B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 29771 jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq ħidma uffiċjali barra minn Malta li saret mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Settembru 2001 mill-uffiċju tiegħu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
M’għandix x’inżid mar-risposta li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 29350.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru angiograms fl-isptar San Luqa, sena b'sena, mill-1996 sa l-aħħar tas-sena 2000? Kemm minn dawn l-angiograms irriżultaw pożittivi? Kemm minn dawn l-angiograms wara kien jinħtieġ xi forma ta' intervent kijurġiku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jien infurmat li n-numru ta` Angiograms sena b'sena mill-1996 sa l-aħħar tas-sena 2000 kien kif ġej:
Sena
Total Angiograms
Positive Angiograms
Kellhom bż
onn intervent kirurġ
iku
1996
1447
1128
808
1997
1546
1211
752
1998
1573
1271
790
1999
1617
1259
814
2000
1742
1386
863
Jista' l-Ministru jgħid meta qed isiru l-cardiology clinics fl-isptar Craig f'Għawdex? Fl-aħħar tlett xhur, jista' l-Ministru jgħid x'kienet id-data li fihom saru dawn il-kliniċi? F'kull data separatament (1) kemm attendew pazjenti (2) min kienu t-tobba li raw dawn il-pazjenti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li il-Professur Albert Fenech jattendi biex iżomm ‘Cardiology Clinic’ darba kull 5-6 ġimgħat.
L-aħħar tlett clinics kienu:
Nru ta’ Pazjenti
7 ta’ Lulju 2001
22
25 t’Awissu 2001
22
6 t’Ottubru 2001
10
Il-Clinic li jmiss ser jinżamm fl-24 ta’ Novembru 2001 u s’issa hemm ibbukjati 24 pazjent.
Jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żewġ ħaddiema, wieħed fi skala 14 u l-ieħor fi Skala 11 li jaħdmu fl-ispettorat fid-Dipartiment tas-Saħħa, apparti l-overtime fix-xogħol relatat mal-ispettorat, jekk fl-istess żmien, għamlux xogħol overtime fix-xogħol propji relatat mal-iskola tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ż-żewġ ħaddiema li jaħdmu fl-ispettorat fid-Dipartiment tas-Saħħa, jagħmlu wkoll "overtime" fix-xogħol propji tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-1 ta' Jannar 2001 sallum ġewx impjegati tobba ġodda barranin fl-isptarijiet tal-gvern? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid 1) l-isem tagħhom 2) f'kull każ ilgrad li fih qed jaħdmu 3) meta ġew ingaġġati 4) jekk kellhomx permess tal-kunsill mediku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li mill-1 ta` Jannar 2001 sal-lum ġew ingaġġati dawn it-tobba barranin fl-isptarijiet tal-gvern:
Dr. Wojciech Sawicki bħala Medical Officer fl-1 ta` Lulju
Dr. Artemis Vlastarakou bħala Medical Officer fl-1 ta` Ottubru
Dawn is-seba` tobba li ġejjin ġew ingaġġati fil-grad ta` Senior Registrar:
Dr. Sonja Stupar fit-13 t'Awissu
Dr. Marcin Pospiech fil-31 ta` Lulju
Dr. Snejana Diakova - Toneva fil-25 ta` Lulju
Dr. Violeta Dimitrovska fid-9 ta` Settembru
Dr. Nebojsa Milenkovic fid-9 ta` Settembru
Dr. Livia Klembarova fid-9 ta` Settembru
Dr. Jovan Radakovic fid-9 ta` Settebmbru
It-tobba kollha kellhom il-Liċenzja tal-President tar-Repubblika maħruġa mill-Kunsill Mediku.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tabib/speċjalista barranin li jiġi għal perjodu ta' ftit jiem taħt l-iskema ta' visiting consultant, iridx ikollu l-awtorita' li jipprattika ta' tabib wara li jintalab permess tal-kunsill mediku?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew biex isirilhom Holter ECG? Dawn kollha ngħatatilhom data meta ser isirilhom din l-investigazzjoni? Jekk fl-affermattiv liema hi dik id-data l-aktar 'l bogħod biex issir din l-investigazzjoni? Wara li pazjent jagħmel dan it-test, x'inhi r-raġuni li r-rapport jieħu ġimgħat sħaħ biex jinħareġ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta` pazjenti li qed jistennew biex isirilhom Holter ECG huwa ta` 750. Dawn kollha ngħatatilhom data u s'issa din twassal sa l-aħħar ta` Mejju, 2002.
Dawn ir-rapporti jiġu nterpretati tlett darbiet fil-ġimgħa minn żewġ tobba. Waħda minnhom taħdem "partime". Minħabba n-nuqqas ta` "Junior Staff" dawn ir-rapporti ma jistgħux jiġu nterpretati qabel. Talbiet li huma urġenti jiġu rrapurtati minnufih.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-pilloli nadolol, jinstabu fl-isptar San Luqa iżda ma jinstabux fl-ispiżeriji fiċ-ċentri tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-pilloli Nadolol 40mg ġew maqtugħa minn fuq il-Formolarju wara ftehim ma DTC (Drugs and Therapeutic Committee) fil-2/6/99. Minn din id-data l-GPS ma baqgħux jixtru dawn il-pilloli. Sal-ġimgħa l-oħra l-ispiżeriji tal-Gvern ta` Għawdex, Qormi, Mosta, Gżira, B'Kara, NOPD-SLH kien għad fadlilhom stock ta` din il-mediċina.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mis-7 ta' Settembru 1998 sallum għall-użu tal-Ministru, użu tas-Segretarjat, użu tad-dekasteru tas-saħħa inkluż kull fondazzjoni, kummissjoni, koperattiva u Zammit Clapp Hospital? F'kull każ separat, jista' l-Ministru jgħid 1) jekk hux ġodda jew second-hand 2) id-ditta u t-tip ta' karozza 3) għall-użu ta' min 4) kemm ġiet tiswa l-karozza 5) meta nxtraw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 29549, jista' l-Ministru jgħid jekk il-koperattiva KOLS Ltd ħarġitx sejħa għall-applikazzjonijiet għall-ħaddiema tagħha u għall-ħaddiema fid-dekasteru tas-saħħa biex jingħataw sponsor ħalli jagħmlu l-kors li jwassal għall-MBA? Jekk fl-affermattiv, meta ġew u fejn ġew ippublikati dawn is-sejħiet għall-applikazzjoni, kemm applikaw ħaddiema u minn min kien iffurmat il-bord tal-għażla?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li bħala entita privata, il-KOLS mhix marbuta biex taddotta sistemi li japplikaw għal dipartimenti tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li daħlu din is-sena fil-kors tal-liġi fl-ewwel sena u li ma kellhomx is-suġġett tal-Malti fil-grad avvanzat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenti li bdew fl-ewwel sena tal-kors tal-Liġi li jwassal għall-grad ta' LL.D., kollha għandhom is-suġġett tal-Malti fil-Livell Avvanzat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru angiograms fl-isptar San Luqa, sena b'sena, mill-1996 sa l-aħħar tas-sena 2000? Kemm minn dawn l-angiograms irriżultaw pożittivi? Kemm minn dawn l-angiograms wara kien jinħtieġ xi forma ta' intervent kijurġiku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew biex isirilhom echocardiogram? Dawn kollha ngħatitilhom data meta ser isirilhom din l-investigazzjoni? Jekk fl-affermattiv, liema hi dik id-data l-aktar 'l bogħod biex issir din l-investigazzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta` pazjenti li qed jistennew biex isirilhom echocardiogram, mhux urġenti, hu ta` 1500. Dawn kollha ngħatatilhom data u sa issa din twassal sa l-aħħar ġimgħa ta` Awissu 2002.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 29472?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li pazjenti mill-Isptar Monte Karmeli jintbagħtu d-Dipartiment ta` l-Emerġenza fl-Isptar San Luqa peress li jkunu jinħtieġu kura jew investigazzjonijiet speċjalizzati li jistgħu isiru biss fl-Isptar San Luqa. Dawn il-pazjenti normalment iridu jsegwu r-regoli tad-Dipartiment ta` l-Emerġenza rigward triage. F'dan il-każ il-pazjent konċernat qabeż is-sistema ta` triage u ddaħħal mal-ewwel fid-Diaprtiment ta` l-Emerġenza.
Peress li l-kumplament ta` l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinvolvi dettalji ta` natura personali. għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għal-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 29531?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li n-nefqa fuq ħidma uffiċjali barra minn Malta li saret mill-Jannar 2001 sa’ l-aħħar ta’ Settembru 2001 mill-Uffiċċju tiegħi kienet fil-limiti tas-somma totali ivvutata fl-Estimi Ġenerali għal dan l-iskop.
Il-viżiti li jsiru barra minn Malta jikkombinaw kemm l-aspett ta’ l-Unjoni Ewropea kif ukoll tħaddim tal-politika barranija fuq bażi bilaterali. L-eżerċizzju biex wieħed janalizza n-nefqa ta’ kull viżita biex joħroġ l-element relatat ma’ l-applikazzjoni ta’ Malta għal tisħib fl-Unjoni Ewropea huwa wieħed impossibbli.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-gradi fid-dipartiment tas-saħħa fi skala 6 li jintitolhom għall-overtime?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fid-Diviżjoni tas-Saħħa hemm żewġ gradi fi skala 6 li minħabba nuqqas ta` staff professjonali/tekniku ġew awtorizzati mill-Ministeru tal-Finanzi li jitħallsu ta` l-overtime. Dawn huma Manager Radiographer (In Theraphy) u Principal Scientific Officer (Radiation Physicist). Barra minn dawn hemm tobba li jaħdmu fl-Isptar San Luqa.