Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2001, kemm iddaħħlu pazjenti fis-sala apposta għall-każijiet ta' l-MSRA li ma kenux inffettati bil-mikrobu tal-M.R.S.A.? Kemm iddaħlu pazjenti fis-sala apposta għall-każijiet tal-MRSA u li verament kienu nfettati bil-mikrobu tal-MRSA?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27665 qiegħda tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 27589, jista' l-Ministru jikkonferma li meta l-pazjenta imsemmija ġiet referuta fid-Dipartiment tal-Cardjoloġija fit-3 ta' Mejju 2001, ma kienx hemm komplikazzjoni tal-kundizzjoni kirurġika, iżda l-kumplikazzjoni kirurġika ġrat meta l-pazjenta kienet fis-sala tal-mediċina u li meta ġiet il-kumplikazzjoni kirurġika, peritonite, il-pazjenta ma kienetx riferuta lill-kirurgu biex jassessja s-sitwazzjoni flimkien mal-ispeċjalista tal-qalb?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-aħħar parti tar-risposta numru 27585.
Awtonomija ta' Sptarijiet — Artiklu fis-Sunday Times
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn liema vot tħallas is-suppliment li deher fis-Sunday Times lokali tal-15 ta' Lulju 2001? Kemm ġie jiswa dan is-suppliment li kien jirrigwardja l-awtonomija ta' l-isptarijiet?
Jista' l-Ministru jgħid jekk min ikkontribwixxa tħallasx tas-servizz li ta għal dan is-suppliment?
Jista' l-Ministru jgħid kif kien il-breakdown tal-ħlasijiet biex ġi kkumpilat u ppubblikat dan is-suppliment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Intefqu biss Lm400 minn fondi pubbliċi, speċifikament mill-vot ta' l-F.M.S.
It-tieni u r-raba' mistoqsija huma ta' natura kummerċjali u mhux xieraq li nagħti nformazzjoni dwarhom.
Kull min ikkontribwixxa għal dan is-suppliment għamel dan b'mod volontarju.
Jiena żgur li wara din l-informazzjoni l-Onor. Interpellant ħa jkun konvint li dan il-Ministeru ta nformazzjoni siewja lill-pubbliku bi spiża minima speċjalment meta wieħed jiftakar li l-Festa Saħħa organizzata lejlet l-elezzjoni ta' l-1998 swiet lit-taxpayer eluf kbar ta' liri u dawk li attendew attivita' favur il-promozzjoni tas-saħħa spiċċaw jieklu l-pastizzi u l-pizza.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 27142, jista' l-Ministru jgħid minn min saru l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ?
Waqt l-investigazzjonijiet ġew interrogati l-qraba tal-pazjenta msemmija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
B'referenza għal P.Q 27142 infurmat li wara li saret investigazzjoni nterna, ma rriżultax li kien hemm nuqqasijiet fil-kura u l-attenzjoni (vide P.Q. 27589) li ngħatat il-persuna konċernata, u allura ma nħassx il-bżonn ta' interogazzjoni tal-qraba. Dan ma jipprekludix lill-qraba minn azzjonijiet ulterjuri kif inhu dritt tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ħa rigward ittra (datata 5 ta' Lulju 2000) mibgħuta lill-Ministru mill-familja ta' pazjent li miet fl-isptar San Luqa (li ismu u l-ID Card tiegħu qed jingħata separatament) u li tagħmel diversi allegazzjonijiet fosthom ta' taħwid fil-pilloli mogħtija lill-qarib tagħhom, (pilloli li attwalment kien parti mill-kura ta' ħaddieħor) trattament inuman, nuqqas ta' attenzjoni neċessarja, eċċ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-allegazzjonijiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant qed jiġu nvestigati, bħal ma jiġri kull meta ssir din it-tip ta' allegazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid rigward ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 27142 kif min mexxa l-investigazzjoni wasal biex jikkonkludi li ma kienx hemm nuqqasijiet fil-kura u attenzjoni meta il-persuna mietet riżultat ta' peritonite meta kienet taħt il-kura fl-Isptar San Luqa għal diversi jiem u qatt ma ġiet riferuta lid-Dipartiment tal-Kiruġija, tant li d-dijagnosi saret magħrufa waqt l-awtopsja?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kuntrarju għall-allegazzjonijiet li hemm fil-P.Q. 27589, il-pazjenta msemmija kienet fis-sala WS II u ġiet referuta għad-Dipartiment tal-Cardjoloġija fit-3 ta' Mejju 2001, għaliex kienet qed issofri minn Fast Atrial Fibrillation. Il-kirurgu li taħtu kienet din il-pazjenta kellu jħassar l-investigazzjonijiet kollha li kien ser jagħmel fuq din il-pazjenta sakemm is-saħħa medika tagħha taqleb għall-aħjar. Sfortunatament il-pazjenta mietet waqt li kienet taħt il-kura għall-kundizzjoni ta' qalbha.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma dawk l-impjegati fiċ-ċivil li huma impeduti li jistgħu jagħmlu xogħol jew ikollhom kumpanniji privati, lanqas jekk kellhom jagħmlu talba f'dan is-sens lill-awtoritajiet taċ-ċivil?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li skond is-sejħiet għal mili ta’ postijiet maħruġa mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, uffiċjali pubbliċi fil-gradi professjonali ta’ Avukati, Periti u Inġiniera ma jistgħux jagħmlu xogħol privat.
L-uffiċjali pubbliċi fil-gradi l-oħra kollha jistgħu jagħmlu xogħol privat jew ikollhom kumpanniji privati, dment li jkun hemm il-permess meħtieġ tas-Segretarju Permanenti tagħhom, li x-xogħol privat isir wara l-ħin tax-xogħol tagħhom mal-Gvern u li ma jkun hemm l-ebda konflitt ta’ nteress max-xogħol uffiċjali tagħhom
.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħafna każi ta' pazjenti infettati bl-MRSA qed jitħallew fis-swali minflok jintbagħtu fis-sala li kienet infetħet apposta għal każi similsi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-proċedura ġewwa l-Isptar San Luqa għadha l-istess kif kienet f'dawn l-aħħar snin, jiġifieri li pazjenti nfettati bil-mikrobu tal-MRSA kif ukoll każijiet speċifiċi tal-infezzjonijiet b'mikrobi multi-reżistenti jiġu trasferiti f'sala apposta fejn jieħdu attenzjoni speċjalizzata.
Madankollu, fi ftit każijiet li jkunu qegħdin jieħdu kura speċjalizzata, eżempju fl-ortopedija, il-konsulent tal-pazjenti xi drabi jħossu li jkun aħjar għal pazjent li jibqa' fis-sala oriġinali. F'dawn il-każijiet jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha ta' iżolament fis-sala li hi mgħammra b'faċilitajiet apposta.
Każijiet ta' kolonizzazjoni, b'differenza ta' nfezzjoni, jiġu evalwati mill-Infection Control Unit u jittieħdu fis-sala apposta biss meta jkunu ta' riskju ta' tixrid tal-mikrobu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus għat-trasport mid-dipartiment tas-servizzi farmaċewtiċi matul is-snin 1998, 1999 u s-sena 2000, sena sena? Kemm ingħataw kuntratti għat-trasport matul dawn is-snin, kemm sewa kull kuntratt u lil min ingħataw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-kuntratti u l-ispiża tat-trasport fid-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern fis-snin 1998, 1999, u 2000 ingħataw kif ġej:
1998:-
Borg Brothers, somma totali LM 1100.50 ingħataw bil-quotations.
S. Curmi & Sons Ltd. somma totali LM7956.03 ingħataw b'dipartimental tender.
1999:-
Borg Brothers, LM632.90 ingħatat bil-quotations.
LM1569.00 ingħatat b'direct order.
Somma totali LM2202.65.
S. Curmi & Sons Ltd. somma totali LM12,071.69 ingħataw b'dipartimental tender.
2000:-
Borg Brothers, somma totali LM773.95 ingħatat bil-quotations.
S. Curmi & Sons Ltd. somma totali LM14,989.12 ingħataw b'dipartimental tender.
Godwin's Garage, somma totali LM2225.25 bil-quotations.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati u t-trattivi mal-korpi kostitwiti u l-unions rigward l-introduzzjoni ta' sistema ta' liċenzjar għall-prodotti mediċinali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa qed jikkonsulta mal-korpi kostitwiti rigward l-introduzzjoni ta` sistema ta` liċenzjar għal prodotti mediċinali. Filwaqt li jidher li hemm qbil fil-prinċipju dwar il-ħtieġa għal introduzzjoni ta` din is-sistema il-proċess ta` konsultazzjoni dwar l-introduzzjoni tagħha għadu għaddej.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'mediċini għall-użu tad-dipartiment tas-saħħa, kemm fl-isptarijiet kif ukoll fl-ispiżeriji tal-gvern? Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu, jew beħsiebu jieħu, biex tiġi kkontrollata l-ispiża tal-mediċini dejjem tiżdied ta' mediċini mixtrija mill-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-nefqa f'mediċini għal użu tad-Dipartiment tas-Saħħa mill-ewwel ta` Jannar ta` din is-sena sa l-aħħar ta` Ġunju kienet tlaħħaq is-somma ta` LM5,564,923. Id-Diviżjoni tas-Saħħa qed jieħu l-misuri kollha biex tiżgura li ma jkunx hemm ħela fl-użu tal-mediċini u li mediċini jingħataw biss lil dawk in-nies li huma intitolati għalihom.
Id-Dipartiment tas-Saħħa qed jħares lejn diversi sistemi li jistgħu jiġu ntrodotti sabiex l-ispiża tal-mediċini tkun tista` tiġi kkontrollata aħjar.
Madanakollu l-vern preżenti mhux beħsiebu li fil-kontroll ta` l-infieq fuq il-mediċini jerġa` jdaħħal miżuri anti-soċjali li jolqot l-iżjed lil dawk li l-inqas jifilħu jħallsu bħalma kienet it-tariffa ta` 50 ċenteżmu li kien daħħal il-Gvern preċedenti.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-relazzjoni preżenti bejn id-dipartiment tas-servizzi farmaċewtiċi u dak tas-servizzi veterinarji rigward l-adozzjoni ta' l-acquis għal dak li għandu x'jaqsam mal-prodotti mediċinali? Qegħdin jiġu adottati l-istess policies f'dan ir-rigward? Xi pjani hemm għall-futur?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-adozzjoni ta` l-Acquis għal dak li għandu x'jaqsam mal-prodotti mediċinali għal użu fil-bnedmin u fl-annimali huma żewġ proċessi totalment distinti u qed jiġu ittrattati separatament mid-Dipartiment tas-Saħħa u mid-Dipartiment għas-Servizzi Veterinarji rispettivament. Saru diversi kuntatti bejn iż-żewġ Dipartimenti biex jiġi żgurat li fejn hemm proċeduri simili dawn ikunu konformi ma` xulxin. Fil-futur ir-regolamentazzjoni tal-mediċini għal użu fil-bnedmin se tkun taħt ir-responsabbilta` ta` awtorita` mwaqqfa apposta għal dan il-għan. Filwaqt li l-mediċini veterinarji se jiġu regolati mid-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji. Hemm ippjanat li aktar il-quddiem ir-regolamentazzjoni tal-mediċini għall-użu fl-annimali tiġi trasferita wkoll f'idejn l-awtorita`.
Jista' l-Ministru jgħid jekk intalbitx, jew jekk hix ser tintalab għajnuna jew konsulenza Maltija jew barranija għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-adozzjoni ta' l-acquis fil-qasam farmaċewtiku? Lil min intalbet din l-għajnuna u fiex waslu t-tratattivi? Min ser jagħmel tajjeb għall-ispiża nvoluta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fil-proċess tal-adozzjoni ta` l-acquis fil-qasam farmaċewtiku d-Diviżjoni tas-Saħħa ilha għal dawn l-aħħar xhur f'negozjati diretti mal-Medicines Control Agency ta` l-Ingilterra biex ikun jista` jintlaħaq ftehim sabiex l-aġenzija Ingliża tgħin lid-Dipartiment tas-Saħħa u eventwalment lill-awtorita` li ser titwaqqaf biex tikkontrolla l-mediċini fil-proċessi kollha li jkun hemm bżonn biex mediċini ikunu jistgħu jiġu evalwati għal dak li għandu x'jaqsam ma kwalita`, sigurta` u effikaċja u b'hekk ikunu jistgħu jitpoġġew fuq is-suq Malti. In-negozjati waslu biex jiġu finalizzati u huwa ttamat li fil-futur qarib jiġi ffirmat kuntratt bejn l-awtoritajiet Maltin u dawk Ingliżi.
L-ispiża involuta għadha qed tiġi negozjata u determinata u meta din tkun stabbilita jiġi deċiż min u kif ser jagħmel tajjeb għaliha.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ta' spiss is-servizz ta' l-ilma fi Triq Emanuel Pinto, San Pawl il-Baħar, qed ikun maqtugħ?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed azzjoni rimedjali.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li Triq Emanuel Pinto f'San Pawl il-Baħar tiġi asfaltata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq għadu kif ta kuntratt għall-bini u asfaltar ta' din it-triq wara sejħa għall-offerti.
Naħseb li jkun sew ukoll jekk deputati parlamentari jkunu segwew dak li jkun ħareġ fil-gazzetta tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu biex jiġi mwaqqaf drenaġġ li ta' spiss joħroġ fi Triq il-Villeġatura f'San Pawl il-Baħar u li qed jikkawża inkonvenjent għar-residenti ta' l-istess triq u madwar u għal kulmin jgħaddi minn hemmhekk?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li waqt xogħlijiet ta' excavation fi propjeta privata, it-triq ċediet minħabba t-toqol tal-vetturi li kienu qegħdin iġorru l-materjal skavat.
Irriżulta illi l-manhole partikolari sfrundat, bil-konsegwenza li nħoloq blockage. Dan il-blockage issa tneħħa u d-drenaġġ m'għadux jiżbroffa.
Jista' l-Ministru jgħid kull meta huwa mistenni li jinbidel l-ilma fi swimming pools pubbliċi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jien infurmat li skond regolamenti sanitarji m'hemm l-ebda żmien speċifiku kull meta għandu jinbidel l-ilma fi swimming pools sakemm dawn ikunu mgħammra b'sistemi ta' ċirkolazzjoni w filtrazzjoni effiċjenti kif ukoll disinfettar regolari ta' l-ilma.
Infakkar wkoll li swimming pools pubbliċi huma wkoll regolati minn regolamenti tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Jista' l-Ministru jagħti t-timetable għat-transizzjoni li hemm ippjanata li ssir bejn illum u l-2003 għad-dħul ta' l-awtonomija fl-isptarijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-pjan għat-transizzjoni lejn l-awtonomija ta` l-isptarijiet qed jiġi mfassal u ma jistax jiġi finalizzat qabel ma jsiru n-negozjati neċessarji mal-Unions.