Ninsab infurmat li n-nefqa għas-safar fil-Ministeru ta` l-Intern (Uffiċċju tal-Ministru, Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari u Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti) bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` Settembru 2001 kienet ta` Lm25,610. Minn dan l-ammont, is-somma ta` Lm8,383 intefqet fuq safar relattiv ma` l-applikazzjoni ta` Malta biex issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea.
Jien infurmat li l-ispiża fuq safar barra minn Malta minn uffiċjali fil-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt dan id-dekasteru kienet tammonta għal Lm28,702.41 fil-perjodu msemmi. Lm11,859.87 minn dawn intefqu fuq safar konness mal-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex pażjenti mill-isptar Monte Carmeli li qed jintbgħatu d-Dipartiment tal-Emergenza fl-isptar San Luqa qed idumu jistennew siegħat twal biex jiġu investigati bħal ma ġara nhar il-Ħamis, 30 ta' Awissu 2001 fejn pazjent mibgħut mis-sala 5 tal-irġiel akkumpanjat minn żewġ infermiera dam aktar minn tmien siegħat biex wasal lura l-isptar Monte Carmeli fl-10.30 ta' filgħaxija
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-impjegati fid-dekasteru tas-saħħa li bdew il-kors li jwassal għall-MBA u li huma sponsorjati f'kull każ mid-Dipartiment tas-Saħħa, mill-fondazzjoni għas-servizzi mediċi jew xi koperattiva fid-Dipartiment tas-Saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-Isptar Żammit Clapp qed jagħti "sponsorship" ta` 75% mill-ispejjeż tal-kors ta` "part time MBA" lill-General Manager filwaqt li l-Kooperattiva KOLS Ltd qiegħda tisponsorja żewġ persuni fi grad maniġerjali għall-MBA. Dawn huma:
Mr. Edward Borg - Assistant Diretor, Finance & Administration MCH
Ms. Roseanne Camilleri - Manager, Directorate of Health Policy & Planning
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 29361, jista' jgħid liema gradi fid-dekasteru tas-saħħa, li huma fuq skala ogħla minn skala 7, huma ntitolati li jitħallsu tax-xogħol li jagħmlu barra l-ħin normali tax-xogħol tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fid-dekasteru tas-saħħa hemm żewġ uffiċċjali fi skala 6 li jitħallsu tax-xogħol li jagħmlu barra l-ħin normali tax-xogħol tagħhom wara awtorizzazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi minħabba nuqqas ta` staff professjonali/ tekniku fil-grad tagħhom.
It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:
Ministeru (inklużi tlitt Segretarjati Privati u l-Kummissjoni għal Kompetizzjoni Ġusta)
L-ammont ta' flus li ntefaq f'safar bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Settembru 2001 huwa ta' Lm29,085. Minn dan l-ammont, Lm9,439 intefqu fuq safar relatat ma' l-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.
Diviżjoni tal-Kummerċ
L-ammont ta' flus li ntefaq f'safar bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Settembru 2001 huwa ta' Lm6,285. Minn dan l-ammont, Lm2,064 intefqu fuq safar relatat ma' l-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.
Diviżjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni
L-ammont ta' flus li ntefaq f'safar bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Settembru 2001 huwa ta' Lm6,866. Minn dan l-ammont, Lm4,997 intefqu fuq safar relatat ma' l-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.
Diviżjoni Ippjanar Ekonomiku
L-ammont ta' flus li ntefaq f'safar bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Settembru 2001 huwa ta' Lm14,620. Minn dan l-ammont, Lm11,680 intefqu fuq safar relatat ma' l-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.
Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika
L-ammont ta' flus li ntefaq f'safar bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Settembru 2001 huwa ta' Lm24,800. Minn dan l-ammont, Lm17,210 intefqu fuq safar relatat ma' l-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.
Infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar 2001 u l-aħħar ta’ Settembru 2001 fil-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabilita’ tiegħi, l-ammont li ntefaq fuq safar hu kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2001 sal-lum kemm saru laqgħat tal-hospital management committee fl-isptar San Luqa? Meta saru dawn il-laqgħat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li mill-1 ta` Jannar sa l-1 ta` Novembru 2001 il-Hospital Management Committee fl-Isptar San Luqa ltaqa` għoxrin (20) darba, kif indikat fil-paġna li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid 1) Minn min hu ffurmat u xi grad għandhom il-ħaddiema fl-ispettorat tad-dipartiment tas-Saħħa 2) Kull ħaddiem f'dan l-ispettorat, meta beda jaħdem fl-imsemmi spettorat? 3) Kull ħaddiem fl-ispettorat kemm ħadem siegħat ta' overtime u kemm kien il-ħlas, ta' dan l-overtime, xahar b'xahar minn meta bdew jaħdmu fl-ispettorat sa' l-aħħar ta' Awissu 2001?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm żewġ impjegati li qed jiffurmaw l-Inspectorate Unit tad-Dipartiment tas-Saħħa. Wieħed qiegħed fi Skala 11 u l-ieħor fi Skala 14. Għal xi żmien kien hemm uffiċċjal ieħor li kien jagħmel parti mill-imsemmija Inspectorate Unit u li kien fi Skala 10. Dawn it-tlett uffiċċjali bdew jaħdmu fl-imsemmi spettorat fit-30 ta` Settembru 2000.
L-ammont ta` sigħat u flus mħallsa, xahar b'xahar minn meta dawn il-ħaddiema bdew jaħdmu huwa kif elenkat hawn taħt:
Uffiċ
ċ
jal fi Skala 10
Xahar
Numru ta` Sigħ
at
Ammont
(LM)
Settembru 2000
4.5
16.2
Ottubru 2000
26
112.24
Diċembru 2000
32.5
138.61
Jannar 2001
26
93.63
Frar 2001
24.25
114.78
Uffiċ
ċ
jal fi Skala 14
Xahar
Numru ta` Sigħ
at
Ammont
(LM)
Ottubru 2000
69.25
210.63
Novembru 2000
49.5
159.91
Diċembru 2000
54
171.45
Jannar 2001
46.5
178.96
Frar 2001
58
202.64
Marzu 2001
43.5
152.524
April 2001
54
189.416
Mejju 2001
59
205.95
Ġunju 2001
43
153.08
Lulju 2001
14
51.76
Uffiċ
ċ
jal fi Skala 11
Xahar
Numru ta` Sigħ
at
Ammont
(LM)
Ottubru 2000
76
259.59
Novembru 2000
53
192.17
Diċembru 2000
56.75
201.67
Frar 2001
49.5
197.75
Marzu 2001
49
193.7
April 2001
51
198.37
Mejju 2001
52.5
208.94
Ġunju 2001
46
184.69
Lulju 2001
15
62.49
Ma kienx hemm spezzjonijiet matul ix-xahar ta` Awissu 2001.
Jista' l-Ministru jara li ċertu ikel, bħal suppressat, perżut, mortadella u ħafna ikel ieħor li mimli xaħam u mluħa li mhux tajjeb għal diversi pażjenti u mpjegati fl-isptar Monte Carmeli ma jibqax jitqassam lill-pażjenti u mpjegati f'dan l-isptar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li f'dawn l-aħħar xhur sar sforz biex l-ikel ta` dan l-isptar ikompli jitjieb u jkun aktar varjat.
Biex dan il-ħsieb jintlaħaq, ġie ntrodott ħafna ikel ġdid bħal ma hu r-ravjul, cereals, chicken nuggets, chicken cordon bleu, chicken burgers, fish cakes, varjazzjoni ta` sopop u għaġin bħal għaġin il-forn u ross marinara u l-ħaruf.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-ispiża tal-ħsarat u tkissir li sar minn uħud mill-pażjenti fil-Male Ward 2 fl-isptar Monte Carmeli mill-1 ta' Jannar 2001 sallum? Jista' jgħid x'passi qed jittieħdu din il-ħsara ma tibqax issir?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-ispiża ta` ħsarat li saru fil-Male Ward 2 mill-bidu tas-sena sal-lum kienu jammontaw għal LM220. Din il-ħsara kienet l-aktar fil-kmamar tal-banju u l-ħġieġ.
Biex jitnaqqsu dawn il-ħsarat ittieħdu diversi passi:-
a. Ħġieġ miksur qed jiġi mibdul bi ħġieġ li hu diffiċli li jinkiser.
b. Il-parti tal-kmamar tal-banju fejn hemm is-showers qed jinfetħu biss f'ħin stabbilit u taħt is-superviżjoni ta` nurses.
c. In-Nurses ġew mitluba jagħmlu aktar superviżjoni ma pazjenti akuti li jbatu minn kondizzjoni akuta.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu biex il-problema ta' l-overcrowding fil-Male Ward 2 fl-isptar Monte Carmeli tissolva, speċjalment meta mhux l-ewwel darba li kien hemm tlettax-il pażjent li kellhom jitpoġġew fil-kurriduri tal-istess sala?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li qiegħed isir eżerċizzju sabiex pazjenti li ma jkunux akuti jiġu trasferiti fi swali oħra. Fi żmien qasir sejra tinfetaħ sala ohra (mixed admission unit) għall-pazjenti akuti, b'hekk jonqos l-overcrowding f'din is-sala.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħobż tal-Malti li qed jitqassam fis-swali tal-isptar Monte Carmeli qed ikun ferm u ferm anqas mill-piż li għalih qed jitħallas, tant li għall-prezz tal-ħobż il-kbir qed jintbgħat ħobż żgħir? Jista' jgħid x'passi qed jittieħdu biex jiġi vverifikat il-piż ta' dan il-ħobż?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-ħobż tal-Malti kollu li jidħol fl-Isptar Monte Carmeli jiġi miżun u l-aġent jitħallas skont dan l-użin. Il-ħobż qatt ma jiġi mħallas fuq in-numru ta` ħobż li jinġieb ġewwa l-isptar.
Għalhekk l-aġent qatt ma jista` jkun li tħallas ta` aktar ħobż milli ġab.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-traffic control board hux qed jissuġġerixxi xi tibdil fid-direzzjoni tat-traffiku f'San Pawl il-Baħar? Jekk fl-affermattiv, x'inhu t-tibdil issuġerit?
Response (GALEA, ĊENSU)
Billi San Pawl il-Baħar hu raħal b'numru kbir ta' toroq nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema parti ta' San Pawl il-Baħar qed jitlob l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jara li mediċini li jitqassmu mill-ispiżerija tal-isptar Monte Carmeli, jitqassmu bl-aktar mod iġjeniku minflok li jibqgħu jitqassmu ġo bottijiet jew container provduti mill-iswali, li mhux dejjem ikun nodfa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-ispiżerija ta` l-Isptar Monte Carmeli tissuplixxi mediċini ġo bottijiet lis-swali u mhux direttament lill-pazjenti.
Dawn il-bottijiet, li jiġu provduti mill-ispiżerija, qegħdin apposta biex wieħed ipoġġi l-mediċini ġo fihom u dawn jissejħu 'securitainers'. Ftit ta` żmien ilu dawn il-bottijiet ġew provduti ġodda u bil-label tal-komputer lis-swali kollha. Jekk xi swali jkollhom bżonn aktar minn dawn il-bottijiet minħabba xi mediċini ġodda li s-swali jkunu qed jużaw jew jekk għal xi raġuni ma jinstabux dawn il-bottijiet, l-ispiżerija terġa` tipprovdihom.
L-użu ta` dawn il-bottijiet għandu jibqa` biss għall-ġarr ta` mediċini mill-ispiżerija sas-sala. Jekk dan jiġri, m'hemmx raġuni għalfejn dawn il-bottijiet ma jibqawx iġeniċi u nodfa għax il-bott jintuża biss għal tip ta` mediċina waħda. Hija r-responsabilita` tas-swali li l-bottijiet ma jintużawx għal xi sustanza jew skopijiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fix-xhur li għaddew il-ġelat li ġieli tqassam bħala deserta fl-isptar Monte Carmeli kien bla trade mark u bla expiry data miktuba fuqu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-aġent li kien jissuplixxi il-ġelat kien ġie mwissi biex jindika l-expiry date u t-trade mark fuq il-ġelat. Meta huwa baqa` ma għamilx din l-informazzjoni fuq il-ġelat huwa ġie mwaqqaf milli jissuplixxi aktar ġelati.