbla tal-Magħtab minħabba ħsarat fl-inċineratur?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li kemm karkassi kkundannati kif ukoll fdalijiet oħra mill-biċċerija ġew mirduma fil-Magħtab fl-aħħar sena bħalma kienet il-proċedura fl-aħħar snin. L-Inċinerator tal-Biċċerija m'għandux ħsara imma mhux qiegħed jintuża fuq talba tar-residenti viċin. F'kas ta' neċessita dan l-inċinerator jista' jitqabbad immedjatament.

Mellieħa — Main Street - Barrier

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex titwaħħal barrier tal-ħadid quddiem 63 Main Street, Mellieħa, minħabba periklu li jeżisti f'din il-liwja tat-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex bil-konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali jara x'hemm bżonn li jsir.
Leg 9 PQ #27401 Sitting 582 2001-07-17 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sir Adrian Dingli

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitlesta x-xogħol kollu fl-iskola SirAdrian Dingli?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond il-programm ta' żvilupp tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, jidher illi x-xogħlijiet fuq l-iskola msemmija ser ikunu lesti sas-sena 2006. Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada, li twaqqfet dan l-aħħar mill-Gvern, qegħda taħdem fuq programm li permezz tiegħu x-xogħlijiet imsemmija għandhom jitlestew sas-sena 2004.
Leg 9 PQ #27404 Sitting 582 2001-07-17 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Office Work

Question

Billi pulizija li qed jagħmlu office work fil-korp tal-pulizija li wkoll jiġu mġiegħla jaħdmu sal-5.00 p.m. fis-sajf, is-Sibt sat-3.00 p.m. u anke jiġu mġiegħla jagħmlu għases, jista' l-Ministru jgħid għaliex dawn ma jitħallsux tal-ħin żejjed u lanqas jingħataw time-off-in-lieu bħal pulizija l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dawk il-Pulizija fl-overtime grade stazzjonati fl-uffiċini tal-Korp, huma kkompensati bi ħlas ta` overtime jew time off in lieu tal-ħin żejjed li jkunu meħtieġa jagħmlu.
Leg 9 PQ #27384 Sitting 581 2001-07-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sistema ser tintuża fl-isptar il-ġdid f'Tal Qroqq rigward preparazzjoni għall-ikel tal-pazjenti li eventwalment ser jagħmlu użu minn dan l-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ikel għall-pazjenti ta` l-isptar il-ġdid f'Tal Qroqq ser jiġi ppreparat off-site u trasportat l-isptar fejn ser ikun hemm sistemi ta` riġenerazzjoni qabel ma` jitqassam lill-pazjent.
Leg 9 PQ #27386 Sitting 581 2001-07-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Buġibba - Permessi

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji ħalli ħwienet fi Triq Sant Antnin, Buġibba jżommu mar-regolamenti u l-permesssi għall-ftuh ta' l-istabiliment tagħhom ħalli ma jkunux ta' dwejjaq għar-residenti fl-istess triq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija kienet u ser tibqa` tieħu passi meħtieġa sabiex ma jkunx hemm abbużi minn sidien ta` stabbilimenti. Fil-fatt infurmat ukoll illi matul dawn l-aħħar xhur kien hemm diversi sidien ta` stabbilimenti fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, li tressqu quddiem il-Qorti u ġew misjuba ħatja.
Leg 9 PQ #27387 Sitting 581 2001-07-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar il-Ġdid — Awditjar

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-awdituri li qed jawditjaw il-ħlas għax-xogħlijiet li qed isiru fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Cost Controllers (u mhux l-Awdituri) li qed jivverifikaw ix-xogħolijiet u jiċċertifikaw il-ħlas għax-xogħolijiet li qed isiru fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq huma Horwath CLS Ltd. (Malta)/EC Harris (UK).
Leg 9 PQ #27388 Sitting 581 2001-07-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Sodod

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm sodod fl-isptar San Luqa għal kull speċjalista u sub speċjalista?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-sodod fl-Isptar San Luqa m'humiex ta' l-ispeċjalisti, iżda ta' l-ispeċjalita jew dipartiment. In-numru ta' sosod f'kull speċjalita hu dan li ġej: Kirurġija 241 Mediċina 205 Pedjatrija, F/L,D/L 68 ENT 33 Oftalmija 17 CCU 17 Sir Temi Zammit 8 Ortopedija 66 Burns 6 Neurosurgery 45 Psikjatrija 11 Renal 24 Kura Intensiva 18 ANW 26 LW 12 + 6 sodod għal-ħlas PNW 48 + Cots Gynae Ward 44 + 8 għal każi li jitilqu fl-istess ġurnata.
Leg 9 PQ #27389 Sitting 581 2001-07-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Ġdid — Sodod

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm hemm sodod ippjanati fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq, għal kull speċjalista u sub speċjalista?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Filwaqt li t-tqassim tas-sodod skond l-ispeċjalitajiet ser ikun kif speċifikat fil-Medical Brief ta` l-isptar il-ġdid, iż-żmien għadu prematur biex wieħed jassenja s-sodod għal kull speċjalita` u sub speċjalita`.
Leg 9 PQ #27390 Sitting 581 2001-07-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa/Sptar il-Ġdid

Question

Jista' l-Ministrtu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjani tal-gvern kif ser isir il-migration of services mill-isptar San Luqa għall-isptar il-ġdid?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-pjan tal-'migration of services' għadu qiegħed jiġi mfassal mill-esperti lokali. Hemm il-ħsieb li tintalab għajnuna ta` konsulenti barranin.
Leg 9 PQ #27051 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Medical Stores — Refurbishing

Question

B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru. 24200, jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol ta' refurbishment fil-GPS ingħata kollu b'direct orders u mhux b'tenders wara sejħa pubblika għall-offerti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru. 24200, kif diġa` ntqal, ix-xogħol ta` refurbishment fil-GPS ma ngħatax kollu b'direct orders. 25 ordnijiet biss saru b'direct orders peress li l-ammonti qatt ma qabżu l-LM500 skond ir-Regolamenti ta` 1996 dwar Akkwisti li jsiru mis-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #27063 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Qasam Farmaċewtiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kuntatti hemm, jekk hemm, bejn id-diviżjoni tas-saħħa u l-Universita' ta' Malta rigward assistenza f'materji li jirrigwardaw il-qasam farmaċewtiku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-kuntatti li hemm bejn id-Diviżjoni tas-Saħħa u l-Universita` ta` Malta fil-qasam farmaċewtiku jirigwardja taħriġ li jingħata permezz ta` "courses" jew "seminars" f'materji speċifiki lill-ispiżjara mpjegati tad-dipartimenti.
Leg 9 PQ #27067 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

GPS

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni mpjegati mal-GPS? Kemm hemm fosthom li f'Marzu 2001 u fil-preżent jinsabu fuq paid jew unpaid study leave? Min huma dawn il-persuni u xi grad jokkupaw? Fiex jikkonsistu dawn l-istudji jew korsijiet u x'inhu t-tul taż-żmien ta' kull kors? Dawn il-persuni qed ikomplu l-istudji tagħhom fuq inizjattiva personali jew fuq talba tad-dipartiment tas-saħħa, jew fuq talba ta' l-Universita' ta' Malta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta` persuni mpjegati mal-Government Pharmaceutical Services huwa 169. Fosthom, f'Marzu 2001 u fil-preżent hemm mpjegat fuq "paid study leave" u ieħor fuq "unpaid study leave". Il-gradi tagħhom huma Principal Pharmacist u Pharmacist rispettivament. L-informazzjoni mitluba dwar il-kors tagħhom hija kif ġej: Principal Pharmacist - Ph. D. (Medicines Management) Bejn erba` u ħames snin fuq inizjattiva personali. Pharmacist - Ph. D. (Pharmacy) Erba` snin u mistenni jispiċċa f'Lulju 2001 fuq inizjattiva personali.
Leg 9 PQ #27142 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pazjenta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu mid-dipartiment tas-saħħa wara li pazjenta ta' 75 sena - isimha qed jintbagħat separatament - mietet f'sala tal-mediċina fl-isptar San Luqa kawża ta' peritonite, minkejja li kienet fl-imsemmijja sala għal diversi jiem mingħajr ma ntalbet konsulta ma' kirurgu fl-istess sptar u minkejja li kemm-il darba nġibdet l-attenzjoni mill-qraba ta' din il-pazjenta li żaqqa kienet qed tintefah?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-każ imsemmi mill-Onor Interpellant ġie investigat u jirriżulta li ma kienx hemm nuqqasijiet fil-kura u l-attenzjoni li ngħatat il-persuna konċernata.
Leg 9 PQ #27144 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Senior Registrar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għal sejħa li saret għall-postijiet ta' senior registrar (academic) fil-general medicine, fil-pedjatrija u fl-ostatreija u ginekoloġija? Jidhirlu l-Ministru li dawn is-sejħiet kellhom isiru u jitħallsu mill-vot ta' l-Universita' u mhux mid-dipartiment tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-ħtieġa li jinħolqu l-postijiet li għalihom qed jirreferi l-Onor. Interpellant ilha tinħass. Fil-fatt dawn il-postijiet kienu nklużi fil-Human Resources Plan tad-Diviżjoni tas-Saħħa għall-perjodu 1998-2000. Dawn il-postijiet huma essenzjali biex fl-isptar ikun jista` jinbeda eżerċizzju ta` "clinical audit" li huwa importanti għall-"quality assurance".
Leg 9 PQ #27145 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Government Pharmaceutical Services — Safar

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tas-safar kollu li sar matul is-snin 1998, 1999, 2000 u 2001 minn impjegati tal-government pharmaceutical services? Minn min sar dan is-safar u għal liema skop? Minn liema sorsi ġew il-flus għal dawn iż-żjarat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #27146 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Prodotti Mediċinali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-relazzjoni preżenti bejn id-dipartiment tas-servizzi farmaċewtiċi u dak tas-servizzi veterinarji rigward l-adozzjoni ta' l-acquis għal dak li għandu x'jaqsam mal-prodotti mediċinali? Qegħdin jiġu adottati l-istess policies f'dan ir-rigward? Xi pjani hemm għall-futur?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #27147 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Acquis — Qasam Farmaċewtiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk intalbitx, jew jekk hix ser tintalab għajnuna jew konsulenza Maltija jew barranija għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-adozzjoni ta' l-acquis fil-qasam farmaċewtiku? Lil min intalbet din l-għajnuna u fiex waslu t-tratattivi? Min ser jagħmel tajjeb għall-ispiża nvoluta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #27148 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Importaturi — Mediċini

Question

B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru. 24225, jista' l-Ministru jgħid f'liema sena ħarġu l-aħħar il-liċenzji lill-importaturi tal-mediċini? Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-importaturi li ma nħarġitilhomx il-liċenzja humiex qed jitħallew joperaw fil-preżent? X'tibdil qed isir fuq il-condition of licence kkomparat ma' dak li kien hemm qabel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 27148 u għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija numru 24225, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-aħħar sena li nħarġu l-liċenzji lill-impurtaturi tal-mediċini kien fis-sena 1999. Għaldaqstant wara din is-sena tali mportaturi qed jiġu reġistrati qabel jitħallew joperaw. Dwar it-tibdil li qiegħed jiġi maħsub fil-conditions of licence, peress li dan għadu m'huwiex finalizzat, ma nħossx li jkun opportun li tingħata nformazzjoni f'dan l-istadju.