Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq fuq safar bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-aħħar ta' Settembru 2001 fil-Ministeru li jaqa taħt ir-responsabbilita tiegħek? Kemm min dan l-infieq kien fuq safar relatat mal-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropeja?
Response (BORG, JOE)
Ninsab infurmat illi n-nefqa fuq safar fil-Ministeru tiegħi għall-perjodu minn Jannar sa Settembru 2001 tinsab fil-limiti tas-somma totali ivvutata fl-Estimi Ġenerali għal dan l-iskop.
Dan il-vot tal-flus ikopri s-safar kollu li jsir mill-Ministeru tiegħi. Għalkemm inkluż f'dan il-vot hemm somma li tintwera taħt id-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea, ikun hemm diversi viżiti barra minn Malta li jikkombinaw kemm l-aspett ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll it-tħaddim tal-politika barranija fuq bażi bilaterali. L-eżerċizzju biex wieħed joqgħod janaliżża n-nefqa ta' kull safra uffiċċjali biex joħroġ l-element relatat ma' l-applikazzjoni ta' Malta għal tisħib fl-Unjoni Ewropea huwa wieħed diffikultuż u jieħu ħafna żmien u għalhekk ma nara l-ebda skop li dan isir sakemm ma ningħatax raġuni valida l-għala l-informazzjoni mitluba għandha tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm pazjenti fl-aħħar sentejn ġie rifjutat lilhom it-trasport mid-dar għas-social centre fl-isptar Monte Carmeli?
Jekk fl-affermativ, jista' l-Ministru jgħid f'kull każ x'kienet ir-raġuni? X'passi qed jittieħdu biex din is-sitwazzjoni tiġi rranġata u dawn il-pażjenti jerġgħu jibdew jingħataw dan is-servizz bħal qabel?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fl-Isptar Monte Carmeli qatt ma eżista servizz għall-pazjenti biex dawn jiġu trasportati mid-dar tagħhom għas-Social Centre ta` dan l-isptar.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-konsulenti, t-tobba u l-persuni tekniċi li wettqu d-diagnostic and titration sleep studies lil 15-il pazjent li ntbagħtu jagħmlu dawn it-testijiet fis-sena 2001, skond ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 28282?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li s-servizz kien mogħti fil-privat ma nħossx li hija etika li nsemmi l-ismijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 28203?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-raġuni li persuni li jattendu ċ-Ċentri għall-Adulti mhux ser jingħataw it-tilqima kontra l-influwenza f'dawn iċ-Ċentri hi li din tista' tikkawża xi reazzjoni u allura jkun aħjar jekk it-tilqima tingħata fiċ-Ċentri tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 28205?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li barra t-tobba li jaħdmu fl-isptarijiet f'Malta u fiċ-Ċentri tas-Saħħa, in-numru ta` tobba li jaħdmu fil-bqija tad-Diviżjoni tas-Saħħa huwa disa` u erbgħin (49). L-informazzjoni mitluba dwarhom hija kif ġej:
Dipartiment tas-Saħ
ħ
a Pubblika
1
Direttur
3
Principal Medical Officer
(1 on unpaid leave)
1
Senior Medical Officer
9
Medical Officer
(2 on unpaid leave)
Dipartiment tal-Policy & Planning
1
Direttur
4
Konsulent
(1 on unpaid leave)
1
Principal Medical Officer
(unpaid leave)
Dipartiment tal-Health Promotion
1
Konsulent
(on unpaid leave)
Dipartiment tal-Health Information
1
Konsulent
4
Principal Medical Officer
1
Medical Officer
1
Houseman
Uffiċ
ċ
ju tad-Direttur Ġ
enerali
1
Direttur Ġenerali
3
Principal Medical Officer
(1 on unpaid leave
1 Director)
2
Senior Medical Officer
Dipartiment tal-Institutional Health
1
Direttur
(unpaid leave)
4
Principal Medical Officer
Dipartiment tal-Kura Primarja
1
Principal Medical Officer
1
Senior Registrar
7
Medical Officer
(1 on unpaid leave)
1
Senior House Officer
Jista' l-Ministru jgħid x' inhi r-raġuni, li skond ma ġew infurmati l-ġenituri, individwi li jattendu ċ-Ċentru għall-Adulti mhux ser jingħataw it-tilqima tal-influwenza?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm f' kull każ tobba li qegħdin bil-pregnancy leave jew bil-paternity leave? F' liema dipartimenti jaħdmu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta` tobba bil-maternity leave jew bil-parental leave huma tnejn (2) tlieta u għoxrin (23) rispettivament. Dawn qed jahdmu fid-dipartimenti imsemmija hawn taħt:
Maternity Leave Parental Leave
Primary Health Care 1 7
Dept. of Institutional Health 1 14
Public Health - 2
---------------------- ----------------------
2 23
---------------------- ----------------------
Jista' l-Ministru jgħid barra t-tobba li jaħdmu fl-isptarijiet f' Malta u dawk t-tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa, kemm hemm tobba jaħdmu fil-bqija tal-dekasteru tas-saħħa, x' inhu l-grad tagħhom, u f' liema dipartiment qed jaħdmu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa f' Malta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li preżentament hemm 74 tabib jaħdmu fiċ-Ċentri tas-Saħħa. Ħamsa minn dawn jaħdmu reduced hours (50%).
Hemm ukoll numru ta` tobba part-time li b'kollox jaħdmu approssimament 120 siegħa fil-ġimgħa. Hu mistenni li din iċ-ċifra tonqos għax hemm numru ta` tobba li applikaw għal postijiet fl-isptar.
Jista' l-Ministru jgħid, sena b' sena, mill-1996 sal-aħħar tas-sena 2000 kemm kien l-ammont ta' flus illi ittieħdu mill-anzjani li huma residenti f' San Vincenz u d-djar tal-anzjani biex imorru fil-fond tal-Welfare? Kemm kien l-ammont li ittieħed mingħand l-anzjani fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitlub qeda tinġabar u Tweġiba ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tas-safar kollu li sar matul is-snin 1998, 1999, 2000 u 2001 minn impjegati tal-government pharmaceutical services? Minn min sar dan is-safar u għal liema skop? Minn liema sorsi ġew il-flus għal dawn iż-żjarat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'medical equipment gżall-użu tad-Dipartiment tas-Saħħa bejn Jannar u l-aħħar ta' Ġunju ta' din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-nefqa ta` flus li tħallset mid-dipartiment fuq xiri ta` 'medical equipment' għall-użu tad-Dipartiment tas-Saħħa bejn Jannar u l-aħħar ta` Ġunju ta` din is-sena kienet ta` LM2,691,986.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 27580, fl-interess pubbliku, jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa s-suppliment dwar l-awtonomija fl-isptarijiet li deher fis-Sunday Times lokali tal-15 ta' Lulju 2001, suppliment li jekk tagħsru ma ssibx xejn konkret dwar l-awtonomija fl-isptarijiet? Billi l-pubbliku hu fl-interess tiegħu li jkun jaf il-breakdown tal-infieq li jagħmel il-Gvern, jista' jagħti l-breakdown tal-ħlassijiet biex ġie kkumpilat u ppublikat dan is-suppliment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 27580.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-somma li tħallset lill-impjegati tad-Dipartiment tal-Eżamijiet bejn Jannar u l-15 ta' Lulju 2001?
Fl-istess żmien kemm tħallas għall-overtime fid-Dipartiment tal-Eżamijiet fl-istess perjodu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-somma li tħallset lill-impjegati tad-Dipartiment ta' l-Eżamijiet bejn l-1 ta' Jannar u l-15 ta' Lulju 2001 kienet kif ġej:
Ammont Lm
Salarji 54,780
Bonus 1,412
Bonus supplimentari 1,163
N.I. 5,282
Total 62,637
Allowances 2,279
Overtime 2,459
Total 67,375
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għall-użu ta' l-Isptar San Luqa wara li ssir l-imigrazzjoni għall-isptar il-ġdid f'tal-Qroqq?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-Medical Brief ta` l-isptar il-Ġdid jirriżulta illi l-ewwelnett il-migrazzjoni ta` servizzi eżistenti ser tieħu bejn tlieta u erba` snin. Mill-istess brief jirriżulta illi hemm ħtieġa wkoll għal numru ta` sodod bħala servizz ta` rijabilitazzjoni. Għaldaqstant l-Isptar San Luqa ser ikollna bżonnu għal numru sostanzjali ta` snin.